Tuesday, February 16, 2016


'Ilma mhux tajjeb għax-xorb, frieket u skieken riċiklati, nuqqas ta' mediċini fil-ħabs'

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami f'intervent parlamentari li għamel dwar l-abbozz ta' liġi li jimplimenta l-miżuri tal-estimi, enfasizza li l-priġunieri qed iwerżqu biex is-sitwazzjoni fil-ħabs ma tibqax ħażina.
"Hemm kundizzjonijiet li qed jiddeterjoraw. Hemm kundizzjonijiet ta' saħħa li qed imorru lura. Il-Gvern ipprova jixxaħħaħ fil-kura medika ta' persuni li qegħdin fil-faċilità korrettiva. Ingħataw frieket u skieken li huma tal-plastik u dawn qed jerġgħu jintużaw. Din hi s-sitwazzjoni li hemm fil-ħabs. Qed jitkellmu fuq kif fiċ-ċelel hemm ilma li mhux tajjeb għax-xorb. Mhux dejjem ikun hemm il-mediċini li għandhom bżonn. Familjari ta' priġunier qaluli li l-unika mediċina li ssib fil-faċilità hi l-Panadol u hemm mediċini li qed jixtruhom il-familjari."
Dwar id-droga fil-ħabs, Beppe Fenech Adami qal li, "Fl-aħħar seba' xhur kien hemm sitt persuni li tilfu ħajjithom fil-kustodja tal-Pulizija. Illum hemm problemi kbar. Kif qed jibqa' jkun hemm persuni li joħorġu b'ta' fuqhom senduqhom mill-ħabs."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home