Se jitħallew jattendu l-iskola ... kellu jintervjeni l-Ministru Bartolo
L-istorja li xandarna fl-aħħar jiem dwar żewġt aħwa Maltin li kienu inċerti għall-aħħar dwar jekk hux se jibdew skola u dan għax kemm l-iskola fejn kienu jmorru kif ukoll għal fejn intalab it-trasferiment bdew jitolbu firma ta' missier it-tfal meta dan kien ilu deportat minn Malta xejn inqas minn tmien snin. Wara li l-omm ġiet infurmata li se jipprovdulha trasport biex it-tfal b'mod temporanju jmorru fl-iskola fejn kienu qabel sakemm isiru l-proċeduri l-Qorti mill-omm, il-każ kompla jiżviluppa u dan hekk kif daħal fih il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo. L-omm Concetta Falzon f'kumment lil inewsmalta.com qalet li "rrid pubblikament nirringrazzja lill-Miinistru li daħal personalment fil-każ u issa ssolva. It-tfal nhar it-Tnejn se jibdew fl-iskola l-ġdida, li hi eqreb tal-post li fih qed noqogħdu issa".- Wara li inewsmalta.com kien xandar din l-istorja instabet soluzzjoni
temporanja u ġie offrut trasport lil dawn it-tfal. B'hekk minn
Ħaż-Żebbuġ huma se jkunu ipprovduti bi trasport lejn l-iskola fil-Mosta
għat-tifla u fin-Naxxar għat-tifel. L-omm ingħatat konċessjoni ukoll li
ma tixtrix l-uniformi ta' din l-iskola għal din is-sena, peress li kif
jitlestew il-proċeduri tal-Qorti it-tfal ikunu jistgħu jibdew fl-iskola
l-ġdida li hi eqreb lejn id-dar fejn qed jgħixu issa.
L-omm, Concetta rringrazzjat lill-awtoritajiet konċernati li wara li deher ir-rapport bagħtu għaliha u nstabet soluzzjoni.
Ir-rapport ta' Inewsmalta kien jgħid li kien jonqos biss sebat ijiem biex l-iskejjel tagħna jiftħu l-bibien tagħhom mill-ġdid għas-sena skolastika li ġejja iżda żewġt aħwa Maltin, jinsabu f'nofs kwistjoni minħabba li l-omm talbet li jkunu trasferiti lejn kulleġġ ġdid. Minħabba li missier it-tfal hu persuna barranija li kien deportat, dawn it-tfal jinsabu f'inċertezza kbira u kienu għadhom bla skola minħabba li l-Kulleġġ għadu m'aċċettax l-applikazzjoni ta' dawn it-tfal minħabba li m'hemmx il-firma tal-missier. It-tfal, Aadan u Amal (użaqjna isem fittizju biex nipproteġu l-identità tagħhom), huma diżillużi għal aħħar li minħabba din il-kwistjoni ma jafux meta u fejn se jmorru skola.
L-omm, Concetta, meta tkellmet ma' Inewsmalta kienet qaltilna li "ninsab inkwetata immens. Ktibt lill-iskola bl-avukata tiegħi u xorta ma ġewx aċċettati fil-kulleġġ il-ġdid. Qed ngħidulhom li bdejna bi proċeduri l-Qorti u xorta ma aċċettawx l-applikazzjoni għax iridu l-firma tal-missier. Dan kien ġie deportat lejn pajjiżu. Min se jara li uliedi verament jieħdu dak li hu dritt tagħhom, id-dritt tal-edukazzjoni".
Inewsmalta stħarreġ fuq din il-kwistjoni, li kienet ilha għaddejja għal diversi ġimgħat. Il-kwistjoni tmur lura għal ftit xhur, u dan hekk kif l-omm iddeċidiet li ma tibqax tgħix fin-naħa ta' fuq ta' Malta imma tmur tgħix f'Ħaż-Żebbuġ. Dawn it-tfal wieħed ta' 11-il sena u l-oħra ta' 14-il sena kienu jattendu fi skola tal-Gvern fin-Naxxar u l-Mosta rispettivament. Minħabba li l-omm bidlet ir-residenza, hi talbet biex it-tfal ikunu trasferiti. It-talba għat-trasferiment saret biex l-omm tnaqqas l-iskariġġ peress li taħdem u biex huma jkunu viċin fejn joqogħdu. Jidher li b'rabta mat-trasferiment intalbu għadd ta' dokumenti mingħand l-omm fosthom dokumenti tal-Qorti marbutin tal-kustodja. L-omm marret għand l-avukata tagħha u din bditilha proċeduri fil-Qorti.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home