Monday, August 22, 2016

Salvati 1,300 persuna fil-vjaġġ mil-Libja lejn l-Ewropa

Fl-aħħar sigħat, il-Gwardji tal-Kosta Taljani u organizzazzjonijiet umanitarji salvaw bejniethom xejn inqas minn 1,300 persuna li kienu qed jivvjaġġaw bejn il-Libja u l-Ewropa fil-vjaġġ ta' tama. 

Fost dawn kien hemm ammont sostanzjali ta' minorenni. 

B'kollox kien hemm seba' salvataġġi, fejn f'ħames każi l-persuni kienu qed jivvjaġġaw fuq dinghies u f'żewġ każi oħra fuq dgħajjes tas-sajd. Fis-salvataġġi kienu involuti l-Qawwiet Militari Taljani u anke l-operazzjoni tal-Unjoni Ewropea 'Sophia'. 

Xejn inqas minn 551 immigrant kienu salvati minn Medecins Sans Frontieres (MSF).


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home