Imut fundatur tal-logħob tan-nar fil-Gudja
"Kien raġel ta' eżempju kbir". 'Raġel li kellu għal qalbu l-Gudja u ħadem u kien fundatur tal-għaqda tan-nar ta' waħda mis-soċjetajiet". Dawn kienu l-kummenti li għaddewlna Gudjani, hekk kif fl-aħħar sigħat ħarġet l-aħbar li kien miet Loreto Dalli, persuna li tista' tgħid li kien wieħed mill-pijunieri tal-logħob tan-nar fil-Gudja. Loreto Dalli kien meqjus bħala pedament ta' l-għaqda tan-Nar Madonna taċ-Ċintura. Hu kien ukoll bandist onorarju. Loreto kien magħruf bħala 'in-nannu' ta' l-Għaqda Mużikali Maria Assunta. Hu kien ħareġ idoqq fis-snin ħamsin bil-Corno wara qaleb trumbun u dan l-aħħar kien idoqq il-perkussjoni. Hu kien għamel xi żmien ukoll jaħdem il-logħob tan-nar fil-Kamra tan-Nar ta' San Nikola fis-Siġġiewi.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home