Tuesday, February 16, 2016

Kważi €280,000 għall-monument tal-Valletta Summit

Il-monument li sar biex ifakkar il-Valletta Summit, liema monument jinsab fi Pjazza Kastilja u dwaru nħolqot kontroversja minħabba l-għamla tiegħu u l-post fejn tpoġġa, ġie jiswa lill-Gvern kważi €280,000. Dan irriżulta minn tweġiba Parlamentari tal-Prim Ministru Joseph Muscat għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista David Agius.
Il-Prim Ministru qal li l-ispiża konnessa mal-monument kienet imqassma hekk: il-provediment u l-fabbrikazzjoni tal-irħam swew €177,000 (Halmann Vella Ltd), waqt li l-inġinerija, trasport u installazzjoni tal-monument fil-post swew €33,040 (Halmann Vella Ltd). Il-provediment ta’ corten steel u fabbrikazzjoni tal-istruttura tal-ħadid swew €57,112 (Atlas Tool Engineering Ltd), waqt li d-disinn, assistenza u moniteraġġ tax-xogħol swew €10,000 (Dr Vince Briffa).
Fit-tweġiba ntqal li x-xogħol ta’ kordinazzjoni sar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-monument sar permezz ta’ direct order bħalma jsiru l-monumenti kollha.
Intqal ukoll li m'hemmx ħsieb li l-monument jiċċaqlaq.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home