Wednesday, August 24, 2016

Fr Colin f'dimostrazzjoni ta' appoġġ għal arċipriet Sqalli

Arċipriet Sqalli li spiċċa fl-inkwiet mal-awtoritajiet tal-Knisja wara kummenti li għadda fuq problemi ta’ saħħa relatati mal-ambjent, sab l-appoġġ ta’ diversi nies, fosthom tas-saċerdot Malti Fr Colin Apap.

Don Palmiro Prisutto ilu jattribwixxi l-problemi ta’ saħħa, fosthom każijiet ta’ kanċer, għat-tniġġis ambjentali fl-inħawi ta’ Augusta.

Il-kummenti tiegħu ġabuh fl-inkwiet mal-Arċisqof Salvatore Pappalardo fejn dan mhux biss qal li Don Prisutto ma kienx qed jitkellem f’ismu imma kien irrappurtat li talab għar-riżenja tiegħu.

Din il-“ġlieda” bejn Don Prisutto u Don Pappalardo wasslet biex ftit tal-jiem ilu numru ta’ residenti mill-parroċċa Madre di Augusta nġabru barra l-knisja biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-arċipriet.


Fost dawk preżenti kien hemm Fr Colin li f’kumment lill-ġurnalisti Sqallin qal li huwa kien sorpriż kif saċerdoti oħra minn Augusta abbandunaw lil Don Prisutto u ddeskrivieh bħala “bniedem t’Alla”.

Don Prisutto ilu jitkellem favur l-ambjent u l-impatt li t-tniġġis qed ikollu fuq is-saħħa tal-bniedem u mhux l-ewwel darba li libes flokk abjad bil-kliem “se dovessi morire per un cancro sarebbe un omicidio” (jekk immut bil-kanċer ikun qtil).

Is-saċerdot Sqalli ssorprenda lil ħafna meta waqt il-quddies beda jaqra l-ismijiet ta’ residenti ta’ Augusta li mietu bil-kanċer u li huwa qed jattribwixxihom għall-kimiċi relatati mal-fjuwils.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home