Monday, January 4, 2016

Festi sereni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin…..

Jiktbu il-priġunieri……'aħfrulna imma
tuna ċans mill-ġdid"

F'dawn il-jiem ta' festi, wieħed ma jistax ma jistaqsix dwar  kif jgħaddu dawn il-jiem il-priġunieri fil-faċilità u x'jgħaddi minn moħħhom meta jasal dan iż-żmien.  Ittra li residenti fil-faċilità kitbu lil L-ORIZZONT, esprimew dan.  Kien Milied u festi sereni, fejn ħassewhom qrib is-soċjetà.  Ma jonsqsux imma li jappellaw.  Għal ħafna minnhom, dan iż-żmien ifisser li tkun għaddiet sena oħra u li tmiem is-sentenza tagħhom ikunu wasal aktar fil-qrib. Għalhekk jappellew lis-soċjetà hemm barra biex taħrilfhom. Jappella biex jingħataw ċans mill-ġdid waqt li jfakkru lill-pubbliku li fil-ġudizzju li jkunu se jagħmlu fuq residenti fil-faċilità jiftakru li kulħadd hu uman u jista' jiżbalja.
L-ittra ta' residenti fil-faċilità tgħid li "għalkemm dawn huma żminijiet ferm diffiċli għalina li qegħdin fil-faċilità korrettiva pero nħossuna li din is-sena konna f'kuntatt il-ħin kollu mas-soċjetà hemm barra.  Kien kmieni f'Diċembru meta f'atmosfera tal-Milied kellna attività biex tagħti bidu għal festi li komplew isegwu iż-żjarat li saru mill-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca  li żaritna f'Jum il-Milied. Kellna ukoll żjara mill-Arċisqof Charles Scicluna. Fiż-żjarat tagħhom dawn saħqu fuq il-kuraġġ u l-fiduċja fina r-residenti.
"Attivitajiet oħra kienu segwiti matul in-novena tal-Milied li għal komunità nisranija fil-faċilità korrettivaseggġu jassisut għal quddiesa animata minn kantanti diversi b'messaġġ tal-jum u wara ir-residenti setgħu jieħdu xi ħaġa tajba flimkien. Fit-22 ta' Diċembru, il-fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl flimkien mal-faċilità korrettiva u l-parroċċa  ta' Ħal Għaxaq u tmien residenti li kollha qed isegwu sentenza, animaw quddiesa  b'tema ta' indiema u maħfra lejn il-vittmi ta' kriminalità.  Imbagħad fl-ewwel tas-sena, il-kap tal-operat, Simon Buttiġieġ żamm l-appuntament tiegħu mar-residenti u żar kull diviżjoni fil-faċilità korrettiva. Dan kien mument fejn iltaqa' ma' kull resident u fil-ħin konċernat iddiskutew il-problemi, waqt li rreċiprokaw l-awgura għas-sena l-ġdida.
Kollox ma 'kollox żgur li l-Milied ngħixuh u żgur ukoll konxji tal-iżbalji li għamilna u l-weġgħat li stajna għamilna lejn is-soċjetà hemm barra, nħossu li l-Milied juri għalina li ż-żmien għaddej u li s-sentenza waslet fi tmiemha.  Għalhekk nitolukom biex f'din is-sena li għadha kemm tibda fil-ġenerożità tagħkom taħfrulna għal li stajna għamilnielkkom.  Nitolbukom ittuna ċans nibdew mill-ġdid u fil-ġudizzju tagħkom tikkonsidraw li fl-aħħar mill-aħħar kulħadd hu uman u li jista' jiżbalja".
Itennu li "minn qalbna nixtiequ li nirringrazzjaw lil Simon Buttiġieġ, l-awtoraitajiet maġġuri u uffiċjali għall-impenn u s-sostenn matul is-sena li għaddiet. Gġalkemm ir-rutina kontinwa mhix faċli, aħna lkoll napprezzaw l-isforz u l-impenn tagħhom". Minn L-ORIZZONT

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home