Il-"Ġeneral", traffikant ta' Eritreani, se jgħaddi ġuri fi Sqallija
Medhanie Yehdego Mered magħruf bħala 'il-Ġeneral' se jgħaddi ġuri fi Sqallija. Mered kien inqabad fis-Sudan u ttieħed lejn l-Italja akkużat bi traffikar ta' Eritrej lejn l-Ewropa. L-Imħallef fil-Qorti ta' Palermo din il-ġimgħa iddikjara li l-ġuri ta' Mered se jibda fis-16 ta' Novembru. Ta' min jgħid li wara li kienet ħarġet l-aħbar li wieħed mill-akbar imħuħ wara l-vjaġġi tal-immigranti mill-Afrika lejn il-Libja kien inqabad fis-Sudan u ġie estradit lejn l-Italja, kellha żvilupp hekk kif l-awtoritajiet Taljani xandru ritratti tal-persuna.- Fil-fatt diversi immigranti Afrikani ħarġu jiddikjaraw, anki
mal-mezzi tal-istampa, li dik il-persuna ma kintix Mered Medhanie kif
intqal. Immedjatament l-investigaturi Taljani bdew jistħarrġu dan. Qraba
tal-persuna li nqabdet u li jgħixu l-Italja qalu li l-persuna li
nqabdet kienet Medhanie Tesfamariam Kidane, Eritrean ta’ 27 sena.
L-investigaturi Taljani ddikjaraw li se jinvestigaw u ma qalu xejn
aktar. Mara li li tgħix fin-Norveġja u li qalet li tiġi oħt dak arrestat
qalet li dik il-persuna hu ħuha u dak hu innoċenti.
Kelliem għan-National Crime Agency tar-Renju Unit, li kienu ħarġu stqarrija fejn ħabbru l-qabda tiegħu, qal li, "Ninsabu konxji tar-rapporti li xxandru fil-medja. Għadu kmieni biex wieħed jispekula." Fost dawk rappurtati li jafu lil dak arrestat, u li kkonfermaw li mhux it-traffikant li ngħad li nqabad, kien hemm Barhi Kobron ta’ 28 sena, Eritrean, u Tasfie Haggose ta’ 38 sena. Wara il-prosekuzzjoni ressqet għadd ta' provi u dokumenti li juru li Mered li ġie arrestat hu fil-fatt dak imlaqqam bħala 'l-Ġeneral', magħruf bħala li hu wieħed mill-imħuħ wara t-traffikar ta' persuni mill-Afrika lejn l-Ewropa. Membru tal-Prosekuzzjoni, waqt il-proċeduri li qed jinstemgħu bil-magħluq, qal li hemm ħafna fatturi li jikkonfermaw li l-persuna li huma ttappjaw u investigaw fis-sena 2014 hi fil-fatt l-istess persuna.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home