Appellata d-deċiżjoni ta' rifjut fuq il-proġett ta' Ħondoq ir-Rummien
Il-kontroverjsa marbuta mal-proġett propost għal Ħondoq ir-Rummien fil-Qala Għawdex, liema proġett kien jinkludi l-bini ta' villaġġ sħiħ, se tkompli tittawwal u dan hekk kif l-iżviluppaturi appellaw mid-deċizjoni li kien ħa il-Bord tal-Ippjanar ftit ġimgħat ilu. F'dik id-deċiżjoni l-iżviluppaturi ma kinux ingħataw permess għal dak l-iżvilupp massiċċ.
L-ORIZZONT hu infurmat li l-appell sar quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar. Paul Buttiġieġ li tant ħadem biex Hondoq ir-Rummien jibqa' kif inhu lum meta mitlub jagħti r-reazzjoni tiegħu għal dan l-appell, qalilna li "dawn x'qed jistennew li se jsir xi miraklu? Ir-rapporti kollha irrakkomdnaw rifjut, u anke l-bord tal-MEPA unanimament kien kontra. X'qed jistennew l-iżviluppaturi?. Minn naħa tagħna għamilna dak kollu possibbli biex Hondoq ir-Rummien jibqa' jitgawda mill-pubbliku bla xkiel."
Ftit tal-ġimgħat ilu l-bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar b’vot unanimu ma laqax l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta’ Ħondoq ir-Rummien. Dan il-proġett, li kien ilu jiġi diskuss għal xejn inqas minn 14-il sena, kien jinkludi fost l-oħrajn proposti għal lukanda, appartamenti u jott marina.?Dakinhar fost l-oħrajn tkellem il-Perit Edward Bencini, fejn spjega fhiex kien jikkonsisti l-proġett u t-tibdil li kien se jseħħ matul iż-żminijiet. Madankollu, il-Case Officer tal-MEPA, Ivan Fava, irrakkomanda li l-proġett m’għandux isir minħabba li dan jinsab fuq art ODZ kif ukoll li se jikkawża problema tat-traffiku. Il-proġett propost kien jinkludi bini ta' appartamenti, lukanda u jott marina. Il-poplu tal-Qala ilu li vvota mis-sena 2001 fejn dakinhar 85 fil-mija qalu le għall-proġett. Ta' min jgħid li l-antropologu Jeremy Boissevain kien ikkonkluda li l-proġett propost f'Ħondoq ir-Rummien se joħloq impatt negattiv mill-aspett soċjali. Transport Malta kienet irrakkomandat rifjut u anke l-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja kienet ikonkludiet li m'għandux jinħareġ il-permess għax hu diffiċli tiġġustifika li hu sostenibbli.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home