Il-Kunsill tal-Belt segwit… sa Lulju kien ta b'€194,000 f'direct orders
Il-Kunsill tal-Belt Valletta, immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista, qed ikun segwit mid-Dipartiment tal-Monitoraġġ tal-Gvern Lokali minħabba d-direct orders li ta fis-sens 2015. Minn tweġiba Parlamentari li ngħatat mill-Ministru Owen Bonniċi għal domanda tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil dwar jekk id-direct orders li ngħataw qabżux it-threshold ta' direct orders, jirriżula li l-Kunsill tal-Belt Valletta fis-sena 2012 kien ta b'€207,138 f'direct orders, fis-sena 2013 kien ta b'€115,263, fis-sena 2014 kien ta b'€214,719 u sa Lulju tas-sena 2015 kien ta b'€194,044.Dwar jekk dawn jaqbżux it-treshhold tad-direct order, il-Ministru Bonnici qal li l-Kunsill ma kienx jagħraf jirrispondi. Żied jgħid li sadanittant, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali permezz tal-Monitoring Unit qiegħed isegwi dan il-każ.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home