Tuesday, March 8, 2016

Kejk fil-Parlament għax triq ilha sena maqlugħa!

Normalment il-kejkijiet jittieħdu f'xi post meta xi ħadd jagħlaq sninu, jew forsi bħala rigal f'xi ċelebrazzjoni. Imma fil-Parlament, għall-inqas skont dak li ntqal, il-ġimgħa d-dieħla se jittieħed kejk biex tkun ċelebrata s-sena mindu Triq it-Tagħbija fir-Rabat inqalgħet biex fiha jsiru xogħlijiet maġġuri. Il-kwistjoni qamet meta d-Deputat Nazzjonalista Tony Abela, f'intervent li għamel waqt il-ħin tal-mistoqsijiet tas-seduta parlamentari tal-lejla, qal li se jġib kejk fil-Parlament il-ġimgħa d-dieħla biex tkun ċelebrata s-sena mindu din bdew xogħlijiet fiha u għadha mhix lesta.
Il-Ministru Joe Mizzi wieġbu lura, filwaqt li intervjena wkoll id-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis. Dan qal li Tony Abela jista' jieħu l-kejk għax il-bypass tal-Imtarfa hija lesta. F'dan il-mument, fost ħafna storbju fil-Kamra, reġa' qam id-Deputat Nazzjonalista Toniy Abela u qal li Agius Decelis kien qed jitfixkel triq ma' oħra.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home