Awstraljana tispiċċa "kollha ponot" wara għawma l-Kalanka
Mara Awstraljana li tinsab għal btala f'pajjiżna se tibqa' tiftakar għawma fil-Kalanka f'Delimara. Dan għax wara li niżlet tgħum hemm, telgħet mill-baħar b'ġisimha miksi ponot. It-tobba li kkurawha qalulha li dik hi allergija kkawżata minn infezzjoni minn parassiti.
Fl-aħħar jiem, fis-sit kien hemm għadd ta' tniġġis u materjal jinten ħafna, b'persuni allegatament jippuntaw lejh bħala li ġej mill-irziezet tal-ħut. Dwar dan it-tip ta' tniġġis għaddejja investigazzjoni. Qraba tal-mara rrakkontawlna kif it-taraġ tal-Kalanka kien fih qisu materjal jiżloq ħafna, bl-għawwiema jkollha reazzjoni hekk kif għamlet ftit ħin fl-ilma. Il-qraba qalulna li "it-tabib li marret għandu qalilha li kellu ħafna każijiet b'allerġiji simili, fejn din tissejjaħ cercarial dermatitis."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home