Monday, August 22, 2016

Jitwaqqaf il-programm "Madwarna" ta' Salvu Mallia mill-PBS...

"Iddiżappuntat imma mhux sorpriż"


Salvu Mallia preżentatur tal-programm 'Madwarna', meta kkummenta' ma' inewsmalta.com dwar il-fatt li l-programm tiegħu twaqqaf minn fuq il-PBS, qalilna li "m'hemmx għalfejn ngħidu li diżappuntat, għalkemm mhux sorpriż u bħali għandu jkun kull min iħobb lil pajjiżna." 

Salvu Mallia llum stess kien ħabbar li l-programm tiegħu twaqqaf, programm li kien dwar il-kultura u s-soċjetà Maltija.


F'kumment lil inewsmalta.com, Salvu Mallia qal li "ma nistax insib raġuni oħra ħlief dik politika għax kritiku lejn Joseph Muscat u Kastilja. 

Jien nara li dawn qed jagħmlu ħsara lill-moviment tal-ħaddiema. Tiegħi kien programm li kien jagħmel ġieħ lil Malta u lix-xandir, li rnexxielu jwassal ġrajja u kultura fejn qabel qatt ma waslet."

Id-deċiżjoni li jitwaqqaf il-programm ħolqot diskussjoni fuq is-siti soċjali fejn kien hemm argumenti diversi, b'min jaqbel u min ma jaqbilx.
Aktar kmieni llum, il-preżentatur popolari Salvu Mallia ħabbar li l-programm televiżiv tiegħu "Madwarna" mhux se jibqa' jixxandar mill-PBS.

Salvu Mallia huwa kritiku tal-Gvern preżenti u ssemma li jista' jingħaqad mal-partit il-ġdid ta' Marlene Farrugia, il-Partit Demokratiku.


Illum huwa tella' post fuq Facebook illi tgħid: "Jisgħobbina nħabbru l-qtil tal-programm popolari u edukattiv Madwarna, u miegħu d-dritt fundamentali tal-opinjoni ħielsa. Nisħet is-siegħa u l-mument li qatt ivvutajt lil dal-gvern."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home