Daqshekk salvataġġi f'nofs il-Mediterran minn MSF...isejħu biex tkun l-UE li tagħmel is-salvataġġi
Wara tmien xhur ta' salvataġġi f'nofs il-Mediteran fl-ibħra ta' bejn Malta, Lampedusa u l-Libja fejn ġew salvati xejn inqas minn 20,129 persuna li kienu qed jaqsmu lejn l-Ewropa, Medecins Sans Frontieres (MSF) waqqfet il-kampanja ta' salvataġġ tagħha minn nofs il-Mediterran. L-MSF iddeċidiet li twaqqaf is-salvataġġ hekk kif tħoss li hemm biżżejjed riżorsi biex jilqgħu għall-ħidma f'dan iż-żmien fejn il-vjaġġi bid-dgħajjes mill-Afrika ta' Fuq naqsu. Biss MSF sejħet lill-Unjoni Ewropea biex ikunu huma li jagħmlu missjonijiet ta' salvataġġ biex jipprevenju t-traġedji fix-xhur li ġejjin.
MSF iddikjarat b'mod ċar u tond li "waqt li nibqgħu konvinti fuq
l-importanza li jkun hemm missjonijiet ta' tiftix u salvataġġ f'nofs
il-Mediterran biex ikunu salvati l-ħajjiet ta' immigranti, aħna ntennu
li l-professjoni tagħna hi dik medika u għalhekk it-tiftix u salvataġġ
mhux xogħlna".
Stefano Argenziano, li hu l-manager tal-Operazzjoni tal-Immigrazzjoni
ta' MSF, iddikjara li "l-ebda persuna li kienet abbord dgħajjes li ġew
salvati ma kienu se jaslu f'post sigur li kieku ma kienx l-intervent ta'
MSF li salvathom. Nittamaw li jkun hemm riżorsi Ewropej li jkunu
suffiċjenti fis-sena 2016 u b'hekk ma jkunx hemm bżonn id-dgħajjes
tagħna".
MSF iddikjarat ukoll li minkejja li qed twaqqaf il-missjoni ta' tiftix u
salvaaġġ, hi qalet li se tibqa' ssegwi u se tkun lesta biex terġa'
tintervjeni f'każ li l-Unjoni Ewropea u l-istati membri jonqsu milli
jaġixxu biex jipproteġu eluf ta' irġiel, nisa u tfal li qed jistennew li
jaqsmu lejn l-Ewropa fix-xhur li ġejjin".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home