F'mixja ta' 5 kilometri nġabru 36 borża skart
Mixja ta' ħames kilometri mill-inħawi ta' Ħondoq ir-Rummien
sal-batterija ta' Sant' Antnin u madwarha fil-Qala, Għawdex, wasslet
biex dawk li ħadu sehem fiha ġabru xejn inqas minn 36 borża ta' skart.
Iżda f'dawn l-inizjattivi qed jispikka l-fatt li Maltin u Għawdxin ftit
li xejn qed jipparteċipaw f'dawn l-inizjattivi.
Louis Debattista, l-organizzatur ta' dawn il-mixjiet u ġbir ta' skart,
f'kummenti li tana qalilna li, "Irrid nara aktar Għawdxin u Maltin
jieħdu sehem f'dawn il-mixjiet. F'dawn aħna naraw is-sbuħija
tal-kampanja Maltija u nieħdu l-inkarigu li niġbru l-iskart li niltaqgħu
miegħu. Bħala grupp ridna li anke nħawlu siġar u nagħmlu tabelli
magħhom li juru l-isem ta' min ikun ħawwilha. Nixtiequ li jkun hemm
multi aktar qawwijin għal min jinqabad iħammeġ fil-kampanja. Konna
ġejna mwegħdin fondi minn Eco Gozo iżda qatt ma ħadna xejn," qalilna
Louis Debattista.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home