Il-priġunier li ħareġ mill-ħabs b'ta' fuqu u senduqu... 'Ma flaħtx nitkellem; it-tifla ċemplitli u qaltli grazzi'
"Ma flaħtx nitkellem. Qaltli ma nafukx u qatt ma ltqajna miegħek. Imma grazzi mill-qalb talli qed tgħinu lil missieri u ta' dak li qed tagħmlu miegħu." Dan sostnieh magħna Mark Vella, hekk kif fl-aħħar jiem it-tifla ta' l-ekspriġunier li ħareġ mill-ħabs b'ta' fuqu senduqu għamlet kuntatt miegħu biex tirringrazzjah. Mark Vella hu l-persuna volontarja li qed tgħin u tieħu ħsieb l-ekspriġunier li ħareġ mill-faċilità korrettiva ta' Kordin u lanqas kellu ċenteżmu fuqu.Fi kliem Mark mhux normali li jiġi kkuntattjat minn tfal ta' ekspriġunieri li jirringrazzjawh tal-ħidma li tkun qed issir u għalhekk din it-telefonata ħallietu bla kliem. "Meta rrispondejt it-telefown smajt il-leħen ta' tfal żgħar. Qaluli inti Mark? Għedilthom iva u huma qaluli grazzi talli qed tagħmel ma' missieri. Waħda għandha tmien snin u l-oħra erba' snin." Waħda mit-tfal hi ta' wieħed mill-ekspriġunieri u l-oħra hi tal-iehor. Dawn iż-żewġ ekspriġunieri qed jgħixu taħt l-istess saqaf.
Mark jgħidilna li l-fatt li l-ekspriġunier ġie megħjun jixtri rigal lit-tifla tiegħu għen bil-kbir fir-relazzjoni ta' bejn il-missier u t-tifla. Tal-qsim il-qalb tismagħha tgħidlek, "Irriduh magħna".
Ta' min jgħid li l-Prison Fellowship Malta għandhom l-Angel Tree Club li l-għan tiegħu hu li jgħin tfal taħt it-13-il sena.
Dan il-każ kien ġie żvelat minn L-ORIZZONT u inewsmalta.com wara li dan l-ekspriġunier inħareġ bi pleġġ u spiċċa barra l-ħabs mingħajr ċenteżmu. Hu fil-fatt kellu jispiċċa jimxiha biex mar fl-appartament ta' ommu u missieru li huma mejtin. L-appartament sabu għeri minn kollox. Wara l-appelli li saru, bdiet tasallu l-għajnuna u bl-għajnuna li rċieva llum qed iħares b'mod pożittiv lejn il-ħajja.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home