Wednesday, January 6, 2016








Tmien każi ġodda kuljum ta' familji bi trabi fi bżonn ta' ħalib


Regolament qed ikun hemm xejn inqas minn tmien każijiet ġodda ta' ommijiet li jmorru jħabbtu l-bibien ta' entità partikolari biex jingħataw nappies u ħalib.  B'mod regolari qed nispiċċaw b'talbiet għal ħalib tat-trabi, fejn jekk ittihom 5 bottijiet tkun tajthom biss għal ġimgħa. 
"Jiġu ommijiet li għandhom tlieta jew erbat itfal.  M'aħniex inlaħħqu mat-talbiet.  M'għandniex stokk biżżejjed minn fejn nagħtu", qaltilna Josette Busuttil li taħdem fuq dawn il-każijiet.
Enfasizzat li "nixtiequ li jkun hemm xi kumpaniji jew aġenziji li jgħinu biex ikollna nappies ta' daqs 3, 4, u 5 u ħalib tat-trabi.  Bil-mod kif ġejjin it-talbiet m'aħniex inlaħħqu. Dawn huma persuna li jagħmlu żmien fejn minħabba l-ispejjeż jew ċirkostanzi oħra ma jkunu jistgħu jixtru dawn l-affarijiet essenzjali".
Saħqet li "irrid ngħid li dawn jiġu għall-għajnuna imma ma jkunux każijiet li jibqgħu dipendenti fuqna.  Dawn kif jiġu fuq saqajhom ma jibqgħu jiġu għall-għajnuna.  Imma l-problema li qed insibu li hi l-każijiet jibqgħu deħlin b'mod regolari, b'medja ta' tmien każi".
Josette Busuttil, li taħdem mill-qrib ma' każijiet soċjali f'Birżebbuġa, sostniet li "t-tama tagħna hi li jkollna għajnuna b'mod partikolari fuq il-ħalib. Li jiġu dawn l-ommijiet tant fil-bżonn, u hemm il-ħsieb li tista' tispiċċa ma ttihomx għax ma jkollokx ħalib jew nappies hi xi ħaġa li tnikktek".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home