Monday, January 4, 2016

B'theddida li tispiċċa fit-triq bla ikel, ħalib u ħrieqi

Min jaf fl-aħħar sigħat kemm saru festini. Forsi min jaf kemm kien hemm ħela. Min jaf kemm intefqu flus f'xinxilli u ċelebrazzjonijiet. Imma waqt li kien għaddej dan kollu mara b'żewġ itfal kienet qed titkarrab għal ħalib, ħrieqi u fuq kollox b'thedidda fuq rasha li tispiċċa barra t-triq.  "Titħassarha, b'żewġt itfal żgħar, titlob u tipprova ssib post ta' akkomodazzjoni. Inċemplu fuq li nċemplu u ma ssibx inqas minn €300 bħala kera. Meta tgħidilhom li għandha żewġ itfal jgħidulha kirja ta' €500. Kif tista' din bil-benefiċċji tħallas dawn il-kirjiet," qaltilna waħda mill-ħaddiema soċjali li għamlet kuntatt magħna.
L-istess ħaddiema qaltilna li, "Għaddejjin bi ġlieda kontra l-ħin biex forsi lil din il-mara nsibulha akkomodazzjoni. Għandha benefiċċju ta' ftit aktar minn €400 fix-xahar. La għandha biex tixtri ħalib u lanqas nappies. It-tifel il-kbir għandu ftit aktar minn tlett snin. Tajniha l-ikel biex għallinqas tgħaddi għal dawn il-jumejn".
Il-ħaddiema soċjali sostniet li, "Illum suppost li ma konniex xogħol, imma xorta waħda dħalna u qassamna ikel lill-familji bi problemi soċjali, biex għallinqas ikollhom ikel għall-ewwel jum tas-sena. Waqt li qed nagħmlu dan iltqajna ma' dan il-każ ta' din l-omm b'theddida li tispiċċa fit-triq u li qasmitilna qalbna. Nappellaw għall-għajnuna b'mod partikolari fejn jidħol ikel u ħrieqi size 5".
Josette Busuttil, li taħdem fuq każijiet soċjali f'Birżebbuġa, meta kuntattjata qaltilna li, "Daħlilna każ b'urġenza ta' omm b'żewġt itfal, l-akbar ta' tliet snin u iehor ta' sentejn. M'għandhomx loqma ħobż, la ikel u lanqas ħrieqi. Min jixtieq joħloq tbissima u jgħinni nferraħhom għandu jibgħat sms 98112532."
Minn L-ORIZZONT

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home