Saturday, January 2, 2016







Perikli f’Selmun


Biż-żona wara l-Palazz ta’ Selmun tkun iffrekwentata minn bosta familji, fl-aħħar jiem għadd ta’ familji ġibdulna l-attenzjoni dwar il-perikli li hemm. Dan il-post, li jinkludi strutturi ta’ żmien l-Ingliżi u li huwa imfittex għall-pikniks, jinsab fi stat ħażin ħafna u jista’ jkun ta’ periklu kbir għat-tfal u l-familji li jmorru fih, b’mod partikolari ħofra li hemm fl-art u li jista’ jaqa’ xi ħadd fiha. 
Il-ġebel ta’ dawn l-istrutturi jidhru mikula bl-elementi, u huma f’riskju kbir li jaqgħu minn ħin għall-ieħor. 
Il-fatt li tifel kważi waqa’ f’din il-ħofra u li tfal oħrajn jilagħbu fi strutturi nofshom mwaqqgħin u b’għadd ta’ siringi fihom, xprunaw lil dawn il-familji biex jappellaw biex tittieħed azzjoni fuq dan il-periklu.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home