Tuesday, March 8, 2016

F'dan il-Parlament għandu jkun restawrat is-sens ta' serenità u rispett reċiproku 
           - il-Prim Ministru

Wara l-battibekki tal-bieraħ fil-Parlament u l-battibekki fis-seduta tal-lum, il-Prim Ministru Joseph Muscat f'intervent wara li skada l-ħin tal-mistoqsijiet appella biex fil-Parlament ikun restawrat is-sens ta' serenità u r-rispett reċiproku. Hu tenna li, "F'demokrazija matura żewġ naħat jistgħu jaħdmu flimkien."
Il-Prim Ministru qal dan wara li ddikjara li kien ippjanat li jagħmel stqarrija ministerjali dwar is-summit fi Brussell. Qal iżda li ġie infurmat li l-Kap tal-Oppożizzjoni minħabba impenji oħra ma kienx se jkun preżenti u hu qabel li l-istqarrija ministerjali ssir darba oħra.











0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home