Saturday, September 24, 2016




Miżbla f'St Peters Pool

Skopra l-bajja ta' St Peters Pool ftit jiem ilu biss. Mar hemm igawdi dan il-ġmiel. Sfortunatament imma l-attività umana ħallietlu togħma morra. Skart ma' kullimkien u agħar minn hekk persuna tnaqqax il-laqam tagħha fuq il-blat, tant li l-blat hu mimli b'isem 'Pele' u d-data ta' meta saret. Ipprova jfehmu li dan hu vandaliżmu imma ħares lejh bl-ikrah.
    L-għawwiem li tkellem ma' inewsmalta.com qalilna li "wara li ftit jiem ilu qamet dik il-polemika fuq il-grif tat-tempji, ma nistax allura ma nsemmix il-vandaliżmu sfrenat ta' St.Peter's Pool. Ftit xhur ilu kelli x-xorti niskopri għall-ewwel darba il-bajja ta' St.Peter's Pool (wara snin twal immur il-Kalanka mingħalija li kienet St.Peter's Pool)!!. Kif wasalt rajt ġmiel impekkabbli, sakemm inżilt u rajt dan il-"vandaliżmu" kollu ta' persuna li jħoss li għandu d-dritt li jfarrak il-blat biex inaqqax ismu sena wara l-oħra biex juri li jmur hemm kull sena! U hemm kien illum ukoll, inaqqax u jagħmel ħsara lill-ambjent quddiem kulħadd.
    Kull fejn tħares mal-blat miktub "Pele 83, Pele 84, ....Pele 96, Pele 16". Possibbli qatt ħadd u l-ebda awtoritajiet qatt ma ħadu passi lejn Pele?. F'għajnejk tara geġwiġija u konfużjoni fil-blat li taħsbu ħmieġ, minflok tara blat sabiħ u nadif minn kull teba' li jikkuntrasta l-ġmiel ta' baħar kulur ċilesti, kif ħolqitu in-natura. Imma meta se nitgħallmu? Dan huwa sfreġju ambjentali. Imma xi dritt iħoss dan ir-raġel li jagħmel dan il-vandaliżmu fuq properjetà tagħna?".
    "Ippruvajt inkellmu biex jieqaf jigref għax kien qed iwaddab it-trab minn fuq il-mus għall-baħar fejn kien hemm in-nies jgħumu, iżda ħares bl-ikrah għax bħal donnu ma kellix nikkoreġieh. Iżda "jekk joghgbok Pele, ieqaf agħmel tant ħsara. Bħala Malti li tant inhobb u iffissat fuq pajjiżi, ikkoreġejtu, iżda ftit ta każ!! Possibbli tul dawn is-snin twal, qatt ħadd ma irrapporta?? Valdaliżmu sfrenat f'wiċċ kulħadd. Kieku kien bott spray (li b'xi mod jista jitneħħa) kieku qlajna pandemonju, imma għal din il-ħsara permanenti ħadd ma jgħid xejn. Il-blat kollu imtebba'.... għaliex nippermettu dan kollu?". Tenna li "u jekk irridu nibżgħu għat-turist kif nistgħu nippermettu dan il-ħmieġ kollu u dik it-telqa u diżastru li ssib int u dieħel għal St.Peter's Pool?! U xi nghidu ghall-"bar" li se jaqa' u ma jaqax u perikoluz immens biex tasal ghalih li ssib fil-quċċata tal-bajja u l-kartun imwaħħal ma' kullimkien biex ifakkrek li il-"bar open"!! X'mistħija! Viva t-turist, viva in-nofsinhar… viva it-turiżmu fin-nofsinhar".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home