47 sena mill-inkaljar tat-tanker Angel Gabriel f'Marsaskala
Bħal-lum 47 sena, fit-23 ta’ Settembru tal-1969, inkalja t-tanker Angel Gabriel fil-post fejn illum hemm il-bini tal-eks Jerma f’Marsaskala, proprju fiz-zona magħrufa bħala l-Ponta tal-Gżira. L-aħbar mill-ewwel ġriet, u eluf niżlu max-xatt biex jaraw lill-vapur jitkisser mal-blat. Tista’ tgħid li għal ħafna minn dawk li niżlu fuq il-post kienet l-ewwel darba li żaru lil Marsaskala.- Il-maltempata li kaġun tagħha kien inkalja dan it-tanker kienet
mill-aktar qalila, u damet saħansitra ħamest ijiem. Kissret sukoll
diversi bċejjeċ tal-baħar, b’mod speċjali l-Għadira, San Pawl il-Baħar u
San Ġiljan. Tant kien maltemp li saħansitra s-servizz ta’ trasport
bil-baħar bejn Malta u Għawdex kellu jiġi sospiż minħabba n-nuqqas ta’
faċilitajiet adegwati fil-Marfa.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home