Belt aktar nadifa...imma għax beda servizz ta' ġbir ta' skart mill-Gvern filgħodu
Kienu diversi dawk il-Beltin li fl-aħħar jiem irrappurtaw kif raw li kien hemm titjib fl-aħħar jiem f'dik li hi indafa. Dan b'mod partikolari fejn jidħlu irkejjen jew żoni li fihom kien isir rimi ta' skart illegalment. Ftit jiem u ġimgħat ilu kien hemm tgergir kbir minn residenti u anke negozji dwar l-indafa fil-Belt. Jidher li dan it-titjip seħħ hekk kif inbeda servizz ta' ġbir ta' skart mill-Gvern filgħodu u dan biex l-istat ta' indafa fil-Belt Valletta jitjieb. L-iskart mill-Gvern qed jinġabar it-Tnejn u l-Erbgħa u mhux eskluż li jkun hemm xi ġranet oħra. Il-kunsill dejjem enfasizza li ma setax iżid is-servizzi ta' ġbir ta' skart minħabba nuqqas ta' fondi. Wieħed jittama issa li jkun hemm aktar koperazzjoni ukoll mill-Beltin.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home