Il-Kappillan ta' San Pawl il-Baħar m'għandux xi jżid dwar il-kwistjoni tal-perżut
"Dak li għedt għedt. M'għandix xi nżid jew innaqqas mal-kummenti li għamilt diġà qabel. Dak li qalu lili kien kunfidenzjali. M'għandix aktar xi nżid." Dawn kienu l-kummenti li għaddielna l-Kappillan ta' San Pawl il-Baħar, Fr Michael Attard, meta ġie kkuntattjat biex jagħti l-kummenti tiegħu dwar il-fatt li l-Kap tal-Iskola ta' San Pawl il-Baħar kitbet fis-sit soċjali tagħha li l-iskola qatt ma żammet milli jiddaħħal perżut. Hi qalet li għejiet bl-attakki fuq l-iskola minħabba d-diversità. Din il-kwistjoni qamet wara li saret omelija fil-Knisja Parrokkjali ta' San Pawl il-Baħar, u din kienet darrset lil diversi persuni. Dan hekk kif tqajjem il-punt li ħaddiema soċjali lmentat mal-parroċċa li fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar kien qed ikun hemm problema b'xi ġenituri ta' tfal li huma Musulmani u li bdew jiddejqu li tfal oħra qed ikollhom ħobż bil-perżut.Il-kappillan f'kummenti li kien tana qatt ma semma li l-ilmenti ġew mill-iskola, iżda dejjem qal li l-ilmenti saru minn ħaddiema soċjali. L-istess kappillan ma naqasx li jenfasizza li hu jilqa' l-multikulturaliżmu.
Meta kien ikkuntattjat xi jiem ilu, il-kappillan kien qalilna li, "Ridt inwassal messaġġ imma jista' jkun li nftehem ħażin. Għandna tfal Musulmani li jiġu l-quddies. Imma hemm oħrajn, skont kif qaltli ħaddiema soċjali, li qed isibu problema li tfal oħra jkollhom ħobż bil-perżut. Il-messaġġ tiegħi hu li nilqgħu l-multikulturaliżmu imma kulħadd għandu jirrispetta d-drawwiet ta' xulxin. Hemm bżonn edukazzjoni ukoll dwar dan ir-rigward."
Ovvjament malajr kien hemm min beda jxerridha li tfal Musulmani kienu qed jheddu tfal Maltin, bil-Kappillan jgħidilna li hu ma semmiex theddid iżda qal li hemm problema fuq il-kwistjoni tal-perżut.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home