9 każijiet ta' sportivi li nstabu li ħadu sustanzi projbiti... l-akbar ammont fir-Regatta
Matul is-sena 2015 saru 72 test fuq sportivi għad-doping min-NADO ta' Malta. Minnhom irriżulta li kien hemm disa' każijiet ta' sportivi li kienu ħadu sustanzji projbiti. Minn dawn kien hemm każ fil-futsal, wieħed fil-boxing u seba' każijiet fir-Regatta. Il-Ministru Evarist Bartolo fi tweġiba Parlamentari għal mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia qal li, "Fis-sena 2015 saru 72 testijiet tad-doping min-NADO ta’ Malta. Minnhom, 61 kienu in competition u 11 kienu out of competition. Minn dawn kien hemm disa’ Adverse Analytical Finding, li jfisser li nstabu sustanzi projbiti fis-sample tagħhom. Dawn kienu każ wieħed mill-futsal, sebgħa mir-Regatta u każ wieħed mill-boxing.Il-każ tal-boxing u ħamsa mir-Regatta ser jinstemgħu dalwaqt quddiem il-Bord tad-Dixxiplina."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home