Li titfa' immigranti f'detenzjoni fuq saħħa hi kontra d-drittijiet tal-bniedem - Neil Falzon, Aditus
L-istrateġija l-ġdida dwar il-wasliet ta' immigranti qed tintlaqa'
b'mod pożittiv minn għadd ta' għaqdiet nongovernattivi li qed iqisuha
bħala pożittiva li "spiċċat id-detenzjoni amministrattiva b'mod
awtomatiku" u issa se tiddaħħal sistema ta' detenzjoni bbażata fuq
każijiet individwali. Biss fl-istrateġija hemm punt li qed jitqies bħala
'stamb' ħafna u dan hu dak li immigranti jistgħu jkunu detenuti fuq
każijiet marbutin ma' saħħa, anke jekk ikun għad m'hemmx fatti ċari fuq
l-istess kundizzjonijiet, jew suspetti raġjonevoli.
inewsmalta.com għamel kuntatt ma' Neil Falzon
mill-Fondazzjoni Aditus u staqsejnieh b'mod speċifiku dwar jekk il-parti
dwar saħħa u detenzjoni hix qed tikser id-drittijiet umani, b'mod
partikolari l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem li waqt li
tgħid li persuni jistgħu jkunu detenuti minħabba li jkollhom mard
infettiv, tgħid li dan għandu jsir skont proċeduri stabbiliti.
Neil Falzon qal lil inewsmalta.com li "biex immigrant jitpoġġa
f'detenzjoni minħabba mard infettiv, hemm proċeduri ristretti ta' kif u
meta dan għandu jsir. Ma tistax taqbad dgħajsa sħiħa u titfagħhom
f'detenzjoni minħabba suspett ta' xi każ partikolari bħat-tuberkolożi.
Meta immigrant tpoġġieh f'detenzjoni fuq każ ta' saħħa irid ikun hemm
suspetti raġonevoli. Qisna qed nibqgħu taħt l-impressjoni li
l-immigranti qed iġorru mard infettiv. Dan narawh li hu f'kunflitt ċar
mal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, fejn
artiklu 5 isemmi dan il-punt."
Ta' min jgħid li l-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni
Ewropea tgħid li "kull persuna għandha d-dritt għal-libertà u
s-sigurtà. Ħadd m'għandu jkun imċaħħad mil-libertà tiegħu ħlief meta
persuna tingħata sentenza mill-Qorti. L-arrest jew detenzjoni ta'
persuna tista' ssir għal nuqqas ta' konformità ma' ordni tal-Q'orti, jew
biex persuni tittieħed quddiem l-awtoritajiet legali kompetenti fuq
suspetti raġonevoli li tkun wettqet offiza. Detenzjoni tista' ssir biex
tippreveni t-tixri ta' mard infettiv".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home