Thursday, January 7, 2016


Miċ-ċentru miftuħ f'Ħal Far għal appartament ...inizjattiva mill-Ġiżwiti

F'pajjiżi bħall-Ġermanja u l-Italja hemm inizjattiva għaddejja msejħa 'Welcome Refugees', f'liema inizjattiva l-pubbliku jiġi mħeġġeġ jagħti kamra jew jakkomoda refuġjati f'daru. F'Malta, dan il-kunċett għadu ma ddaħħalx fejn jirrigwarda l-pubbliku, għalkemm m'hemm xejn xi jżomm milli membri tal-pubbliku joffru partijiet minn djarhom għal immigranti u refuġjati.
Biss fl-aħħar sigħat kienu l-Ġiżwiti li akkomodaw familja ta' ħames Etjopjani. Il-Ġiżwiti kkonvertew parti mill-akbar dar li għandhom, li hi dik tan-Naxxar, f'appartament u tawha lil din il-famlja. Din il-famlja kienet qed tgħix fiċ-ċentru miftuħ f'Ħal Far.
Wieħed jittama li jkun hemm aktar inizjattivi simili.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home