Abbandun totali fil-bandli ta' Buġibba
- Dawk li xi darba kienu l-bandli ta' Buġibba llum jinsabu f'telqa'
totali. Vaska vojta u ilha żmien twil ma tara qatra ilma. L-art imkissra
u l-bandli imkissrin. Dan flimkien mal-ambjent ġenerali fl-istess
bandli li jurik li l-post hu mitluq totalment. Residenti, li għal
diversi drabi kienu rrappurtaw dwar l-istat li jinsabu fihom l-bandli,
qed jistaqsu fejn huma l-awtoritajiet li suppost jagħmlu spezzjonijiet
fil-bandli u jaraw li jkunu siguri. "Dan il-bandli, tant jinsab fi stat
ta' abbandun, li hu perikoluż għat-tfal. Ilmentajna fuq li ilmentajna
biex forsi jiġi rranġat u miżmum sew imma kollox jidher li waqa' fuq
widnejn torox".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home