Wednesday, August 24, 2016

Il-Pjazza tax-Xagħra b'kulur u bi stil

Tista' tgħid li fl-irħula kollha tagħna ssib il-pjazza u l-knisja fiċ-ċentru tar-raħal. Ċentri li jvarjaw minn post għall-ieħor. Fl-aħħar snin qamet kuxjenza sew biex dawn il-postijiet ikunu miżmumin tajjeb. Kien hemm min mar aktar minn hemm. Wieħed minn dawn il-postijiet huwa x-Xagħra Għawdex.

Fuq xogħol tal-Kunsill Lokali u mgħejjun mill-Ministeru għal Għawdex, inbeda proġett biex il-pjazza mhux biss tissebbaħ, imma tingħata kulur u stil. Filfatt tneħħew il-wajers żejda li kien hemm u saru kanali għall-ilma flimkien ma' tisbiħ ieħor fuq il-bankini.

Imma kif tasal f'din il-pjazza se tolqtok l-art b'tarmak aħmar li jispikka sew. Intlaqa' tajjeb ħafna min-nies.


Is-Sindku Laburista tax-Xagħra, Joe Cordina, f'kummenti lil inewsmalta.com, qalilna li "kulħadd laqgħa tajjeb dan il-proġett. Dan kien proġett ta' tisbiħ fil-pjazza."

Mistoqsi dwar il-kulur tal-art, qalilna li "ridna nagħmlu pjazza bi stil għax hawn il-pjazza kollha ristoranti. Ridna nagħtu kulur u stil."


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home