L-irranġar tal-pitkalija…..preparamenti fuq it-tender biex fi żmien qasir jinbeda x-xogħol Fi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, il-Ministru enfasizza li bħalissa għaddejjin preparamenti fuq it-tender biex fi żmien qasir jinbeda x-xogħol.
Il-Ministru qal li ,"Ninsab infurmat li mill-1998 sal-2013, perjodu ta’ 15-il sena taħt Gvern Nazzjonalista, ma sar xejn fil-Pitkalija biex jiġi mtejjeb l-operat jew l-infrastruttura tal-post. Issa wara 180 xahar ta’ negliġenza u telqa, kif jistgħu jixhdu l-bdiewa, pitkala u xerrejja li jagħmlu użu mill-Pitkalija, l-Onorevoli Interpellant qed jippretendi li f’anqas minn 30 xahar isir ix-xogħol kollu li ma sarx f’180 xahar.
“Ninsab infurmat ukoll li dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant, jiġifieri li l-Gvern qata’ ħesrem l-opportunità lill-bdiewa li tiġi refurbished il-Pitkalija, tant mhuwiex veru li fil-fatt il-Gvern fl-estimi 2016 ivvota €1.6 miljun sabiex isir ir-refurbishment tant meħtieġ. Fil-mument qegħdin jiġu ppreparati t-tenders neċessarji, sabiex tiskatta l-proċedura tat-tenders ħalli f’qasir żmien jibdew jitwettqu x-xogħlijiet meħtieġa."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home