Aktar minn 800 każ fejn tfal qabżu l-allowance għal assenteiżmu fiċ-childcare F'tagħrif li ta fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li l-Gvern għandu ftehim li jħallas iċ-Childcare Centres l-ammont kollu dovut jekk tifel jew tifla jattendu mill-inqas 90% tas-sigħat li jkunu miktubin għalihom.
Wieħed irid jirrimarka li l-ħruġ ta’ kontijiet għad-differenza huwa taċ-Ċentri u mhux tad-Dipartiment, qal il-Ministru. Jekk it-tifel jew tifla jattendu inqas minn 90% (għal kwalunkwe raġuni), id-differenza titnaqqas mis-sigħat ta’ absence allowance li ma jkunux ittieħdu.
Sigħat ta’ absence allowance huma kkalkulati fuq bażi ta’ sena sħiħa u huma ekwivalenti għal 15% tas-sigħat ibbukkjati għas-sena.
L-informazzjoni fuq l-absence allowance tinsab fit-termini u kundizzjonijiet tas-sistema għal min juża l-iskema tal-Free Childcare, li kopja tagħhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hija wkoll aċċessibbli u pubblikata fuq is-sit elettroniku www.education@gov.mt.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home