Thursday, September 22, 2016

Binja se taqa' minn mument għall-ieħor ... jitwaħħal biss tejp tal-Pulizija

Fl-aħħar xhur u ġimgħat kienu diversi ir-rapporti li saru fuq binja li mhix kbira ħafna imma li tinsab f'riskju imminenti li taqa'. Tinsab eżatt biswit triq li mir-Rabat tieħu lejn is-Siġġiewi. Triq li fi tmiem il-ġimgħa qrib l-istess struttura jkun hemm għadd ta' karozzi ipparkjati u triq li tintuża minn għadd ta' sewwieqa matul il-ġimgħa.

Din l-istruttura li għandha x'taqsam mal-mina tal-ferrovija li minn din il-parti tieħu lejn l-istazzjon li kien hemm fuq il-pont li jagħti lejn l-Imtarfa, tinsab imġennba sew lejn in-naħa ta' triq, b'konsenturi wesgħin ħafna.
Resident Rabti li kkummenta magħna qalilna li "nista' ngħidlek li saru diversi rapporti. Saru rapporti anke meta kien hawn xogħlijiet ta' restawr fuq il-binja magħrufa bħala l-Gallarija. Biss minkejja l-periklu li hemm, għal xi raġuni jew oħra baqgħet ma ġietx irranġata. Wara li saru rapporti minn diversi persuni, kien twaħħal tejp tal-Pulizija. Dan bl-ebda mod ma jneħħi l-periklu kbir li hemm. Nittamaw li xi ħadd jieħu azzjoni".
Inewsmalta.com hu infurmat li "quddiem il-mod kif din kompliet tinfetaħ għamilna kuntatt mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dawn min-naħa tagħhom kellhom jinfurmaw lill-Ministru għall-Infrastruttura Joe Mizzi u lill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici."


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home