Tuesday, March 8, 2016







 Ma tridx donazzjonijiet ta' spermi u bajd…


.....l-Ħallieq hu wieħed ma nilagħbux ma' dawn l-affarijiet'


Hekk kif il-Parlament illejla beda jiddiskuti l-Att dwar id-Donazzjoijiet tal-Organi, id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ għamlitha ċara li dan l-abbozz mhux jeskludi donazzjonijiet ta' spermi, bajd u embrijuni. Hi enfasizzat li, "Il-Ħallieq hu wieħed, ma nilagħbux ma' dawn l-affarijiet."
Id-Deputata Nazzjonalista qalet li madankollu l-Oppożizzjoni qed taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi. L-abbozz jgħid li għandu jkun hemm Reġistru Nazzjonali tad-Donazzjoni tal-Organi u Tessuti Umani. Ir-reġistru għandu jirreġistra informazzjoni fosthom id-dettalji tal-persuni li jkunu qed jirresjedu f’Malta li jkunu jixtiequ jagħtu l-organi tagħhom wara l-mewt tagħhom u dettalji tal-persuni li jkunu qed jirresjedu f’Malta li espressament jiddikjaraw li ma jkunux jixtiequ jagħtu l-organi tagħhom wara l-mewt tagħhom. Ir-reġistru se jkun fih imniżżel kull organu partikolari li persuna tiddeċiedi li tagħti u kull organu partikolari li persuna tiddeċiedi li ma tkunx trid tagħti.
Kull persuna li tkun għalqet is-sittax-il sena tista’tirreġistra biex tagħti l-organi u, jew tessuti u, jew ċelloli tagħha. Persuna li tiddeċiedi li tagħti l-organi jew tessuti tagħha għandha tispeċifika liema organi jew tessuti tkun tixtieq tagħti u jekk tkunx tixtieq teskludi organi partikolari milli jiġu mogħtija.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home