Tim Malti jitlaq lejn l-Italja biex jgħin fit-tiftix ta' persuni li nqabdu taħt it-tiġrif
Grupp Malti tat-tiftix u s-salvataġġ bil-klieb se jingħaqad ma' voluntiera oħra Taljani u minn madwar id-dinja biex jgħin lil dawk li ntlaqtu fit-terremot qawwi li ħasad liċ-ċentru tal-Italja dalgħodu.Tim ta' mara u erbat irġiel minn SOS Malta, akkumpanjat minn żewġt iklieb imħarrġin apposta, telaq lejn Sqallija llum waranofsinhar, minn fejn se jibqa' tiela' biex jilħaq iz-zona milquta sa għada filgħodu.
Meta jaslu huma se jibdew ifittxu għal persuni midrubin li jinsabu mirdumin taħt it-tiġrif tal-bini.
It-terremot seħħ fl-ewwel sigħat tal-jum meta bosta residenti kienu reqdin.
Ritratti u filmat: Andrea Sacco Baldacchino
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home