Leaving a mark
Monday, March 30, 2015
Saturday, March 28, 2015
Syrian children, so they tell the indelible signs of their fleeing to Italy
With five hundred drawings Syrian children refugees in Italy tell about war trauma. That’s “Indelible signs. The Syrian children draw their escape”, a multimedia project signed by Save the Children that from July 2014 to January 2015 has collected the drawings made by these children in Milan. The result: the figures
of boats on the open sea, faces with big and terrified eyes, weapons
bloodstained but also yellow suns, symbol of hope and desire for
normality. The drawings were organized into five sections – war, travel, experiential contexts, human figures, symbols – and analyzed according to the methodology of Koppitz (1984), with the use of 30 indicators to describe the emotional elements in designs that are more or less typical in children.
Is-Sindku tal-Mosta: “ċempilli 10 minuti oħra"…u mbagħad ma rrispondietx telefonata oħra
Hekk kif fl-aħħar jiem sar magħruf li r-rapport dwar l-istat tat-toroq fil-Mosta li sar fis-sena 2012 ma kienx ingħata lill-Parlament Malti mal-ewwel tentattiv - bis-segretarju eżekuttiv jiddikjara li dan ma kienx jinsab fil-kunsill lokali, ilbieraħ minkejja tentattivi minn L-ORIZZONT biex jitlob kummenti lis-Sindku Shirley Farrugia din ma weġbitx it-telefonati tagħna. Għalkemm hi wieġbet l-ewwel telefonata tagħna u qaltilna nerġgħu inċemplulha għaxar minuti wara, meta għamilna dan hi ma weġbitx il-mowbajl. B'kollox għamilna għoxrin telefonata wara l-ewwel telefonata, fejn hi ma wieġbet għal ebda waħda minnhom.
Fl-aħħar sigħat, L-ORIZZONT għamel kuntatt mas-Segretarju Eżekuttiv biex nistaqsuh dwar xniegħat li qed jitmexxew fl-istess kunsill fosthom li r-rapport minn MP&DC - li hi kumpanija tar-raġel tas-Sindku u li s-Sindku tal-Mosta għandha sehem fiha, kien allegatament insteraq mill-kunsill. Is-Segretarju Eżekuttiv, John Camilleri qalilna li 'jien ma nistax nitkellem. Kellem lis-Sindku".
L-ORIZZONT ipprova jieħu kummenti tas-Sindku tal-Mosta u fuq kollox konferma mingħandha ta' jekk sarx rapport lill-Pulizija dwar din l-allegata serqa ta' dokument u meta sar dan ir-rapport lill-Pulizija. Mistoqsija kruċjali hi dik ta' jekk ir-rapport lill-Pulizija sarx wara li mill-Ministeru indunaw li kienu ġew żgwidati mill-istess kunsill u meta talbu dan ir-rapport flok ingħataw lilu ingħataw wieħed tas-sena 2009 minn Transport Malta.
Ridna nistaqsu ukoll lis-Sindku għaliex xi ħadd għandu jisraq dan id-dokument, meta tlett snin ilu l-istess rapport kien intbagħat lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. Fuq kollox ir-rapport, li L-ORIZZONT għandu kopja tiegħu, ma fih xejn sigriet, għalkemm inżamm mistur. Dan għax għalkemm ir-rapport hu wieħed voluminuż, dan jikkonsisti bi tlett ritratti f'kull paġna ta' triq partikolari li dik il-paġna tkun qed titkellem fuqha u dettalji dwar l-istat tagħha.
Ovvjament, quddiem il-fatt li dan ir-rapport ma fih xejn kontroversjali, għajr min hu s-sid tal-kumpanija li għamlitu, il-mistoqsija kruċjali tibqa' għaliex dan inżamm bogħod minn għajnejn kunsillieri Mostin. Jidher li l-punt li jista' jitqies kontroversjali li fih dan ir-rapport jinsab fl-ewwel paġna tiegħu fejn hemm miktub li r-rapport sar minn MP&DC - kumpanija immexxija mir-raġel tas-Sindku tal-Mosta stess, f'liema kumpanija l-istess sindku għandha l-ishma.
Intant, meta ftit jiem ilu is-Sindku tal-Mosta Shirley Farrugia ikkummentat ma' L-ORIZZONT dwar dan ir-rapport, hi kienet qalet li dan għamlitu hi fuq inizjattiva tagħha u li anke kienet ħallsitu hi. Biss qed jirriżulta bl-aktar mod ċar minn ittra li l-istess Sindku kienet kitbet lid-Direttur tal-Gvern Lokali, li dak ir-rapport kien intbagħat lill-istess direttur meta saret talba għal għajnuna finanzjarja biex isiru ċertu toroq. Filfatt fl-ittra jingħad li "il-kunsill lokali tal-Mosta għandu rapport magħmul f'April 2012, dwar il-kundizzjoni tat-toroq fil-Mosta (ara kopja mehmuża)". Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Eżekuttiv meta ntalab jispjega għaliex ir-rapport inkwistjoni m'għaddiehx meta ntalab, qal li ma sabux fil-kunsill lokali u rrefera għalih bħala 'rapport mhux uffiċjali".
Is-Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill tal-Mosta f'ittra li kiteb lid-Dipartiment tal-Kunsill Lokali, liema ittra inkitbet wara li sar magħruf li jeżisti rapport dwar l-istat ta' toroq fil-Mosta li sar minn kumpanija li hi tar-raġel tas-Sindku tal-Mosta Shirley Farrugia, qal li "fl-uffiċini tal-kunsill jien sibt biss rapport uffiċjali ta' Transport Malta li jġib id-data tad-19 ta' Frar 2009". Dan ifisser li r-rapport li sar mill-kumpanija tar-raġel tas-Sindku fis-sena 2012 ma kienx qiegħed fil-bini tal-kunsill lokali.
Id-Direttur tal-Gvern Lokali f'ittra li kiteb lill-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonniċi, kiteb li s-Segretarju Eżekuttiv intalab jagħti spjegazzjoni u dan wara li wieġeb mistoqsija parlamentari u fiha minkejja li kien mistoqsi għar-rapport tas-sena 2012, għadd r-rapport għas-sena 2009. Fl-istess waqt il-ġurnal L-ORIZZONT ippubblika stejjer li juru li kien jeżisti ir-rapport tas-sena 2012, u li dwaru anke xxandru kummenti tal-istess Sindku.
Is-Segretarju Eżekuttiv fir-risposta tiegħu qal li "l-Onor Agius Decelis staqsa biex jitpoġġa fuq i-mejda rapport li sar fuq talba tal-kunsill lokali tal-Mosta dwar l-istat tat-toroq. Jien wara li studjajt din il-mistoqsija bir-reqqa biex inkun nista' nirrispondi korretament jekk il-kunsill kienx għamel talba ta' dan it-tip, irriżultali li l-kunsill qatt m'għamel talba, jew ikkummissjoni jew ħallas għal xi rapport dwar l-istat tat-toroq fil-Mosta. Ir-rapport li inti qed tgħid li instab hu biss xogħol li sar fuq inizjattiva personali tas-sindku preżenti u ma sarx għax il-kunsill qatt talab li jsir dan. Irriżultali ukoll li qatt ma sar xi ħlas mill-kunsill għal dan ir-rapport li mhux uffiċjali". Kopja ta' dawn l-ittri tpoġġew fil-Parlament.
Ta' min jgħid li fuq il-fatt li r-rapport tas-sena 2012 ma ngħatax mill-ewwel lill-Parlament wassal biex il-Ministru Bonniċi jesprimi d-diżappunt tiegħu għal dan fil-Parlament u ddeskriva din bħala "xi ħaġa serja ħafna" filwaqt li qal li l-Kunsill seta' żgwida lill-Kamra bl-aġir tiegħu.
Friday, March 27, 2015
The Boy Who Was Buried Alive and Survived
When his village in Nigeria was attacked, 10-year-old Ibrahim witnessed his father’s brutal murder. Then the insurgents came after him.
Thirty-three-year-old Sarratou will never forget the day when dozens of heavily armed men ambushed her village in Nigeria’s Borno State. It was 10 o’clock in the morning and she was at home with three of her four children. The gunshots rang in their ears as they hastily embarked on a 12-kilometre trip on foot towards the Cameroon border.
At the time, her husband and their eldest son, 10-year-old Ibrahim, were caring for their cattle on the outskirts of the village. Although they tried to flee, there was no escape. “My husband got too tired. He was exhausted and could not continue running,” Sarratou says. “Boko Haram caught up with them, and they cut the throat of my husband, in front of our son.”
Ibrahim fell down on his father’s body and started to cry. But he had little time to grieve. One of the insurgents took out his machete and struck the boy’s skull. “After he cut me on the head, I fainted,” recalls Ibrahim. “I could not move. I later dragged myself under a tree for shade. They came back again, they lifted me, they thought I was dead. They dug a hole and threw me in it and covered me with sand.”
Today, several months after the dramatic incident, the large scar on his head is a painful reminder of what the boy had to endure. Young Ibrahim witnessed his father's killing as insurgents attacked their village in north-eastern Nigeria. Against all odds, the boy managed to survive. UNHCR/Walter Kigali
Two days after the attack, Ibrahim’s grandmother and sister, 13-year-old Larama, came back from the border to look for him and his father – while Sarratou, who felt depressed and anxious and had stopped eating, was in hospital being treated for hypertension. As they looked around the razed village, Larama found her brother in the nearby bush.
“I got tired, sat down under a tree and something with flies caught my attention,” Larama recalls, her voice trembling. “It was a human being.” She remembers that only part of Ibrahim’s head was surfacing above the sand. “I was scared. I took courage. I tried to talk to him but he was just nodding. I asked if it was the boy, because ‘boy’ is the nickname of my brother – we call him boy. He nodded – it was him! There was this wound on his head and bloodstains all over his face.”
“I told them, ‘He is not dead – he is alive!’ ”
Gathering her strength, she dug him out of the sand and carried him on her back to the village. “I was tired but I had to manage. When people saw us, they asked where I was taking him. ‘I am taking him home,’ I said. ‘But he is dead already, why are you carrying him?’ they said. I told them, ‘He is not dead – he is alive!’ ”
It took four months and half for Ibrahim to recover in a hospital in Koza, Cameroon. “The doctors and nurses were nice to me and the food good.” Upon his release, the family moved to Minawao camp, 90 kilometres from the border. Opened in July 2013, it now hosts some 33,000 Nigerian refugees.
Many Nigerian villages along the border have been attacked and burnt to the ground in recent months. Several survivors said they knew some of the attackers, that they were part of the village communities and affiliated with insurgents prior to the attacks. “But what could we do?” says one refugee in Cameroon.
At least 1.2 million people have been displaced within north-eastern Nigeria since May 2013, when a state of emergency was declared in Adamawa, Borno and Yobe States. More than 100,000 have fled to Niger, while as many as 74,000 have sought refuge in Cameroon and at least 18,000 in Chad. Deadly incursions into Cameroon have also displaced some 96,000 people, according to authorities, including many shepherds and farmers.
“We know that they kill the men, kidnap women and children and steal cattle, so we decided to leave our village and move away from the border before it happens,” says Oumanou, 40. Three months ago he left his village with 20 other families and trekked for several days to reach the outskirts of Zamai village, where they built huts made of straw and bamboo. “It is fine for now,” he says, “but when the rainy season starts, the water will go through and we’ll be flooded.”
Like Ibrahim and his family, everyone in Minawao camp has a tale of exodus or violence to share. Many fled in fear, while others survived physical assaults or witnessed extreme violence on families or friends. Some have been kidnapped.
“The need for psycho-social and mental health support is huge,” says Jodin Obaker, a psychologist for the International Medical Corps, which runs the health centre in Minawao. However, such support remains limited in the camp due to lack of funds and qualified staff, as well as cultural caution about mental health issues.
“Children are paying a heavy price,” adds Obaker. “Some withdraw completely, they keep everything inside, they don’t communicate anymore. They are traumatized by what they went through.”
Little by little, Ibrahim has been recovering. Even though his mother says that he has changed a lot – that he often looks sad and walks with a limp – the boy has also started to smile again. He goes to school, where he likes the English classes, and he plays football with his big sister and little brother. “And I have a best friend,” he says, proudly. But only time and care will tell how fully the invisible scars, the souvenirs of the attack he carries within him, will heal.
Some months after the attack Sarratou went back to check on the family home in Borno. “Everything is burned,” she says with resignation. Some of the villagers who escaped after her told her that the insurgents came with jerry cans filled with petrol and doused every house before setting them on fire.
“There is nothing to come back to for us,” she laments. “Insurgents had also stolen our livestock: seven cows and 13 goats. Here in Cameroon, I have food and water for my children, they can go to school, we have shelter, and we feel safe. We will not go back to Nigeria so easily like that. To me, this is home here in the camp. I don’t think of leaving this place as of now.”
Written by Hélène Caux Based in Dakar, Senegal - UN
Thursday, March 26, 2015
Fighting and despair triggers rise in numbers fleeing Syria to Jordan
Large number of Syrians have sought refuge in Jordan in recent days, including a growing number from the souther governorate of Dara'a driven out by a surge in fighting which they say left them with no option other than to flee. An average number of 250 Syrian refugees have crossed the border into Jordan every day this week – the highest numbers since last summer and a sharp increase compared with recent months. In the four days up to Wednesday, UNHCR figures for Jordan showed that 1,014 people had crossed, including more than 160 from Dara'a. This compared with a total of 412 in the previous four days, including lower numbers from Dara'a.
UNHCR's representative in Jordan, Andrew Harper, said this latest development underlined the need for increased international support to victims of the conflict in Syria and the countries hosting them.
"We've seen an increase in the numbers of people coming across to Jordan in the past few days. These are families who after four years of conflict have reached their limit and we all, as the international community, have a responsibility to them," he stressed.
Along with significant numbers fleeing continuing conflict in and around the northern city of Aleppo and rural Damascus, many of the new arrivals have come from Dara'a on Syria's southern border with Jordan. They brought with them stories of the destroyed villages, trapped family members and dead neighbours they left behind.
New arrivals at Jordan's Azraq Refugee Camp told UNHCR they had remained in Dara'a throughout the four years of the Syria conflict, preferring to stay – despite the dangers – rather than become refugees. But increasing concentrations of armed groups in the province and daily shelling and aerial bombardments had finally made it too dangerous to remain, they said.
At a reception area inside the camp, dozens of exhausted refugees lay prostrate on mattresses after arriving overnight on Wednesday in buses driven from the border. Many had endured dangerous night-time car journeys after paying smugglers, skirting checkpoints and areas of fighting before being dropped off and stumbling for hours through the desert to reach Jordan.
"Things started to get bad in November when more armed groups from all sides came to Dara'a, and the shelling and fighting in populated areas got worse and worse," said Ismaael, 44, who came to the camp with his wife. "We kept saying we would give it one more month, but now most of the people in our village have either fled or been killed, so we left."
Despite reaching safety, he remains traumatized by months of insecurity and the agonizing decision to leave behind his 65-year-old mother, who can't walk, and his siblings and their young children who didn't want to risk the treacherous journey.
"Back in Syria it was so unsafe. We didn't really sleep at night, we just lay in bed with our eyes open," Ismaael said. "So when we got to Jordan, I felt a bit relieved to be safe, but I'm still so worried about my family back home and I have no way to contact them."
Another new arrival at Azraq, 24-year-old Mohannad, took the decision to come to Jordan with his pregnant wife Nermin after running out of options in Dara'a. "Before you could live there, it was pretty safe, but in the last couple of months it became much worse," he said. "Every time it got unsafe somewhere we used to find another place, but we ran out of safe places to go."
Contemplating an uncertain future inside a refugee camp, the young father-to-be seemed resigned to his fate. "We didn't expect more than this. We're refugees coming to a different country, so we didn't expect to live in castles. We accept that this is how it is."
By Charlie Dunmore in Azraq Refugee Camp, Jordan
Wednesday, March 25, 2015
15 year old refugee has
written a message to the world
This 15-year-old Nigerian refugee has written a message to the world: “My name is John. I come from Baga, in Nigeria.
Because of Boko Haram, I went to Baga Sola, in Dar es Salam (a refugee site in Chad). I saw people running because of them.
Here, I want to finish school. If I finish my school, I want to go to Ndjamena, (the Chadian capital).
In Ndjamena, I want to study. I want to become a teacher. In Dar es Salam, they help us. They give us food.
So that is my life.
John.”
At the beginning of January, armed fighters attacked the city of Bagakawa, Nigeria. Hundreds of people died, but John managed to escape. The teenager got on board an overloaded canoe and with the help of other survivors, crossed the fourth largest lake in Africa. He's now safe in Chad.
Photo: UNHCR/ O. Laban-Mattei
In Ndjamena, I want to study. I want to become a teacher. In Dar es Salam, they help us. They give us food.
So that is my life.
John.”
At the beginning of January, armed fighters attacked the city of Bagakawa, Nigeria. Hundreds of people died, but John managed to escape. The teenager got on board an overloaded canoe and with the help of other survivors, crossed the fourth largest lake in Africa. He's now safe in Chad.
Photo: UNHCR/ O. Laban-Mattei
Is-sindku tal-Mosta ftiehmet mal-gvern qabel iddiskutiet fil-kunsill…'Nerġa' nagħmel kif għamilt'
Hekk kif kienu diversi dawk ir-residenti Mostin li fl-aħħar sigħat bdew jistaqsu dwar kif it-toroq li jgħixu fihom baqgħu ma ġewx asfaltati minkejja li t-triq tagħhom ilha 30 sena mingħajr asfalt, issa qed jirriżulta li l-istess Sindku tal-Mosta, Shirley Farrugia, kienet iffirmat ftehim mal-gvern kważi xahar qabel iddiskutiet l-asfaltar tat-toroq li kellhom isiru.It-toroq li ġew asfaltati ġew deċiżi abbażi ta' rapport li sar mir-raġel tagħha, rapport li nżamm 'il bogħod minn għajnejn il-kunsillieri Mostin. Fil-minuti tal-kunsill lokali imkien ma ssib li sar dan ir-rapport mill-kumpanija tar-raġel tagħha stess - liema kumpanija hi għandha l-ishma fiha.
Minn tagħrif li għandna jirriżulta li wara li fis-7 ta' Settembru tas-sena 2012 kitbet lid-Direttur tal-Kunsilli Lokali u fiha qaltlu li "l-kunsill lokali għandu dan ir-rapport dwar il-kundizzjoni ta' toroq fil-Mosta', imkien ma' intqal li dan ir-rapport kien sar mill-kumpanija ta' żewġha. Ftit wara fl-24 ta' Ottubru ġie ffirmat il-ftehim mal-gvern biex jiġu asfaltati dawn it-toroq. Kien imbagħad fil-15 ta' Novembru li hi infurmat b'dan f'laqgħa tal-kunsill u saret diskussjoni.
'Nerġa' nagħmel l-istess' - is-Sindku
F'kuntatt li għamilna mas-Sindku Shirley Farrugia staqsejnieha jekk hux nifhmu sew li hi qed tgħid li l-fatt li s-sindku qabbdet kumpanija tar-raġel tagħha biex tagħmel rapport u ma ddikjaratx dan fil-kunsill għandu jitqies bħala eżempju għal ħaddiehor. Hi qaltilna li "iva dan għandu jittieħed bħala eżempju".
Hi kompliet tgħid li "kieku jkolli nerġa' nagħmel xi ħaġa simili, ma niddejjaqx nerġa' nagħmel dak li sar. Jien meta nidħol għal xi ħaġa nagħmel ix-xogħol tiegħi sew". Nistaqsuha fuq il-fatt li hi marret għand il-kunsill dwar ix-xogħlijiet fit-toroq tal-Mosta wara li kien diġà ġie ffirmat il-ftehim dwar liema toroq għandhom isiru. Hi qaltilna li "jekk taf kif jimxu l-affarijiet fil-kunsilli taf li hekk isir. Qed tippruvaw issibu xi ħaġa. Għamilna 17-il triq, lanqas il-gvern ma' għamilhom".
Ta' min jgħid li dan ir-rapport li sar minn MP&DC, kumpanija ta' periti li hi mmexxija minn Stephen Farrugia - ir-raġel tas-Sindku, inżamm mistur sew. Fil-fatt jidher li fil-minuti tal-kunsilli lokali mkien ma' jissemma min għamel ir-rapport u l-fatt li s-Sindku stess kellha sehem f'din l-istess kumpanija. Il-fatt li hi kellha sehem f'din il-kumpanija, u l-fatt li ma ddikjaratx kunflitt ta' interess, imkien ma ssib riferenza għalih fil-minuti tal-kunsill lokali.
'Kellna mistoqsijiet fuq kif qed jintgħażlu t-toroq'
Intant wara li llbieraħ xandarna l-istorja dwar dan ir-rapport fuq it-toroq li sar minn kumpanija li fiha s-Sindku għandha interess - xi ħaġa li s-Sindku qed tgħid li tħallset minn butha, kienu diversi dawk il-persuni li kkummentaw dwar dan. Omm Mostija qaltilna li "jekk tiġi fl-inħawi ta' Santa Margerita tara f'liema stat qegħdin ċerti toroq. Hawn toroq fi stat diżastru. Jien kont ngħid kif toroq inqas imkagħbra ġew asfaltati u toroq fi stat ħażin ħafna le.
Antoine Bugeja, resident Mostim jikkummenta li "issa qed nifhem għalfejn għal 35 sena sħaħ qatt ma saru ċerti toroq, fosthom it-triq li noqgħod fiha jien fil-Mosta! Għamilna petizzjoni mir-residenti u preżentajniha lill-Kunsill tal-Mosta imma kollox baqa l-istess! Daqt jibdlu l ismijiet ta' dawn tit-toroq. 'Triq Bagdad', 'Triq l-Afganistan', 'Triq is-Sirja '. Jixirqilhom iktar ismijiet hekk dawn it-toroq".
Tuesday, March 24, 2015
Kumpanija tal-periti tas-Sindku tal-Mosta u r-raġel tagħha għamlet rapport għall-kunsill lokali tal-Mosta stess li abbażi tiegħu spiċċaw ma sarux numru ta' toroq fil-Mosta. Uħud minn dawn it-toroq kienu ilhom saħansitra aktar minn 30 sena ma jsiru. Dan ir-rapport li sa issa kollox qed jindika li inżamm il-bogħod minn għajnejn il-kunsilliera Mostin, liema rapport ma ssibx riferenza għalih fil-minuti tal-kunsill lokali tal-Mosta, juri biċ-ċar li l-għażla ta' toroq li saru mill-kunsill lokali tal-Mosta kienet abbażi ta' deċiżjoni li qed tindika kunflitt ta' interess li ma ġiex dikjarat mis-Sindku Nazzjonalista tal-Mosta, Dr. Shirley Farrugia.
Ir-rapport sar mill-kumpanija MP&DC u hu intitolat "Mosta Road Condition Survey'. Il-kumpanija MP&DC hi tal-Perit Stephen Farrugia, li jiġi ir-raġel tas-Sindku Nazzjonalista tal-Mosta. F'din l-istess kumpanija, is-Sindku tal-Mosta għandha ukoll l-ishma. Abbażi ta' dan ir-rapport, intefqu €1.5 miljun minn fondi pubbliċi.
L-ORIZZONT għandu kopja ta' dan ir-rapport li dejjem inżamm mistur u li fih il-Mosta inqasmet fi tmien żoni. Fuq kull triq fil-Mosta inġabret informazzjoni dwar l-istat li tinsab fiha.
Dan ir-rapport li skont informazzjoni li għandu L-ORIZZONT tlesta fi ftit jiem biss, sar ftit jiem biss wara l-elezzjoni tal-kunsill lokali tal-Mosta, li saret f'Marzu tas-sena 2012. Dan ir-rapport dettaljat, għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufin inżamm mistur minn kunsilliera.
Informazzjoni li għandu L-ORIZZONT jidher li apparti li l-kunsilliera ma kienux jafu bl-eżistenza ta' dan ir-rapport li sar mir-raġel tas-Sindku, jidher li fl-ebda laqgħa tal-kunsill is-sindku ma ddikjarat il-kunflitt ta' interess li kellha. Dan hekk kif is-Sindku għandha ishma fil-kumpanija li wettqet dan l-istudju.
Quddiem dan il-każ iqumu għadd ta' mistoqsijiet fosthom dik ta' għaliex il-kunsillieri ma ġewx infurmati b'dan ir-rapport. Mistoqsija oħra li toħroġ hi dik ta' għaliex is-Sindku ma ddikjaratx il-kunflitt ta' interess tagħha. Apparti dan, mistoqsija oħra hi dik ta' għaliex is-sindku qatt ma infurmat lill-kunsill li kienet se tqabbad lill-kumpanija tar-raġel tagħha biex tagħmel dan ir-rapport.
Quddiem dan, L-ORIZZONT għamel kuntatt mas-Sindku tal-Mosta, Dr. Shirley Farrugia. Staqsejniha fuq il-fatt li r-rapport intitolat "Mosta Road Condition Survey' sar mill-kumpanija MP&DC - kumpanija li hi tar-raġel tagħha Stephen Farrugia u li hi għandha sehem fl-istess kumpanija. Għednielha li dan hu kunflitt ċar ta' interess u tlabna ir-reazzjoni tagħha għal dan.
Hi qaltilna li "irrid ngħid li assolutament m'hemm ebda kunflitt ta' interess. Dak ir-rapport sar minn flus li ħriġthom jien minn buti personalment. Mhux talli m'hux kunflitt ta' interess talli dan hu eżempju ta' kif għandhom isiru l-affarijiet. Lil kunsill dan ir-rapport ma ġiex jiswieh flus".
Nistaqsuha fuq il-fatt li fil-minuti tal-kunsill lokali tal-Mosta dan ir-rapport ma jissemmiex kif lanqas jissemma' l-fatt li r-rapport sar minn kumpanija tar-raġel tagħha u li hi għandha sehem fiha. Għednielha ukoll li jidher li l-kunsillieri ma kienux infurmati dwar min għamel ir-rapport għax hi qatt ma ddikjarat jew tat informazzjoni dwar dan.
Hi wieġbet għal dan billi qalet li "il-minuti tal-kunsill ma nagħmilhomx jien. M'għandix il-minuti tal-kunsill biex ngħid jekk hux ir-rapport hux imsemmi. Ngħid li l-kunsillieri kienu jafu bih".
Nistaqsuha mill-ġdid kif ma tħossx li kellha tinforma lill-bqija tal-kunsill li r-rapport sar mill-kumpanija tar-raġel tagħha u li hi kellha sehem ukoll fiha, u hi qaltilna li "nerġa ngħid m'hemmx kunflitt ta' interess. Dan kien studju li jien għamiltu għalija stess. Biex inkun naf x'inhi l-pożizzjoni tal-lokalità. Użajt dak ir-rapport biex inġib għajnuna mill-gvern għat-toroq fil-Mosta. Dan għandu jittieħed bħala eżempju".
Minn L-ORIZZONT
Monday, March 23, 2015
Maltija li "ħadmet fuq li ħadmet" tagħlaq 107 snin
Maltija miż-Żejtun li llum hi residenti f'dar tal-anzjani f'Londra - mara bi storja pjuttost movimentata - ilbieraħ għalqet 107 snin. Din qed titqies bħala waħda mill-aktar Maltin li għexu fit-tul. Għal uliedha u n-neputijiet, Filomena Muscat tibqa' dik il-mara li f'ħajjitha ħadmet bla heda biex tgħajjex lill-familja - ibda minn xogħol fit-tarzna, ħasil tal-ħwejjeġ tal-militar Ingliż u meta rtirat b'xogħol volontarju fi sptar Ingliż.
Karmena Camilleri, li llum għandha 85 sena u li tiġi it-tifla ż-żgħira ta' Filomena tgħid li "lil ommi dejjem niftakarha taħdem għalina." Filomena Muscat imwielda iż-Żejtun, kienet emigrat biż-żewġt itfal tagħha lejn Tuneż.
Karmena Camilleri li llum tgħix il-Kanada, meta kellmitna dwar il-ħajja ta’ ommha tgħid li "ommi tilfet lil missieri meta kienet tqila bija. Jien twelidt f’Jannar tas-sena 1930, u ommi twieldet f’Marzu tas-sena 1908. Apparti lili, ommi kellha ukoll lil oħti l-fustanija Grace li twieldet sena u xahrejn qabli. Kellha tifla oħra li twieldet qabilna iżda dik kienet mietet."
"Fil-gwerra u ftit wara konna ngħixu Malta. Jien niftakarni inmorru niġru għal ġo xelter. Niftakar l-isparar u l-bumbardamenti. Fil-gwerra ommi qatt ma waqfet milli taħdem. Biex ngħixu hi riedet taħdem għalina għax missieri kien miet ferm qabel. Kienet taħdem it-tarzna ġo uffiċċju fejn hemmhekk kienet tagħmel xogħol ta’ tindif. Kienet anke ħadmet mal-Qawwa tal-Ajru Ingliża. Ommi niftakarha wkoll taħsel ħwejjeġ ta’ membri tal-militar Ingliż u ta’ dan kienet titħallas," tenfasizza Karmena.
"Niftakar sewwa lil ommi u liz-zija Karm, jaħslu l-ħwejjeġ u jħitu xi buttuni jew isewwu l-ħwejjeġ tal-baħrin. Niftakar sew kien ikollhom ħafna qliezet għat-tiswijiet u għall-ħasil. Jien kont żgħira imma kont ngħin billi nimla l-bramel tal-ilma".
Wara l-gwerra emigraw lejn it-Tuneżija... fl-Ingilterra kienet tgħin lill-Maltin
Karmena tgħid li "wara l-gwerra eżattament fl-1948, emigrajna lejn it-Tuneżija. Ommi kienet iżżewġet lil ħu missieri. Fit-Tuneżija ma ħadmitx. Fit-Tuneżija iżda s-sitwazzjoni bdiet issir aktar inċerta fejn jidħlu l-barranin. Peress li ommi kellha passaport Ingliż, peress li Malta kienet għadha taħt il-ħakma Ingliża, iddeċidew li jmorru jgħixu fir-Renju Unit," tkompli tgħid Karmena.
Tgħid li "jien lil Malta kont inħobbha ħafna u mit-Tuneżija spiss kont niġi lejn Malta. Meta huma marru lejn ir-Renju Unit, jien mort il-Kanada, fejn bqajt ngħix hemm."
"Iz-ziju ta' Dun Gorg Preca kien ibigħilna l-ħalib"
Nena tgħid li "niftakar sew ukoll liz-ziju ta' Dun Ġorġ Preca. Kien jiġi jbigħ il-ħalib. Niftakru sew jiġu għand ommi bil-ħalib." Tgħidilna li mbagħad fir-Renju Unit ommha ħadmet f'diversi lukandi u kienet tkun ta' wens kbir għall-Maltin li jitilgħu hemm għall-kura.
Ta' min jgħid li Filomena s-sena li għaddiet kienet daħlet fil-lista tal-Maltin li l-aktar li għexu. Fil-fatt l-ixjeħ Maltin li qatt għexu kienu John Mary Farrugia minn Ħad-Dingli li għalaq 106 snin ftit snin ilu u Emanuela Borg minn Ħal Balzan. Kemm Farrugia kif ukoll Balzan mietu wara li għalqu l-età ta' 106 snin. Farrugia miet fis-sena 2007 u Emanuela Borg mietet fis-sena 2004.
Fatti mis-sena 1908 - is-sena li fiha twieldet Filomena
Filomena twieldet fis-sena 1908. Id-differenzi kbar bejn dik is-sena u ż-żminijiet tal-lum huma kbar. Dakinhar il-medja tal-ħajja tal-bniedem fl-Istati Uniti kienet ta' 47 sena. Sa dak iż-żmien l-aktar struttura għolja fid-dinja kienet it-Torri Eiffel.
Il-paga medja f'xi pajjiżi kienet ta' 22 ċenteżmu fis-siegħa. F'sena, ħaddiem medju kien jaqla' bejn $200 u $400 fis-sena. Inġinier fl-Istati Uniti kien jaqla' $5,000 fis-sena. Ħafna tobba, jew 90 fil-mija tagħhom, ma kellhomx edukazzjoni fil-kulleġġi. Kienu jattendi fi skejjel mediċi.
L-1908 kienet is-sena li fiha l-Kanada għaddiet liġi li żammet nies foqra milli jidħlu fil-pajjiż. Kienet ukoll is-sena li fiha l-kawżi prinċipali tal-imwiet kienu l-pnewmonja u l-influwenza, it-tuberkolożi, id-dijarea u mard tal-qalb.
Jitkellmu l-Gwardji tal-Kosta….bla għajnuna u jsalvaw bejn 100 u 120 persuna kuljum….
"Jekk inkun fis-sitwazzjoni tagħhom jien
nagħmel bħalhom"
- membru tal-gwardja tal-kosta Libjana
Dwar is-salvataġġ tal-immigranti li jkunu qed jaqsmu b'dgħajjes mil-Libja lejn l-Ewropa, smajna kemm il-darba lill-gwardji tal-kosta Taljani u anke dawk Maltin jitkellmu dwar dawn is-salvataġġi. Fl-aħħar jiem iżda tkellmu għall-ewwel darba il-Gwardji tal-Kosta Libjana li jinsab f'Garabulli, gwardji li għandhom kosta ta' madwar 50 kilometru biex isegwuha. Il-Kap tal-Gwardji tal-Kosta Libjana f'Garabulli, Fathi al Zeahe jgħid li huma jsalvaw bejn 100 u 120 persuna kuljum. Mindu bdejna dan ix-xogħol salvajna aktar minn 5,000 persuna. Wieħed mill-gwardji tal-kosta, jiddikjara li ġieli beka waqt is-salvataġġi. Jiddikjara bla tlaqlieq li "jekk inkun fis-sitwazzjoni tagħhom, jien nagħmel bħalhom. Nagħmel vjaġġ illegali".
L-esperjenzi ta' salvataġġi u l-kummenti tal-gwardji tal-kosta Libjani, inħarġu f'rapport li xxandar fuq is-sit ta' Vice News, li fl-aħħar jiem marru l-Libja u tkellemu ma' dawn il-gwardji tal-kosta u x-xogħol ta' salvataġġ tagħhhom.
Il-gwardji tal-kosta Libjana għaddew ukoll filmat ta' salvataġġ ta' immigranti. Ma naqsux li jidhru mumenti ta' kommossjoni, salvataġġi u fuq kollox katavri ta' immigranti fil-baħar fosthom dak ta' tifla żgħira.
Kliem bħal "oqogħdu kwieti", 'isimgħuna', u 'min jaf jitkellem bl-Għarbi', huma l-ewwel kliemi li jintqal hekk kif il-gwardji tal-kosta Libjana jersqu lejn dgħajjes bl-immigranti biex isalvawhom.
Ftit ġimgħat ilu, f'każ ta' salvataġġ mit-Taljani, smajna kif it-traffikanti sparaw fuq it-Taljani u ħadu dgħasja vojta lura. Wieħed mill-gwardji tal-kosta jirrakkonta kif anki lilu sparawlu it-traffikanti iżda b'xorti tajba ma laqtuhx.
Il-Kap tal-Gwardji tal-Kosta Libjana, Fathi al Zeahe, meta kkummenta ma' Vice News, qal li "r-rwol tagħna hu li nsalvaw u nikkumbattu l-immigrazzjoni illegali. Bir-riżorsi li għandna diffiċli naħdmu". Il-gwardji tal-kosta f'Garabulli jinsabu madwar 50 kilometru minn Tripli u jinsabu fil-qalba tat-territorju kontrollat minn Libya Dawn, li hi ffurmata minn milizzji Islamiċi.
al Zeahe jgħid li "meta nkunu qed nagħmlu s-sorveljanza jinterċettaw madwar 120 persuna kuljum, xi drabi 2 dgħajjes kuljum. F'ġimgħa ġieli salvajna bejn 4 u 5 dgħajjes. Mindu bdejna dan ix-xogħol salvajna 5,000 persuna. Ir-riżorsi tagħna huma limitati. Fix-xogħol tagħna anki nirkupraw iġsma mill-baħar. It-taqsima marittima Libjana ma tgħinx f'dan. Tlabna anki lill-Unjoni Ewropea biex tgħinnha direttament. Għandna diversi problemi imma ħadd mhu jgħinna".
Jiġi intervistat ukoll membru iehor tal-Gwardji tal-Kosta Libjana, li għalkemm jidher fil-filmat, ismu ma xxandarx.
Hu sostna li "hemm ħafna gangs ta' traffikanti. Diffiċli tikkumbattihom. Lili sparawli. Ma laqtunix. Lil sieħbi Abudl Latif, sparawlu meta kien se jsalva xi immigranti mill-baħar. Minkejja d-diffikultajiet se nibqgħu naħdmu biex insalvaw lin-nies. In-nies li nsavlaw huma tfal, nisa, u anke anzjani. Meta għamilna salvataġġ f'nofs ta' lejl immigrant li ma kienx bogħod minni spiċċa miet. Kien impossibbli li nsavlaw 108 persuna. Għereq quddiemi. Tal-biża din li tara nies jgħerqu quddiem għajnejk".
Dan il-membri tal-gwardja tal-kosta f'Garabulli jgħid li "nistaqsuhom għaliex irridu jmorru l-Ewropa. Jgħidulna li jridu jmorru l-Ewropa biex jedukaw ruħhom u biex ikollhom għixien aħjar. Jgħidulna kif f'pajjiżhom hemm gwerer, qtil u ħtif. Naħseb li kieku jien qiegħed fl-istess sitwazzjoni tagħhom, nagħmel l-istess bħalhom. Nagħmel vjaġġ illegali".
Monday, March 16, 2015
https://www.youtube.com/watch?v=PnDgZuGIhHs#t=26
Love has no labels, the popular anti-discrimination campaign
Two skeletons that kiss, hug and dance. And nobody knows who they are. It is about the new social campaign on discrimination that is spreading all around the web. Coming from the United States thanks to the no-profit organization AD Council, the video campaign shows a big x-ray screen placed at the centre of a square in Santa Monica on Valentine’s Day. The scenes show some couples that hide behind the screen and begin to kiss, hug, joke, caress. Passers-by just see their x-ray image. After some minutes of suspense, couples come in plain sight: gay and lesbian couples, ethnically or religiously mixed couples, older lovers, a pair of brother and sister, one of whom with disabilities. Just a few seconds of astonishment and surprise that end in a sea of teardrops and emotions. An initiative to prove that LOVE HA NO LABELS. Of any kind.Il-Patrijotti......jistaqsu fuq tixrid
tad-demm u jridu Malta tal-Maltin biss
Ma tantx hemm għalfejn tikkummenta meta tara dan.....kampanja ta' biża minn dawk li jissejħu 'patrijotti Maltin'. Skont il-patrijotti għaddejjin bi ġlieda biex iġibu lil Malta tal-Maltin biss. Żewġ dikjarazzjonijiet li tajjeb li jispjegawhom fid-dettal - it-tixrid tad-demm u Malta tal-Maltin biss.
Sunday, March 15, 2015
Tan-nar imħeġġin jivvutaw 'IVA'... "Illum dawn u għada aħna" - President tal-Għaqda Piroteknika Maltija
Fost ħafna dilettanti tan-nar, il-kwistjoni tar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa qed titqies bħala materja li għalkemm ma tolqothomx direttament bħalissa, m'hemm xejn eskluż milli l-kanuni fil-futur jiddawru fuq il-piroteknika Maltija. Fil-fatt, il-President tal-Għaqda Piroteknika Maltija, Josef Camilleri, meta kkuntattjat minn L-ORIZZONT qal li, "Aħna qed ngħidu li llum dawn (għall-kaċċaturi) u għada aħna. Jekk tridu tibżgħu għal din is-sengħa tafu x'għandkom tagħmlu. Qed inħallu lill-membri liberi li jivvutaw kif iridu imma qed ngħidulhom jaħsbu b'moħħhom."
Josef Camilleri meta tkellem ma' L-ORIZZONT qal li, "Fuq il-kwistjoni tar-referendum ninsabu ftit inkwetati. Bħala għaqda qed nagħtu appoġġ lill-Federazzjoni tal-Kaċċaturi. Bħala Għaqda Piroteknika m'aħniex nieħdu sehem attiv fir-referendum imma qed ninfurmaw lill-membri tagħna kollha dwar x'jista' jiġri. Jien personalment ma naqbilx mal-kaċċa. Imma se nmur nivvota u se nkun qed nivvota 'Iva'. Ma naqbilx li jkun hawn xi grupp jew xi ħadd li jipprova jgħaffeġ lill-minoranzi u d-delizzji tagħhom. Dawn li qed jgħidu le għall-kaċċa filli jgħidu li għandha tinqata' l-kaċċa fir-rebbiegħa u filli jgħidu li n-nies għandhom igawdu l-kampanja. Naħseb li jew ħaġa jew oħra, għandhom jiddeċiedu".
Hu sostna li, "Lill-membri qed ngħidulhom jaħsbu b'moħħhom. Qed ngħidulhom illum dawn u għada aħna. Dawk dilettanti u li jridu jibqgħu jsegwi l-ispettakli li jsiru fil-bliet u rħula tagħna, jafu kif għandhom jivvutaw."
Intant diversi dilettanti tan-nar qed iqassmu bejniethom fuq il-midja soċjali kummenti li kien għamel Dr Arnold Cassola f'isem l-Alternattiva Demokratika dwar in-nar fis-sena 2011. Hu kien qal hekk: "Bħala Alternattiva nirrikonoxxu l-valur tal-festi. Il-fatt pożittiv hu li jkunu ċentru soċjali u li jinfetħu t-toroq. Però hemm żewġ punti li ma nistgħux naqbżuhom, fosthom is-sigurtà. Is-sigurtà tan-nies irridu nieħdu ħsiebha u r-rispett tar-residenti għall-mistrieħ. Malta nbidlet għax inbniet. Qabel kienu jisparaw mill-perifierji u llum kważi m'hemmx periferiji. Malta tant kibret fil-bini li minkejja d-distanzi ta' 200 metru xorta qiegħed viċin l-abitat."
Ta' min jgħid li l-Alternattiva Demokratika kienet ipproponiet moratorju fuq in-nar għal sentejn.
Meta mistoqsijin dwar il-fatt li kien ingħad li m'hemmx bażi legali biex delizzji oħra jkunu suġġetti għal referendum, dilettanti tan-nar xorta qed iħossu li jekk tirbaħ il-'Le', dawk li mexxew din il-kampanja se jkollhom enerġija ġdida biex jibdew kampanji u pressjonijiet ġodda kontra ċerti delizzji.
"Taħseb inti li jekk ikun hemm maġġoranza kontra l-kaċċa, wara ma jinbdewx kampanji ġodda? In-nar ilu snin issa fil-mira ta' xi wħud minn dawk li qegħdin fuq quddiem kontra l-kaċċa. Jekk jirbħu nimmaġina x'enerġija u xi pressjoni jibdew fuq in-nar u delizzji oħra," sostna dilettant tan-nar li tkellem ma' L-ORIZZONT.
Ta' min jgħid li ftit ġimgħat ilu saret dikjarazzjoni konġunta minn 11-il espert legali. F'din id-dikjarazzjoni l-esperti legali spjegaw kif l-argument li wara l-kaċċa se jkun hemm delizzji oħrajn li se jaffaċċjaw referendum ma għandu l-ebda bażi legali.
Id-dikjarazzjoin ġiet iffirmat mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello, Dr Kevin Aquilina, Dr Reuben Balzan, Dr Mark Bencini, Dr Andrew Borg Cardona, Max Ganado, Edward Debono, Graziella Bezzina, Philip Manduca , Richard Camilleri, Dr Stephen Muscat u Dr David Meli.
Waqt il-konferenza stampa li saret fil-Belt Valletta Dr Mark Bencini kien qal li hu għamel riċerka legali dwar li permezz ta' referendum abrogattiv jistgħu jiġu affettwati attivitajiet oħrajn. Bencini spjega kif mill-istudji ħareġ li l-bniedem jista' jagħmel id-delizzji li jrid, sakemm ma jkunx qed jikser il-liġi. Qal li fejn ħafna delizzji mhumiex regolati, bħal ngħidu aħna kollezzjoni ta' bolli jew xi forma ta' eżerċizzju, oħrajn hemm bżonn li jkunu suġġetti għal-liġi hekk kif dawn jistgħu jkunu ta' periklu.
Madankollu hemm distinzjoni bejn leġiżlazzjoni regolatorja u regolazzjoni permessiva, bħalma hija l-kaċċa. Il-liġi li tippermetti l-kaċċa fir-rebbiegħa hija eċċezzjoni għal-liġi ġenerali. Għaldaqstant referendum abrogattiv ma jkollu l-ebda utilità jew skop f'dak li għandu x'jaqsam ma' delizzji regolatorji. Fost id-delizzji regolatorji hemm tiġrijiet taż-żwiemel, logħob tann-nar, karozzi, każini tal-baned u sajd. minn L-ORIZZONT
Il-mewt ta' Rakhat Aliyev f'ħabs fl-Awstrija……..
"Filmati tas-CCTV bil-lejl
kienu vojta….ma nemminx li miet b'suwiċidju'
- Irina Petrushova, wara li rat il-fajls tal-Pulizija
Vjaġġ li kellu jsir mill-Polonja lejn Madrid bl-ajruplan spiċċa ġie kkanċellat. Fuq dak il-vjaġġ kellu jkun hemm Irina Petrushova, ġurnalista mill-Każakstan, li finalment spiċċat kellha titlaq mill-pajjiż minħabba theddid serju fuq ħajjitha. Il-mewt ta' Rakhat Aliyev f'ħabs fl-Awstrija kienet il-kaġun li kkanċellat il-vjaġġ, fejn hi immedjatament bdiet l-investigazzjoni tagħha fuq il-każ. Minn dak li rat mill-fajls tal-Pulizija u minn filmati tas-CCTV, Irina temmen li Rakhat Aliyev m'għamilx suwiċidju. Fi kliema stess, ix-xena tad-delitt ma ġietx priservata, il-Pulizija marru sagħtejn wara, waqt li hu ċar li Aliyev ingħata pilloli tal-irqad, pilloli li min jeħodhom ma jqumx f'nofs ta' lejl - il-ħin li fih miet Aliyev f'ċirkostanzi li juru li sar tgħalliq.
Irina li fl-aħħar sigħat kienet f'pajjiżna fejn ġiet tixhed f'kawża fil-Qrati Maltin b'rabta ma' assi iffrizati, iltaqgħt ma' it-Torċa u tkellmet dwar l-aħħar żviluppi fil-każ tal-mewt ta' Rakhat Aliyev.
Tgħidilna li "l-ewwel u qabel kollox ngħid li nemmen li Rakhat Aliyev ma għamilx suwiċidju. Anki jekk se jkun hemm dikjarazzjonijiet mill-awtoritajiet Awstrijaċi li hu suwiċidju, nemmen li mhux. Minn dak li investigajt sa issa mill-fajls tal-Pulizija fl-Awstrija, ma sibt ebda prova li turi li kien suwiċidju. Kemm mill-fajls tal-Pulizija fl-Awstrija u anke mill-filmati tas-CCTV, ma rajtx li hemm provi li juru li kien suwiċidju. L-ewwelnett jirriżulta bl-aktar mod ċar li l-uffiċjal tas-sigurtà daħal fit-tojlit taċ-ċella ta' Aliyev u sabu mejjet, qata r-reċipjenti li kienu m'għonqu u dan wassal biex il-ġisem tiegħu waqa' ma' l-art. Il-post fejn ġara, dan ma ingħalaqx. Apparti dan, il-Pulizija marru fuq il-post sagħtejn wara li Aliyev instab mejjet. Sa dak il-ħin fiċ-ċella kienu qed jidħlu u joħorġu diversi barranin. Ix-xena tad-delitt ma ġietx priservata. Ma nafux eżattament f'liema pożizzjoni instab. Hu nstab mgħallaq mhux ma' xi saqaf imma ma xi ħaġa ħafna aktar 'l isfel. Espert mediku li tkellimt miegħu irrimarkali li biex tagħmel suwiċidju hekk, ried jaqta' saqajh minn mal-art u b'dan il-mod bata' ħafna. Imma fil-post kien hemm il-wajer tal-latpop u tat-televixin, għaliex ma intużawx dawk?"
Irina tkompli tgħid li "fuq is-sodod li kien hemm fiċ-ċella tiegħu, kollox kien qed juri li kien qed jipprepara għas-seduta tal-Qorti li kellu l-għada. Il-ħwejjeġ mitnijin puliti u d-dokument ippustjati. Mill-fajl tal-Pulizija Awstrijakka jirrizulta li għal ħabta tal-10.00 ta' bil-lejl, Aliyev ingħatat pilloli tal-irqad. L-esperti mediċi kkonfermawli li meta tieħu dawn il-pilloli mhux se tqum f'nofs ta' lejl u hawnhekk hawn il-mistoqsija l-oħra għax Aliyev miet għall-ħabta tat-3.00 ta' filgħodu. Il-pilloli ma ngħatawx mill-infermier imma minn uffiċjal tas-sigurtà. Issa mill-awtopsja li saret instabu sustanzi li huma projbiti fl-Awstrija".
Ma nistgħux ma nistaqsuhiex punt kruċjali - dak ta' x'juru l-kameras tas-CCTV bejn l-10.00 ta' bil-lejl meta ngħata l-pilloli u s-2.00 jew it-3.00 ta' filgħodu meta instab mejjet. Deher dieħel xi ħadd fiċ-ċella tiegħu?.
Irina tgħidilna li "minn dak li intqal lili, il-Pulizija qed jgħidu li din il-parti tas-CCTV hi vojta u mhemm xejn irrekordjat. Li nista' ngħidlek hu li jien tkellimt ma' eks priġunier li kien fl-istess ħabs. Hu għamel allegazzjonijiet li fil-ħabs ġieli ddaħħlu prostituti u anke ingħataw drogi lill-ħabsin. Jiġifieri fil-ħabs jistgħu jidħlu persuni minn barra. L-investigazzjoni fuq il-mewt ta' Aliyev għadha għaddejja. Hemm min iridha tidher li hi suwiċidju, kemm fir-Russja u anke fil-Kazakstan. Nemmen li fl-Awstrija l-Pulizija qishom ma tantx għandhom ħeġġa jinvestigaw dan il-każ biex tinħareġ il-verità".
Enfasizzat li "irrid ngħid li membri tas-servizz sigriet tal-Każakstan illum jinsabu jiġru mal-Ewropa kollha bla biża. Jispiċċaw isegwu persuni imfittxijin u anke jagħmlulhom theddid".
Tkellimna ma' Irina dwar il-fatt li spiċċat kellu titlaq minn pajjiżha il-Każakstan, għalkemm illum xorta għandha ġurnal onlajn. Staqsejniha kemm hu diffiċli li xxandar meta tkun bogħod minn pajjiżek. Hi tgħidilna li "inxandar onlajn u ma nsibhiex daqshekk diffiċli. Hemm diversi għodod x'wieħed jista' juża".
Irina Petrshuhova fis-sena 2000 kienet waqqfet il-ġurnal ta' kull ġimgħa 'Respublika' - ġurnal li kien iġib aħbarijiet ekonomiċi u marbuta man-negozju fil-Każakstan. Ta' spiss bdiet tippubblika stejjer bi kritika kontra r-reġim tal-President Nursultan Nazarbayev. Il-ġurnal beda jippubblika stejjer fuq skandli finanzjarji u nepotiżmu rampanti. F'waħda mill-isejjer 'Respublika' żvelat kif Nazarbayev kien poġġa $1 biljun li ddaħħlu minn negozju taż-żejt tal-Istat, f'kont Żvizzeru. Il-gvern kien qal li dankien fond ta' emerġenza. Ir-reġim tal-Każakstan quddiem stejjer bħal dawn għamel tentattiv biex jixtri parti mill-ġurnal. F'Jannar tas-sena 2002, pubblikaturi bdew jirrifjutaw li jistampaw il-ġurnal u dan wara li wieħed minnhom sab ras ta' skeletru wara l-bieb. Il-ġurnal ittella' l-Qorti u kien ordnat ma jiġix ippubblikat aktar, iżda dan ġie evitat meta l-ġurnal beda joħroġ taħt l-isme ta' 'Not That Respublika'.
Irina Petrushova bdiet ukoll tkun suġġetta gġal attakki. Fil-Jum Internazzjonali tal-Malra, intbagħatitilha kuruna ta' fjuri bħal dawk li jintużaw fil-funerali. F'okkażjoni oħra kelb bla ras tpoġġa mal-uffiċini tal-ġurnal b'sikkina b'nota magħha tgħid li mhux se jkun hemm ċansiehor. Ras il-kelb tpoġġiet barra d-dar tagħha. Tlett ijiem wara, l-uffiċini tagħhom kienu assedjati u nħarqu. Hi telqet mill-pajjiż u llum tippubblika l-ġurnal onlajn.
Minn it-Torċa