Wara l-ewwel ittra anonima xenofobika…'nitolbok tiskużani'
Il-każ tal-ittra anonima li rċieva ġurnalist ta' Union Print Co. Ltd,
liema ittra kienet segwita minn mewġa ta' solidarjetà fosthom il-Prim
Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil,
il-Mexxej tal-Alternattiva Demokratika, il-Professur Arnold Cassola u
l-Isqof Mario Grech, kellha żvilupp iehor lbieraħ. Dan hekk kif
fl-uffiċini tagħna waslet ittra oħra mingħand l-istess persuna anonima
fejn din id-darba dan skuża ruħu għat-tieni parti tal-ittra.
Fl-ewwel ittra l-ġurnalist Victor Vella u l-familja tiegħu, li tinkludi
zewġt itfal adottati mill-Etjopja, spiċċaw fil-mira ta' insulti u
tgħajjir personali.
It-tieni ittra anonima kienet tgħid li, "Qiegħed nerġa' niktiblek biex
nitolbok tiskużani għat-tieni parti tal-ittra anonima tiegħi.
Nassigurak solennement li qatt u qatt ma kienet intiża li tkun ta' xi
forma ta' theddida lilek jew lill-familja tiegħek. Min jafni jista'
jaħliflek li jien nidħol fil-kategorija ta' dawk li l-Ingliżi
isejħulhom 'they simply would not hurt a fly."
L-ittra tkompli tgħid li, "Fortunatament ngħixu f'pajjiż fejn jekk xi
ħadd irid jadotta familja ta' Marzjani dan jista' jagħmlu liberament
dejjem sintendi jekk il-Marzjani jinstab li jeżistu…! Min-naħa l-oħra
nassigurak ukoll li jien wieħed minn dawk li daqskemm kont xellugi sirt
lemini, sa minn mindu splodiet ma' wiċċna din il-problema. Neħodlok
ġurament li jien nikklassifika lili nnifsi fost it-top - suq ħa, fost
it-top 50 ta' dawk li jibqgħu jaduraw lill-Perit Mintoff sa l-aħħar
nifs ta' ħajjithom. Il-poster tal-perit li jmur lura sa l-elezzjoni ta'
l-1971 trid tara Vic.!!!. Għadu mint condiditon. Nassigurak li poster
ta' Alfred Sant u Joseph Muscat qatt ma bboderjajt saħta."
L-ittra tkompli tgħid li, "Mela dak il-'heading' kollu, sewwa
bil-problemi kollha li għandu l-pajjiż bħall-faqar dejjem jiżdied, tlett
suwiċidji fil-ħabs fl-isptar Monte Carmeli f'temp ta' erba' ġimgħat u
x'naf jien. Eżattament intom ta' l-orizzont kif tirreaġixxu li tassew
kellhom jinvaduna l-Marzjani? Billi tippubblikaw xi ritratt mill-film
'Mars Attack' b'wieħed Marzjan qiegħed jurina dik id-daħka mxajtna
tiegħu bħal qisu jrid jgħidilna 'Bnedmin tal-pjaneta Dinja…issa aħna
nikkmandaw hawnhekk!!!! Nagħlaq billi mill-ġdid nibagħtlek l-iskużi
sinċieri tiegħi u billi ngħidlek li l-isem tal-Prim Ministru Pollakk
għadu qiegħed jaħrabli…jew forsi hi mara jisimha Beata xi ħaġa wara
kollox? 'Beata' isem ftit stramb għal xi ħadd lemin estrem xenofobiku,
ma taqbilx? Saħħiet u jalla l-Etjopja tgħaddi għat-Tazza tad-Dinja li
jmiss."
L-ewwel ittra anonima fost affarijiet oħra kienet tgħid, "Sur V.V. għax
ma tagħmilx pjair kbir lil pajjiżna u ddabbar rasek int, familtek u dik
il-familja klandestini li tgħajjex miegħek lejn Mogadishu jew
Khartoum?"
Fid-dawl ta' din l-apoloġija parzjali, inewsmalta.com qed
jistieden lill-awtur ta' dawn l-ittri biex nieħdu l-veduti tiegħu fuq
is-suġġett wiċċimbwiċċ. Il-kunfidenzjalità hija assigurata.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home