It-tkabbir ekonomiku ta' 6.3 fil-mija għandu jiġi rifless fil-pagi
Ir-riżultati ekonomiċi għas-sena 2015, f'liema riżultati ħareġ li l-ekonomija kibret b'6.3 fil-mija u li l-investiment żdied b'21.4 fil-mija, wasslu għal reazzjonijiet pożittivi minn għadd ta' msieħba soċjali u anke minn ekonomisti. Kemm il-GWU kif ukoll il-FORUM Unjins Maltin meta kuntattjati minn inewsmalta.com iddikjaraw li t-tkabbir ekonomiku għandu jiġi rifless fil-pagi. Imsieħba soċjali kummentaw b'mod pożittiv fuq l-andament tal-ekonomija, waqt li rrimarkaw li l-pajjiż għandu jiffoka fuq il-ħidma biex tkompli tikber l-ekonomija u mhux jidħol f''election mode".'Tkabbir pożittiv….l-instabilità mhix tajba għall-ekonomija'
Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti, Tony Zahra, meta mistoqsi dwar it-tkabbir ekonomiku ta' Malta fis-sena 2015, qalilna li "din hi xi ħaġa pożittiva ħafna. Kburin li konna qed nikkontribwixxu għal dan is-suċċess. Bħala msieħba fl-industrija tat-turiżmu, il-proġettazzjonijiet għas-sena 2016 huma li numru ta' postijiet fuq l-ajruplani hu akbar b'madwar 3 fil-mija fuq is-sena oħra, li kienet sena rekord. Issa kull darba li żżid l-ammont ta' turisti li jiġu hawn, jiżdied l-introjtu finanzjarju għall-Gvern."
Meta mistoqsi dwar jekk il-klima politika ta' bħalissa tistax taffettwa l-ekonomija, hu qalilna li "l-aktar ħaġa li hi neċessarja fl-ekonomija hi l-istabbilità. Kwalunkwe instabbilità kemm jekk tiġi minn barra kif ukoll internament mhix tajba għall-ekonomija. Irridu noqogħdu attenti biex nevitaw l-instabbilitajiet. L-instabbilitajiet li ġejjin minn barra ma tista' tagħmel xejn għalihom, imma instabbilitajiet oħrajn tista' tagħmel xi ħaġa għalihom."
'Irridu naraw li dan jissarraf f'pagi aħjar…..niffukaw id-diskussjoni fuq l-ekonomija'
Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union (GWU), Josef Bugeja, qalilna li "t-tkabbir ta' 6.3 fil-mija tal-ekonomija hu tkabbir ekonomiku qawwi ħafna. Dan hu frott ta' ħidma ta' dawn it-tlett snin b'mod partikolari b'politika li ġiet implimentata. Issa rridu naraw li dan it-tkabbir jissarraf f''kundizzjonijiet u pagi aħjar għall-ħaddiema u l-pensjonanti. F'kull baġit bħala GWU dejjem għamilna proposti li kienu immirati biex it-tkabbir igawdi minnu kulħadd. Proposti oħra li għamilna biex it-tkabbir ekonomiku ikun aktar mifrux b'mod ġust billi introduċejna l-pjani biex ikun hawn passaport għall-ħaddiema fit-turiżmu. Dan għandu jservi biex apparti li ntejbu s-servzz, intejbu l-pagi tagħhom."
Dwar il-klima politika preżenti u jekk din tistax taffettwa l-andament ekonomiku, Josef Buġeja qal li "waħda mill-affarijiet li affettwat leġislatura ta' qabel din hi l-instabbilità li kien hemm fil-gvern. Li Gvern Laburista tela' bi pjan, b'miri u time frames li għenu l-pajjiż. Hu importanti li nkomplu niffukaw fuq l-ekonomija. Id-diskussjoni għandha tkun fuq kif se ntejbu l-ekonomija u l-ħajja taċ-ċittadini biex kulħadd igawdi mit-tkabbir. M'għandniex nidħlu f'election mode meta fadal sentejn oħra għall-elezzjoni".
'Nittamaw li ma jaqilgħulniex fwiednaa meta ninnegozjaw'
Il-President tal-FORUM Unjins Maltin, Kevin Bonello, qalilna li "jidher li bażikament hemm tkabbir ekonomiku. Dan hu ta' vantaġġ kemm għall-ekonomija u anke għall-ħaddiema Maltin. Għad fadal xi jsir u rridu naraw li dan it-tkabbir ekonomiku jiġi rifless aħjar fil-paga tan-nies. Nitttamaw li issa meta nmorru ninnegozjaw għal ftehim kollettiv ma jaqilgħulniex fwiedna biex jagħtu ż-żidiet".
Dwar il-klima politika ta' bħalissa qalilna li "għandi riservi kbar. Aħjar ma nitkellimx. Il-politiku għandu jmexxi b'eżempju u qed ngħid dan għaż-żewġ naħat. Tistenna li klima politika tiżdied għax riesqa l-elezzjoni u jibda' tiela' d-deni. Illum għamlet beżqa xita u kullimkien iġġamjat. Dawn huma l-problemi tan-nies. Il-politiċi aktar konċentrati fuq iċ-ċuċati. Domt siegħa u nofs biex dalgħodu wasalt f'Santa Venera."
'Riżultat eċċezzjonali'
L-ekonomista Karm Farrugia meta kkuntattjat qalilna li "dawn ir-riżultati huma eċċezzjonali. Għandna nkunu kburin b'dawn ir-riżultati ekonomiċi. Jien qatt ma niftakar li f'20 sena l-ekonomija kibret daqshekk f'termini reali. L-inflazzjoni hi baxxa u din hi tajba għall-ekonomija".
Mistoqsi jekk il-klima politika ta' bħalissa tistax taffettwa l-andament ekonomiku, Karm Farrugia qalilna li "l-politika dejjem taffettwa xi ftit. Il-problemi huma lokali. F'għajnejn il-barranin Malta hi pajjiż stabbli. Issa minn din il-klima jista' jgawdi l-investitur Malti għax jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni".
'Il-Kamra tal-Kummerċ tilqa' b'sodisfazzjon din l-aħbar'
Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet l-aħbar dwar ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku tul is-sena li għaddiet. "Ir-rata ta’ tkabbir reali ta’ 6.3% kif ippublikata mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika, hija ogħla minn dawk li gew irreġistrati f’dawn l-aħħar snin", qalet b'sodisfazzjon il-Kamra tal-Kummerċ.
Madankollu, hi qalet li wieħed tajjeb janalizza kif giet irregistrata din ir-rata globali ta’ tkabbir fl-oqsma differenti tal-kummerc. Kompliet tgħid li "hawnhekk, wieħed isib tkabbir sostanzjali f’certu setturi bhal servizzi finanzjarji (10.4%), arti u rekrejazjoni (li tinkludi remote gaming - 5.4%) u ICT (7.3%)". Qalet ukoll li fl-istess ħin, il-manifattura, li minnu pajjiżna jiddependi għal eluf ta’ impjiegi u għall-esportazzjoni, rregistrat tkabbir negattiv ta’ 0.4%. Il-Kamra tal-Kummerċ sostniet li fir-rigward ta’ dan, ħarget statistika li turi li l-indici tal-produzzjoni industrijali f’Jannar li għadda naqas b’8.1% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.
temmet tgħid li filwaqt li r-rata ta’ tkabbir ta’ 6.3% hija waħda nkoraġġanti, "il-Kamra twissi kontra kwalunkwe tip ta’ kompjaċenza". Hija tibqa ssostni li l-pajjiż irid ikompli dejjem itejjeb il-kompetittività tieghu akkost ta’ kollox.
'Fattur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku huwa t-turiżmu'
"Fattur ewlieni għat-tkabbir tal-ekonomija f’pajjiżna huwa s-settur tat-turiżmu li kapaċi jiġġenera tkabbir fl-attivitajiet ekonomiċi ta’setturi oħra". Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-ekonomista Gordon Cordina meta mistoqsi dwar is-suċċess li kisbet Malta fl-ekonomija.
Kompla jgħid li dan kien tkabbir sostanzjali, u ogħla, meta mqabbel mat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżi oħra li jinsabu wkoll f’sitwazzjoni fejn it-tkabbir globali huwa wieħed inċert. Cordina qal li jeħtieġ li filwaqt li l-pajjiż ikompli jaħdem sabiex jissalvagwardjaw dan is-suċċess li intlaħaq, "dan ikompli jseħħ billi nipprevjenu minn kull theddid għall-ekonomija".
Hu qal li filwaqt li t-turiżmu huwa l-mutur ewlieni tal-ekonomija, huwa essenzjali li nħarsu lejn servizzi oħra, bhal dawk finanzjarji, gaming u ICT. Liema setturi jiġġeneraw u jikkontribwixxu għal dan it-tkabbir. "Dawn huma setturi, misjuqa internazzjonalment, ta’ importanza sabiex isostnu r-reputazzjoni ta 'pajjiżna u l-kwalita' tas-servizzi li noffru" enfasizza l-ekonomista.
Jafferma mal-Kamra tal-Kummerċ, Cordina rrimarka li s-settur tal-manifattura għaddej minn xejriet differenti. "Dan huwa settur suxxettibbli ħafna għat-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku u għaddej minn certi diffikultaiet". Hu stqarr li l-manifattura għandha tingħata aktar enfasi speċjalment f’sitwazzjoni fejn it-tkabbir statistiku f'dan is-settur ġie mħares permezz ta’ tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt.
Il-kelliemi qalilna li huwa meħtieġ li jinħolqu setturi ġodda biex jissostitwixxu li qed jilħqu l-massimu fit-tkabbir tagħhom. Fost dawn is-settur b’potenzjal ta’ kontribuzzjoni lejn it-tkabbir ekonomiku Cordina semma' s-settur tal-loġistika, s-settur tal-marittimu, is-settur tal- ambjent, żvilupp ta’ servizzi li jipprovdu kwalita’ ta’ ħajja aħjar u oħrajn.
L-ekonomista kompla jgħid li mhuwiex biss importanti li nikkrejaw impjiegi ġodda imma huwa ta’ daqstant importanti d-distribuzzjoni ekwa. "Minkejja l-ħolqien sostanzjali ta’ mpjiegi ġodda, kwart biss mit-tkabbir ekonomiku ssarraf fi dħul tal-ħaddiema".
Cordina temm jgħid li huwa improtanti li nkomplu ninvestu fil-ħiliet tal-ħaddiema u l-istudenti tagħna ħalli noħolqu mjiegi f'setturi ġodda li jkunu jistgħu jħallsu aħjar.
4 Comments:
Għandek kreditu ħżiena jew għandek bżonn self? ikkuntattjana issa permezz ta 'email: LIVINGFAITHSERVICE@OUTLOOK.COM
Piesakies ātrajam aizdevumam tūlīt
Vai jums nepieciešama finansiāla palīdzība, vai jūs meklējat aizdevumu, lai palīdzētu rast risinājumu jūsu finansiālajām problēmām, vai esat melnajā sarakstā, tiek pārskatīts parāds vai ir zems kredītreitings un jūs nevarat apstiprināt vai piešķirt aizdevumu bankā, lūdzu, sazinieties ar mums tagad pie mūsu kontaktinformācijas ::
📲Kas ir mobilais nr. + 91-7428473545
E-pasts: Arthoufinance@gmail.com
Loan financing
You wish to benefit from a credit to overcome the impasse caused by the Banks, by the rejection of your credit application files. You wish to benefit from a credit for the implementation of your projects; Construction of your houses; Rental House or Apartment; Buying House Etc ...... Credit - Savings - Mutual has a considerable capital that can grant from: 1000 EURO to 1,500,000 EURO to all people in financial need or individuals wishing to have a loan as soon as possible. As for the interest rate, it is between 2% to 5% depending on the desired amount. For more information, please contact us: financec100@gmail.com
Whatsapp: +14187824003
Finanzjament ta 'self
Trid tibbenefika minn kreditu biex tegħleb l-impass ikkawżat mill-Banek, bir-rifjut tal-fajls tal-applikazzjoni tal-kreditu tiegħek.Tixtieq tibbenefika minn kreditu għall-implimentazzjoni tal-proġetti tiegħek; Kostruzzjoni ta 'djarek; Kiri ta 'Dar jew Appartament; Ix-Xiri ta 'Dar Eċċ ...... Kreditu - Tifdil - Mutual għandu kapital konsiderevoli li jista' jagħti minn: 1000 EURO sa 1,500,000 EURO lin-nies kollha li għandhom bżonn finanzjarju jew individwi li jixtiequ li jkollhom self kemm jista 'jkun malajr. Fir-rigward tar-rata tal-imgħax, hija bejn 2% sa 5% skont l-ammont mixtieq. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana: financec100@gmail.com
Whatsapp: +14187824003
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home