Priġunier deskritt bħala klinikament mejjet ħareġ mill-ITU
Dak il-priġunier li kien iddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva tal-Isptar Mater Dei, u li kien ġie deskritt minn sezzjoni tal-istampa bħala li kien 'klinikament mejjet', issa nħareġ mit-taqsima tal-ITU u qed ikompli jingħata l-kura f'sala fl-isptar Mater Dei. Dan intqal mill-Ministru tal-Intern, Carmelo Abela, f'intervent li għamel fil-Parlament dwar l-istqarrija ministerjali marbuta mal-virus taz-Zika. Hu tkellem dwar l-ammont kbir ta' każijiet ta' priġunieri li kienu infettati bil-virus tal-influwenza.Il-Ministru Carmelo Abela qal li, "Kemm il-Ministeru u t-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin meta faqqgħet l-H1N1 fil-ħabs żammejna lill-pubbliku ġenerali infurmat. Kellna persuna li tilfet ħajjitha. Il-priġunier li kien għad fadal fl-Isptar Mater Dei u li kien fl-ITU, u li kien intqal li hu klinikament mejjet minn sezzjoni tal-media, il-kundizzjoni tiegħu tjiebet u ttieħed f'sala fl-isptar."
Il-Ministru żied jgħid li fl-aħħar jiem ma kienx hemm każijiet ġodda u fl-aħħar ijiem ma kien m'hemm ebda priġunier fil-ħabs li hu f'iżolament jew li qed isofri minn sintomi tal-influwenza. Is-sitwazzjoni irritornat għan-normal.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home