'L-immigranti għandhom jitħarrġu fil-biedja peress li qed inħossu tnaqqis fil-bdiewa'
It-tnaqqis fl-ammont ta' bdiewa b'mod partikolari f'Għawdex, flimkien mal-fatt li f'pajjiżna jista' jitwaqqaf ċentru vokazzjonali li fih jibdew jitħarrġu immigranti Afrikani li hawn f'pajjiżna biex jidħlu fis-settur tal-biedja, kienu fost it-temi li tqajmu f'laqgħa li saret bejn l-imsieħba fis-settur agrikolu u l-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan. Il-messaġġ kien biex l-immigranti flok jingħataw il-ħuta jingħataw il-qasba. inewsmalta.com hu infurmat li ħa interess b'mod partikolari dwar il-proposta li saret dwar taħriġ għall-immigranti Afrikani fl-agrikoltura, u dan peress li hemm minnhom li diġa jafu s-settur sew u jafu jaħdmu f'kundizzjonijiet ta' nixfiet kbar. inewsmalta.com hu nfurmat ukoll li l-Kummissarju Hogan fl-istess laqgħa qal li tkellem diġa drabi oħra ma' sħabu dwar dan u ma naqasx li jirrimarka li se jaħdem dwar dan u se jkompli isegwiha. Il-Kummissarju Hogan għamel żjara fuq stedina tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, biex hu stess jara b'għajnejh id-diffikultajiet u l-karatteristiċi uniċi ta' dan is-settur f'Malta.Fil-laqgħa mal-imsieħba fl-agrikoltura ssemma' kif f'Għawdex qed jinħass sew in-nuqqas ta' bdiewa minħabba dawk li hemm huma anzjani u ftit li xejn hemm bdiewa żgħażagħ. Fl-istess laqgħa ssemma' kemm hu importanti li jittieħdu inizjattivi bl-għan li aktar żgħażagħ jagħżlu li jaqbdu karriera fl-agrikoltura.
inewsmalta.com hu nfurmat li fl-istess laqgħa il-Produtturi tal-Ħalib, permezz ta' Gejtu Buttiġieġ tkellmu dwar il-problemi li huma jiffaċċjaw meta mqabblin ma' sħabhom fl-Ewropa. Huma qajmu l-punt ta' żieda fl-ispejjeż minħabba l-importazzjoni tal-ġwież u spjegaw li ma jagħmilx sens li jkollhom cold stores għall-ġwież.
Minn naħa tagħhom l-Produtturi tal-Majjal ukoll ilmentaw mill-ispejjeż li huma għandhom biex jimpurtaw il-ġwież.
Fil-laqgħa l-Kummissarju Hogan deher jagħmel rimarka fis-sens li huma jistgħu jibbenefikaw mit-turiżmu billi jbiegħu prodotti lil din l-industrija, fejn hawnhekk ġie spjegat lilu li f'din l-industrija se jagħżlu prodotti li jkunu irħas minn tagħhom. Huma spjegawlu li l-bejgħ tagħhom imur għand ħwienet tal-laħam f'Malta u għand nisa tad-dar li jippreferu l-prodott Malti.
Loui Naudi f'isem il-bdiewa f'intervent li għamel spjega li kien żball mill-Gvern ta' qabel li ma talabx deroga għal 'ispecial market scheme' kif għamlu pajjiżi tal-lvant u qal li din qed taffettwa ħażin lis-settur f'Malta.
Il-Kummissarju Hogan, wara żar il-Meridiana Wine Estate f'Ta' Qali fejn hemmhekk spjega li n-nuqqas ta' ilma u l-effetti tal-tibdil fil-klima huma fost l-aktar fatturi li qed jinkwetaw lill-bdiewa. Hu spjega li hemm il-Junker Plan li fih €315 biljun li jistgħu jintużaw għal proġetti ta' investiment fosthom fis-settur agrikolu.
Meta żar il-Meridiana Wine Estate f'Ta' Qali hu kien akkumpanjat mill-Kummissarju Malti Karmenu Vella, kif ukoll il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat u s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.
2 Comments:
Do inti tixtieq tixtri kliewi jew inti tixtieq li jbiegħu kliewi tiegħek? do you
tfittex opportunitajiet li jbiegħu kliewi tiegħek għall-flus għaliex
waqfa finanzjarja isfel u ma tkunx taf x'għandek tagħmel, imbagħad ikkuntattjana
illum u aħna se joffru ammont tajjeb għall-kliewi tiegħek. Jien jisimni
Tabib Daniel a nephrologist fil UBTH Medical Center. Aħna
klinika Speċjali bil-kliewi Kirurġija u aħna wkoll jittratta l-xiri
u trapjanti tal-kliewi ma 'donaturi ħajjin kif xieraq.
Aħna jinsabu fl-Indja, it-Turkija, in-Niġerja, l-Istati Uniti, il-Malasja. Jekk int
interessati fil-bejgħ jew ix-xiri il-kliewi, toqgħodx lura milli
ikkuntattjana via email.
Email: Doctordaniel95@outlook.com Jew Doctordanielben@gmail.com
Tislijiet.
Dr Daniel.
Int interessat fin-negozjar tal-għażla binarja, tinvesti ma 'maniġer tal-kont fdat u tikseb redditu aħjar tal-profitt fi 72 siegħa, huwa possibbli għalik li jkollok sa $ 32,500 jew aktar f'7days ma' (ĠENNAĠA U KUMPANIJA LIĊENZJATA), nista ' jgħinek tmexxi l-kont tiegħek bl-inqas $ 300 nassigurak li tikseb $ 4500 fil-ġimgħa (7trading days)
Investi $ 500 u taqla $ 3,500.00 kull ġimgħa
Investi $ 1000 u taqla $ 7,000.00 fil-ġimgħa
Investi $ 2000 u taqla $ 14,000.00 fil-ġimgħa
Investi $ 3000 u taqla $ 21,000.00 fil-ġimgħa
Investi $ 4000 u taqla $ 2800.00 kull ġimgħa
Investi $ 5000 u taqla $ 35,000.00 fil-ġimgħa
Il-profitti kollha fil-ġimgħa huma 100% garantiti. (Il-ħlas huwa assigurat) jekk intrested jagħżel pjan adattat għalik innifsek u imejl: tradewitcarlos2156@gmail.com jew whatsapp +15022064419 sabiex inkunu nistgħu nibdew miegħek
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home