Tuesday, March 8, 2016


'Qiegħda fl-Afrika u ma esperjenzajtx razziżmu'
              - Christine Xuereb


'Mur f'pajjiżhom fl-Afrika ħa tara x'jagħmlulek". "Araw x'jagħmlu lill-bojod li jkun hemm f'pajjiżhom". "Morru f'pajjiżhom ħa taraw kemm jintegrawk?".  Dawn huma kummenti li ssib fis-sit soċjali, li fihom issib kull tip ta' kummenti kontra persuni barranin b'mod partikolari Afrikani u Għarab.  Imma quddiem dan, huma diversi dawk il-persuni li marru f'pajjiżi Afrikani u mhux talli ma rrappurtawx trattament ħażin jew razziżmu imma talli baqgħu impressjonati bl-ospitalità li ntlaqgħu biha. Maltin li marru l-Għana, l-Etjopja, u postijiet oħra Afrikani, jirrimarkaw fuq din l-ospitalità. Christine Xuereb hi waħda minn dawn fejn waqt li tinsab il-Ghana ddikjarat li ma ltaqgħet ma' ebda każ ta' razziżmu kontra tagħha.
F'kuntatt li għamilna ma' Christine Xuereb, dwar l-esperenza tagħha fil-Għana, hi sostniet li "hawn fil-Ghana fi triq waħda se ssib il-knisja tal-Metodisti, l-Adventist Church, knejjes Kattoliċi Rumani, u għadd ta' knejjes evanġeliċi. Dan flimkien ma' moskej.  Hawn in-nies jgħixu fil-paċi flimkien. Bħala persuna bajda fil-Ghana, jien kelli żjarat minn ħafna ġirien ta' fejn qed noqgħod, ingħatajt rigali u kellimthom bid-djalett tagħhom. Kien hemm persuni li riedu jdawwruni mal-post li qed ngħix fih. Iħossuhom kburin li jkunu qed jimxu ma' persuni bojod. Ir-raġel tiegħi qalli li fis-swieq il-persuni kienu qed jilqgħuni bi djaletti differenti. In-neputijiet tiegħi dejjem jiġu miegħi u joffru li jgħinuni. Tista' tgħid li qatt ma nerfa' xejn.  Diversi persuni kkummentaw miegħi kif huma jafu dwar il-mod ta' kif id-dinja tħares b'mod inġenerali lejn l-Afrika. Għalhekk, kif jaraw persuna bajda fil-Ghana, huma jafu li dawn  se japprezzaw l-kultura u l-istil ta' ħajja li jgħixu. Meta xi ħadd jgħid "araw kif l-Afrikani jitrattaw persuni oħra fl-Afrika', jien nissuġġerilhom li jmorru sal-Afrika qabel jagħmlu ċerti dikjarazzjonijiet".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home