Inti ma taf xejn
- il-Ministru Mizzi lid-Deputata Marthese Portelli
Ix-xogħlijiet f'xi toroq ta' pajjiżna, b'mod partikolari jekk jeżistix 'Road Works Management Plan', wasslu għal battibekki jaħarqu fil-Parlament illejla bejn il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi u d-Deputata Nazzjonalista Marthese Portelli. Il-battibekki tant saħnu li d-Deputat Portelli akkużat lill-Ministru Mizzi li meta ma jkunx jaf iwieġeb, jispiċċa jitgħajjar. Il-Ministru Mizzi min-naħa tiegħu qalilha li hi ma taf xejn u talab ruling lill-Ispeaker fuq dak li allegat Portelli.
Il-kwistjoni bdiet meta d-Deputata Marthese Portelli bdiet tistaqsi dwar meta se titlesta Triq Pantar f'Ħal Lija, triq li ilha xejn inqas minn sitt xhur li bdew xogħlijiet fiha. Bil-Ministru Mizzi jiddikjara li hemm strutturi li jippjanaw ix-xogħlijiet, wara segwew diversi battuti bejn dawn iż-żewġ membri. L-Ispeaker talab għal diversi drabi biex iż-żewġ membri jieqfu mill-intervent tagħhom. Wara sostna li kien se jagħti r-ruling li ntalab mill-Ministru Mizzi.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home