Għall-ewwel darba l-ibbalzmati se jinħarġu għal wirja f'kompetizzjoni
Hu fatt magħruf li f'Malta hawn min għandu kollezzjonijiet kbar ta' tajr u annimali ibbalzmati. Ibda minn għasafar li jpassu minn fuq pajjiżna, għal oħrajn maqbudin barra minn Malta u annimali li jkunu nġabu bħala pets u spiċċaw mietu. Ħafna drabi dawn issibhom f'kollezzjonijiet privati, li qatt ma raw id-dawl ta' barra. Imma issa bl-isforzi ta' Mark Buhagiar, balzmatur li tista' tgħid li aktar jaħdem barra minn Malta, għall-ewwel darba f'Malta se jinbeda l-pass biex għasafar jew annimali ibbalzmati jkunu esposti għall-pubbliku. Dan se jsir permezz ta' kompetizzjoni ta' ibbalzmar liema kompetizzoni se ssir tlett ġimgħat u se tittella' fil-Buskett.
inewsmalta.com fl-aħħar jiem mar għand Mark Buhagiar
fejn hemmhekk tkellimna miegħu dwar din l-inizjattiva u anke stajna
naraw ix-xogħol tiegħu bħala balzmatur.
Mill-ewwel laqgħna l-kelb tiegħu, fejn mill-ewwel staqsejnieh jekk hux
lest jibbalzma l-kelb tiegħu. Imma Mark jgħidilna mill-ewwel li
"m'hemmx ċans li nibbalzma l-kelb. Dak hu parti mill-familja. Jindifen".
Nidħlu miegħu fil-post fejn jaħdem u hemmhekk stajna naraw ix-xogħol
bir-reqqa u b'dedikazzjoni li jagħmel. "Għasfur ġieli jeħodli tmien
sigħat biex inlestih b'kollox", qalilna Mark waqt li beda jispjegalna
t-teknika ta' kif isir l-ibbalzmar. B'xogħol li kif jgħid il-Malti,
qisu tal-istampi, mhix sorpriża li meta Mark jieħu sehem b'xogħol tiegħu
f'kompetizzjonijiet ta' ibbalzmar, dan imur tajjeb u riċentament ġie
klassifikat it-tielet post b'kuluvert.
Mark jitkellem dwar ix-xogħol tiegħu u l-fatt li ġieli tqabbad minn
mużewijiet u kumpaniji biex jibbalzma annimali jew tajr li jkollhom. Ma
naqasx li jispjegalna li nħadem manikkin għal iljunfant biex dan ukoll
ikun jista' jintuża.
Lil Mark nistaqsuh jekk ikollux tajr biss għall-ibbalzmar, iżda hu
mill-ewwel jgħidilna li anke annimali oħra jinġabu. Jenfasizza li
"għandek kaċċaturi li jġibu t-tajr, oħrajn imutilhom il-pet u jġibuh
ukoll. Il-proċess ivarja, imma b'mod ġenerali tneħħilu l-ġewwieni.
Tnaddaf il-ġilda sewwa u jkun trattament biex il-ġilda sservi aktar.
Tagħmel manikkin u imbagħad tagħmel pożizzjoni adattata. Bażikament
jien aktar barra milli Malta. Inmur għand klijenti, kumpaniji,
kollezzjonisti privati u anke mużewijiet.
Ilni nagħmel dan ix-xogħol għal xejn inqas minn 10 snin. Jien ġieli
ħadt sehem f'kompetizzjonijiet ta' ibbalzmar barra minn Malta. Huma xi
ħaġa li ssibhom regolarment. Kienu l-ħsieb f'moħħi dwar għaliex f'Malta
m'għandux ikollna kompetizzjonijiet simili. Iddeċidejna li fl-aħħar
għandha ssir kompetizzjoni ta' ibbalzmar. Din se ssir bejn it-23 u 24
ta' Jannar. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sas-7 ta' Jannar. Minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home