Il-proġett għal funikular fil-Mellieħa wieqaf minħabba "burokrazija"
Kien proprju tliet snin ilu meta fil-Mellieħa beda jiġi imbuttat il-ħsieb li jkun hemm servizz ta' funikular li jieħu mill-Mellieħa lejn il-Bajja tal-Għadira. Kellu jkun servizz utli għan-nies b'mod partikolari fix-xhur tas-sajf meta fil-Bajja tal-Għadira il-problema ta' nuqqas ta' parkeġġi tiżdied bil-kbir. Il-kwistjoni tal-funikular kienet anke ġiet diskussa mal-Gvern. Biss issa jidher li l-idea sabet intoppi ġodda u dan hu minħabba l-fatt li min kien interessat iwettaq dan il-proġett, qed jerġa' jibdielu u jaqta' qalbu minħabba dik li qed tissejjaħ "burokrazija" marbuta ma' proġett simili.
Sorsi li tkellmu ma' inewsmalta.com qalulna li "hemm wisq burokrazija. Ibda mill-impatti ambjentali u rapporti oħra. Quddiem dan, l-iżviluppatur qisu qed jaqta' qalbu. Għalissa dan il-proġett hu wieqaf." L-istess sorsi qalulna li fost il-Mellieħin kien hemm interess qawwi għal dan il-proġett, u anke fost barranin li jgħixu hemm. Jidher li anke s-settur kummerċjali kien favur proġett simili. Ta' min jgħid li l-kunsill lokali kien iddiskuta erba' proġett kapitali mal-Gvern ċentrali b'wieħed minnhom ikun dak tal-funikular. Filfatt il-kunsill kien għamel preżentazzjoni fuq l-erba' proġetti. Ritratt: Charles Vassallo
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home