Kontroversja dwar bandli fis-Siġġiewi
F'laqgħa tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li saret lbieraħ filgħaxija, ġiet ippreżentata mozzjoni dwar l-isem li għandu jingħata bandli ġdid fis-Siġġiewi. L-isem li kien intgħażel tqies bħala kontorversjali u fil-laqgħa tal-bieraħ ġie propost li jkunu tfal tal-iskola Primarja tas-Siġġiewi li jagħtu isem lil dan il-bandli. Din il-mozzjoni xejn ma niżlet tajjeb mas-Sindku Nazzjonalista Carol Aquilina.
Il-kunsillier Laburista Dominic Grech meta kkummenta ma' inewsmalta.com
qalilna li "il-kwistjoni li għadejja bħalissa hi rigward bandli ġdid li
bħala Kunsill se nkunu qed nibnu mill-ġdid flok dak li hemm
fil-preżent, li ilu ma' jiġi rrinovat għal dawn l-aħħar 30 sena. Fi Frar
tas-sena 2015, is-Sindku tas-Siġġiewi Dr Karol Aquilina ippropona li
dan il-bandli ġdid jissemma' 'Nalizpelra' li hi l-kelma li Maurice Tanti
Burlo` kien juża bħala firma għal karikaturi tiegħu. Issa li
x-xogħlijiet ġew approvati mill-MEPA u bdew dan ix-xahar, bħala
Kunsilliera Laburisti fis-Siġġiewi ippreżentajna mozzjoni fis-seduta
tal-Kunsill biex nipproponu li l-isem jinbidel. Dan għall-fatt li dan
l-isem ma' intgħoġobx ma' ħafna Siġġiwin, kemm għax hu isem diffiċli u
ambigwu, kif ukoll għall-fatt li dan l-isem fih konnotazzjonijiet
politiċi minħabba li l-mibki karikaturista Maurice Tanti Burlo` kien ta
dan l-isem għall-karikaturi li kien ipinġi kontra Mintoff u l-Gvernijiet
tiegħu fis-snin 70 u l-80. Aktar minn hekk nemmnu li hemm personaġġi
oħra li storikament u kulturalment huma aktar assoċjati mar-raħal
tas-Siġġiewi. Dan qed ngħiduh bl-ebda disprezz lejn il-personalità ta'
Maurice Tanti Burlo`."
Dominic Grech qalilna li "għaldaqstant, f'dan ir-rigward ipproponejna
li ssir kompetizzjoni għall-istudenti ta' l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi
fejn ikunu l-istess tfal li jippropnu isem għal dawn il-bandli ġodda,
minflok inkunu aħna bħala kunsill li nippersistu fuq dan l-istess isem."
Ritratt: Roger Azzopardi
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home