Wednesday, April 29, 2015





"L-agħar sitt sigħat ta' ħajti... meta
d-dingi beda  jagħmel l-ilma"
   - immigrant ta' 15-il sena


L-istorja ta' tifel ta' 15-il sena mis-Somalja, li vvjaġġa parti sew mill-vjaġġ waħdu għax sieħbu miet fid-deżert, ħalliet impressjoni fuq għadd ta' rappreżentanti ta' organizazzjonijiet umanitarji li tkellmu miegħu fl-aħħar jiem. Fi kliemu stess, illum iħoss li meta ġie salvat beda jgħix mill-ġdid. Jiddikjara li l-agħar sitt sigħat ta' ħajtu kienu meta d-dinghi beda jagħmel l-ilma.
Delegazzjoni ta' Amnesty International ftit tal-jiem ilu kienet fuq il-gżira ta' Lampedusa u fi Sqallija, fejn tkellmet ma' immigranti salvati fl-aħħar jiem. Kienu jiem li fihom tilfu ħajjithom mijiet ta' immigranti waqt li ġew salvati madwar 10,000  persuna.
Fost l-istejjer rakkontati minn dawk intervistati mill-Amnesty International kien hemm dik ta' tifel ta' 15-il sena mis-Somalja. Sieħbu li kien qed jivvjaġġa miegħu miet waqt il-vjaġġ.
Iż-żagħżugħ, li ma xtaqx li jkun identifikat b'ismu, iddikjara li, "Meta kelli disa' snin, jien kont isseparat minn mal-familja u mort fil-kapitali Mogadishu. Kont ngħix ma' ħbieb tiegħi f'Yaaqshiid, żona f'Mogadishu. Hemmhekk tgħallimt il-lingwa Ingliża u bdejt naħdem innaddaf iż-żraben lis-suldati. Kien  fil-bidu ta' din is-sena li jien tlaqt mis-Somalja. Hemm ħafna problemi hemm. Ġlied, ġuħ u nixfa. Jien kont qed infittex ħajja aħjar. Kont qed naspira li nmur in-Norveġja."
"Kont qed nivvjaġġa ma' ħabib tiegħi. Missieru ħallas lilu u lili biex nagħmlu l-vjaġġi mis-Somalja lejn il-Libja. Kienu vjaġġi twal u diffiċli. Għaddejna minn diversi pajjiżi. L-ivvjaġġar kien permezz ta' trakk 'pick up'. Morna fl-Etjopja, is-Sudan u wara l-Libja. Sieħbi ma rnexxilux jasal. Meta konna fid-deżert tas-Saħara dan waqa' minn fuq wara tat-trakk għax it-trakk kien qed jinstaq b'veloċità qawwija. Waqqafna t-trakk biex naraw jekk hux kollox sew. Sibna li kien miet. Dfinnieh fid-deżert. Kellu biss 19-il sena."
Ikompli jirrakkonta li, "Aktar tard jien għamilt kuntatt ma' missieru biex ngħidlu x'ġara. Kienet konverżazzjoni diffiċli ħafna. Wara tliet xhur vjaġġar wasalna fi Tripli. Għamilna ġimgħa hemm f'dar kbira b'ħafna nies fiha. Dawk li jieħdu ħsieb il-vjaġġi, ipoġġi lis-Somali f'post u lill-Eritrej f'dar oħra. Dawk li jieħdu ħsieb il-vjaġġi kienu jsawtu bl-addoċċ. Kienu wkoll armati bi snieter u pistoli."
Jenfasizza li, "Meta ġejt biex nagħmel il-vjaġġ, ir-raġel inkarigat ried aktar flus mingħandi. Talabni nħallas $1,900. Ma kellix flus u l-familjari tiegħi ma setgħux iħallsu. Spiċċajt ġejt megħjun minn nies oħra li kien hemm fid-dar. Qalulna li d-dgħajsa kienet se tkun tal-fibreglass. Gidbulna għax fil-fatt aħna tpoġġejna fuq dingi."
"Qabel tlaqna kien hemm inċident fi Tripli, eżattament fid-dar fejn konna. Kien hemm xi nies li kienu qed isajru bil-gass. Fil-qrib kien hemm xi nies qed ipejpju. Kien hemm ċilindru li ħa n-nar u sploda. Mietu għaxra min-nies. Difnuhom fi Tripli stess. Kien hemm diversi persuni Eritrej li weġġgħu serjament u nħarqu. Biss dawn kienu sfurzati jitilgħu fuq id-dgħajsa xorta waħda."
"Tlajna fuq id-dgħajsa fis-16 ta' April. Tlaqna minn Tripli f'nofs ta' lejl. Fuq id-dgħajsa konna 70 persuna, 45 mis-Somalja, 24 mill-Eritrea, tnejn mill-Bangladex u tnejn mill-Gana. Għall-ħabta tad-9.30 ta' filgħodu id-dingi beda jagħmel l-arja. Ħafna minn dawk abbord intefgħu fuq quddiem tad-dgħajsa biex jagħmlu pressjoni fuq il-parti minn fejn kienet ħierġa l-arja. Użajna telefown satellari biex nagħmlu kuntatt. Sitt sigħat wara salvawna. Kienu l-agħar sitt sigħat ta' ħajti. Bdejt naħseb li mhux se ngħix aktar. Dawk abbord bdew jitolbu b'leħen għoli. Bdew jitolbu 'l Alla jaħfrilhom. Meta ġejt salvat, ħassejtni qed ngħix mill-ġdid."
Itenni li, "Illum ngħid li għandna kenn. Għandna l-ikel. Nirringrazzjaw lit-Taljani li salvawna. F'Lampedusa rajt tabella li għoġbitni. Kienet tgħid li l-gvernijiet għandhom isalvaw il-ħajjiet u mhux il-fruntieri."






Daqshekk detenzjoni għat-tfal immigranti


L-istejjer ta' tfal immigranti, imħalltin u jgħixu ma' adulti,  maqfulin bejn erba' ħitan u ma jistgħux jaraw id-dawl tax-xemx, issa huma xi ħaġa tal-passat. Ninsabu infurmati li f'Ħal Far kollox jinsab lest, u hemm struttura lesta biex meta f'pajjiżna jidħlu tfal immigranti, dawn ma jitpoġġewx fid-detenzjoni kif kien qed jiġri sa ftit xhur iżda jittieħdu f'din il-faċilità fejn il-proċedura se tkun dik li jkun hemm verifikar tal-età u stħarriġ mediku.
Għalkemm din il-faċilità tlestiet ftit tal-ġimgħat ilu, fix-xhur ta' qabel mal-wasla ta' immigranti tnaqqas drastikament iż-żmien li t-tfal għamlu fid-detenzjoni. Il-kwistjoni tat-tfal migranti detenuti kienet tqajmet mill-Prim Ministru Joseph Muscat lejlet Jum il-Ħelsien tas-sena li għaddiet, u minn dakinhar bdiet ħidma li fiha kien hemm involuti anke organizzazzjonijiet internazzjonali biex issir din is-sistema u jinstab post.
Meta għamilna kuntatt mal-Agency for the Welfare of Asylum Seekers, dawn ikkonfermaw li tlestiet il-faċilità. Qalulna li, "Fit-23 ta' Frar ta' din is-sena beda jopera uffiċjalment l-Initial Reception Centre f'Ħal Far, taħt it-tmexxija tal-Agency for the Welfare of Asylum Seekers. Dan f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ entitajiet oħra relevanti. Din l-istruttura timplementa l-politika tal-Gvern li eliminat għalkollox id-detenzjoni tat-tfal. Mal-wasla ta' tfal f'Malta, dawn jittieħdu fiċ-ċentru fejn isiru l-verifikar tal-età u stħarriġ mediku, kif ukoll stħarriġ ieħor li jkun meħtieġ. Malli dawn jitlestew, l-utenti tas-servizz jimxu għal stadji oħra tal-proċess."
Sas-sena 2013 kien hemm xejn inqas minn erba’ familji fid-detenzjoni bi tfal ta’ bejn tliet xhur u seba’ xhur. Minn żmien għal żmien diversi aġenziji jew awtoritajiet kienu jiġu u jagħ­mlu żjarat fid-detenzjoni. F’No­vembru tas-sena 2013 l-kwistjoni tad-detenzjoni tat-tfal immigranti tqajmet minn Stati membri tal-Ġnus Magħquda, fosthom in-Norveġja u l-Olanda waqt il-‘universal periodic review’ tad-drittijiet umani f’Mal­ta.
Human Rights Watch fis-sena 2013 kienu spjegaw ukoll kif fi żjara f’Malta sabu tfal detenuti ma’ persuni adulti li mhumiex il-ġenituri tagħhom. Kienu qalu li, “Malta tippresumi li kull min viżibilment jidher li mhux tifel jew tifla, jiġifieri min jidher li għandu aktar minn 12-il sena, jitqies adult. Fid-detenzjoni t-tfal ikunu esposti għal vjolenza u esplojtazzjoni. Tifel li ltqajna miegħu qalilna li ‘kuljum kien jiġi raġel mill-Mali u jgħidli biex nagħtih l-ikel. Darba għedt le u sawwatni. Spiċċajt mal-art għal nofs siegħa’."

Sunday, April 26, 2015

The final rest of 24 unidentified migrants. Photos from Roger Azzopardi - L-ORIZZONT and inewsmalta.com

Tpinġija li għamlet Sarah Ezabe



'Aħfrulna'...il-Maltin jirrispondu bil-fjuri

'Għażiż ħija - oħti.  Jiddispjaċini li ma wasaltx Malta. Niskuża ruħi li xi wħud min ħuti Maltin donnhomn ħadu pjaċir li ma wasaltx. Niskuża ruħi aktar għax xi wħud ma apprezzawx ħajtek għax int iswed jew sewda. Żgur li mhux i-kaz fejn qiegħed jew qiegħda issa għax il-Mulej iħobbok kif int. Nitolbok iddur lejn il-Ħallieq li issa int qed tara u tgħidlu jgħinna biex inżommu lil ħutek milli jegħrqu".  Dan hu wieħed mill-messaġġi li wasal fl-aħħar sigħat ma' bukkett fjuri fil-Kamra Mortwarja tal-Isptar Mater Dei, li fiha hemm miżmumin l-24 katavru ta' persuni li kienu abbord dgħajsa li nqalbet fil-Mediterran u għerqu.  B'kollox għerqu mat-850 persuna.  Il-Maltin, irrispondew b'diversi modi biex juru l-kruha ta' dawn it-traġedji u l-karba tal-istess immigranti. L-entratura tal-Kamra Mortwarja salbieraħ f'nofsinhar kienet imtliet kollha b'bukkett ta' fjuri b'xi wħud b'diversi messaġġi.  Il-kelma 'aħfrulna' iddominat fuq diversi bukketti.  Sal-bieraħ filgħaxija kienu intbagħtu xejn inqas minn 300 bukkett ta' fjuri.
Flimkien mal-fotografu Roger Azzopardi qattajna ftit ħin mhux ħażin fl-entratura tal-kamra mortwarja. F'silenzju akkumpanjat minn irwejjaħ tal-fjuri. Rajna diversi bukketti ta' fjuri b'messaġġi li jmissu l-qalb. Messaġġi li juruk li min bagħat il-bukkett waqaf għal ftit ħin jaħseb fuq din it-traġedja - fuq dawn il-persuni li qed jagħmlu l-vjaġġi ta' tama.
Bukketti identifikati. Mibgħuta minn indivdwi, għaqdiet, kumpaniji jew organizazzjonijiet. Fatt li jistona ftit ma' dak li hemm ftit metri l-ġewwa fejn il-pubbliku ma jistax jidħol.  Katavri mhux identifikati li mietu mgħarrqin. Aktarx iċ-ċans hu li qrabathom f'pajjiżi Afrikani għadhom lanqas jafu li mietu. 24 katavru instabu u ddaħħlu Malta.  850 katavru iehor, għadhom bil-baħar. L-istess bħal sħabhom mejtin. Aktarx li dawn ukoll ħadd ma jaf min huma. Se jkunu mniżżlin bħal ħafna immigranti oħra li mietu mgħarrqin  - jiġifieri  'neqsin'.  Għal darba oħra huma n-numri fuq it-twiebet li se jiddominaw.
Ċimiterju li qatt ma kellu jkun…tesprimi l-messaġġ bl-arti
Sarah Ezabe, studenta universitarja, irreflettiet fuq din it-traġedja.  Il-ħsieb tagħha esprimietu permezz ta' tpinpija li għamlet. Tpinġija ta' bniedem qed jokrob. Fl-isfond jidher il-baħar miżgħud bl-oqba - li jfissru l-imwiet li saru fih. Meta kkuntattjata minn L-ORIZZONT qaltilna li "meta tiġri xi ħaġa li tolqotni inħobb inpinġija. Huma tpinġijiet li nżommhom għalija. Meta għamilt dik it-tpinġija kelli diversi affarijiet f'moħħi.  Il-kwistjoni mhux kemm se jkun hemm aktar imwiet ta' persuni li jitilqu bid-dgħajjes.  Il-kwistjoni kollha hi li meta se nibdew nieħdu inkonsiderazzjoni, li aħna qed nitrattaw mhux ma numri imma ma' bnedmin. Dan l-istess kif trattajna lil dawk li mietu fi Franza, l-Istati Uniti u pajjiżi oħra madwar id-dinja. Hu biss meta nibdew nivvalutawhom bħala li huma daqsna fid-dinjità, li nkunu qed nirrealizzaw li Malta hi gżira imdawra b'ċimiterju li jinsab f'qiegħ il-baħar.  Ċimiterju li suppost qatt ma kien".
'Kont sorpriż bir-rispons tal-Maltin…it-tajjeb hu li tieqaf u taħseb'
Quddiem ir-rispons tal-Maltin għat-talba biex jibagħtu l-fjuri, tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon. Hu qalilna li "waslu bukketti anki minn barra minn Malta.  Il-gvern Irlandiż bagħat ukoll bukkett.  Waslu madwar 300 bukkett fjuri. Qatt ma stennejt dan ir-rispons mill-Maltin. Jien għamilt it-talba biex jibagħtu bukketti għal erba' ħbieb tiegħi.  Ir-rispons juri li xi kultant ikollok impressjoni mod imma imbagħad jiġri mod iehor. L-appell għamiltu mhux għall-fjuri imma biex dak li jkun  minkejja l-pressjoni tal-ħajja ta' kuljum u t-taħbit, jieqaf u juri ħsieb.  Li tieqaf u ċċempel  lil tal-fjuri u tordna bukkett. Jien naħseb li wassalna l-messaġġ anki b'mod internazzjonali li l-poplu Malti ssibu dejjem meta jkollok bżonnu".
Mixja għada biex jitfakkru - l-mijiet ta' ħajjiet li ntilfu
Intant għada se ssir mixja bix-xemgħat biex jitfakkru l-mijiet ta' ħajjiet li ntilfu fil-baħar Mediterran. Il-mixja silenzjuża u paċifika li se ssir mal-baħar, se tibda minn żewġ postijiet, minn ħdejn l-ITS f'Pembroke fis-6.30 p.m. u fil-Bajja ta' Spinola f'San Ġiljan ħdejn il-monument tal-Love, fis-6.45 p.m. u tintemm it-Torri f'Tas-Sliema. Fl-Exiles ix-xemgħat se jitpoġġew b'tali mod li jifformaw il-frażi "All Lives Matter" u se jintefgħu petali fil-baħar bħala turija ta' rispett lejn il-vittmi. 
Din l-attività qiegħda tiġi organizzata biex jintbagħat il-messaġġ lill-mexxejja u l-persuni madwar id-dinja li issa huwa l-mument biex tittieħed azzjoni u jinstabu soluzzjonijiet reali. Din mhijiex protesta imma azzjoni simbolika minn persuni li qegħdin jitolbu biex ma jintilfux aktar ħajjiet fil-baħar.
"Il-messaġġ tagħna huwa wieħed ta' għaqda u kompassjoni. Irridu ngħidu lid-dinja li lilna jimpurtana minn kull ħajja li tintilef, għax All Lives Matter, il-ħajjiet kollha jgħoddu. Issa huwa l-waqt li nibdlu d-dieqa f'azzjoni, li ningħaqdu u nagħmlu xi ħaġa. Il-preżenza tiegħek se tqajjem kuxjenza biex tinstab soluzzjoni għal din it-traġedja kontinwa li qiegħda sseħħ ftit mili biss bogħod minn xtutna," iddikjara l-organizzatur Damjan Attard.
Attività oħra li se ssir jisimha “Too many to count”. Din se tkun ħdejn il-librerija tal-Università fis-7.30pm. Se jinxtegħlu xemgħat u jinkitbu messaġġi ta' solidarjetà.
Bereket……"minn moħħi l-ħsieb hu li faċilment stajt kont wieħed minnhom"
Bereket hu immigrant mill-Eritrea. Nikkuntattjawh biex nisimgħu l-ħsieb tiegħu quddiem din it-traġedja. Jgħidilna li "ma tantx hemm x'wieħed jgħid. L-ewwel ħsieb li jiġini hu dak li faċilment stajt kont jien. Stajt kont jien vittma ta' traġedja mhux fil-vjaġġ bil-baħar biss. Stajt mitt fid-deżert. Iebsa ħafna din li taqsam id-desert. Rajt nies mejtin hemm li ma felħux jaslu. Stajt mitt fil-vjaġġi li għamilt fis-Sudan u fil-Libja".
"Jiddispjaċini li hawn min qalli imma dawn għalfejn jagħmlu l-vjaġġ? Ma jafux li perikoluż? Nifhem li tinsabu bogħod minn pajjiżi Afrikani u nifhem li diffiċli wieħed jifhem ir-realtà tagħna. Imma tajjeb tistaqsu għaliex il-vjaġġi u l-ħarbiet minn art twelidkom? Il-ħarba sseħħ minħabba ċirkostanzi li jvarjaw. Ħarba minn persekuzzjoni. Mid-dittatura. Ħarba mill-gwerer u l-kunfitti. Tkun iddisprat u ma tkunx trid tibqa' tgħix f'art twelidek. Emmnuni meta tiddeċiedi li taħrab minn pajjiżek u minn familtek, tkun vera iddisprat. Kont lest immut fi vjaġġ milli nibqa' ngħix hemm. Il-vjaġġ kien l-uniku tama li kien fadalli. Xejn ma kien se jżommni", jiddikjara Bereket. 
Petizzjoni...75,000 firma f'siegħa
Intant madwar l-Ewropa bdiet tinġabar petizzjoni, fejn f'temp ta' siegħa mindu inbdiet inġabru 75,000 firma. Il-petizzjoni inbdiet minn Tareke Brhane, wieħed minn dawk li kien waqqaf moviment meta seħħew it-traġedji ta' Ottubru tas-sena 2013.  Il-petizzjoni tgħid li "kull wieħed minn dawk li spiċċaw mgħarrqin għandhom isem. Għandhom storja. Jien stajt kont wieħed minnhom. Jisimni Tareke. Ħrabt mill-Eritrea ta' 17-il sena. Wasalt l-Italja fis-sena 2005. Ippruvajt ngħin lil nies oħra bħali.  Din it-traġedja hi l-aktar waħda li seħħet fil-baħar Mediterran. Jekk l-Ewropa mhix se taġixxi se jmutu aktar persuni. Qed nitolbu operazzjoni ta' salvataġġ robusta fil-Mediterran".
Minn L-ORIZZONT

Friday, April 24, 2015

Photos taken at the final rest of 24 nameless victims of tragedy in Mediterranean. Photos from Roger Azzopardi - photographer from L-ORIZZONT and inewsmalta.com


















from the final rest for 24 nameless victims of tragedy in Mediterranean...they cried 'Why? Why?' Photo by Roger Azzopardi, photographer at L-ORIZZONT and inewsmalta.com


Aħfulna talli nqasna li nsalvawkom fil-ħin….

'Stajna konna aħna'…..l-aħħar tislima
lil 24 immigrant


'Għaliex?. Għaliex'.  Karba ta' omm Eritreana li flimkien ma' għadd ta' persuni oħra Ertirej u Etjopjani lbieraħ inġabru quddiem l-Isptar Mater Dei fejn ingħatat l-aħħar tislima.  Tgħatti wiċċha u tolfoq.  Miżmuma minn idejha minn immigranti oħra li ukoll nfexxew jibku magħha.  Ilissnu xi kliem bil-lingwa tagħhom.  Nistaqsu lil immigrant li kien ħdejna dwar x'qed jgħidu u jgħidli 'stajna konna aħna'. Iħares lejja u jgħidli 'aħna bħal dawn għamilnieh il-vjaġġ. Stajna spiċċajna hekk ukoll. Kienet il-fortuna. Aħna wasalna, ħafna oħra ma waslux.  Ftakru li mhux fil-baħar biss imutu. Imma fid-deżert, fil-Libja u anki f'pajjiżi oħra waqt li jkunu qed jivvjaġġaw". Waqt li qal hekk, daħal wara l-aħħar grupp ta' twiebet, qabel inbdiet iċ-ċerimonja li tagħat l-aħħar tislima lil 24 immigrant li ddaħħlu f'Malta ftit jiem ilu.  Dawn kienu l-vittmi tal-akbar traġedja fil-Mediterran, fejn dgħajsa b'950 immigrant spiċċat għerqet. Minnha salvaw biss 28 persuna li ddaħħlu l-Italja.
Kienet ċerimonja dinjituża għall-aħħar u mingħajr ħafna pompa.  Sa min kmieni filgħodu, xejn inqas minn 300 bukkett li kienu intbagħtu fil-Kamra Mortwarja - fosthom minn skejjel Maltin ġew impoġġijin fil-passaġġ li minnu kellhom jgħaddu it-twiebet mill-kamra mortwarja lejn it-tinda fejn  saret iċ-erionja inter reliġjuża.  Barra t-tinda u madwar il-helipad - fejn kien hemm it-tinda, ħaddiema tal-isptar, il-pubbliku inġenerali u għadd ta' immigranti isegwu. Bnadar fuq djar fil-qrib kienu mezzasta.
L-emozzjoni u l-biki ta' dawk preżenti ma naqasx. Spikka ferm x'ħin iddaħħal it-tebut abjad li fih kien hemm it-tifel - li għandu bejn 10 u 14-il sena.  It-twiebet iddaħħlu bid-daqq tal-arpa.
Is-servizz funebri tmexxa mill-Imam Mohammed el Sadi u mill-Isqof t'Għawdex, Mario Grech. Iċ-ċerimonja bdiet billi l-Imam qara silta mill-Koran u warajh l-Isqof Grech qara silta mill-Evanġelju ta' San Luqa.
110 sa 133…..numri
fuq it-twiebet
Spikkaw sew in-numri fuq it-twiebet. Kienu jibdew minn 110 u jibqgħu sejrin sa 133.  Miktubin fuq wara tat-tebut.  Persuni li ħadd ma jaf xejn dwarhom u sa issa l-ebda immigranti jew familjari tagħhom ma għamlu xi kuntatt mal-awtoritajiet dwar possibilità li xi ħadd minn dawk il-katavri kien jiġi minnhom.
Ma tistax ma tistaqsix għaliex in-numri bdew minn 110.  L-ORIZZONT ġie infurmat li peress li fuq dawn il-katavri saret id-DNA u għal dan hemm reġistru apposta, dawk il-kampjuni jkunu jġibu n-numru li hemm fuq it-tebut.  Dan il-proċess hu importanti f'każ li fil-futur ikun hemm min ikun irid jagħmel it-test tad-DNA biex jara kienx hemm xi ħadd jiġi minnu fost dawn l-immigranti mejtin.
'Aħna ilkoll immigranti'
     - L-Imam
L-Imam Mohammed El Sadi iddikjara li aħna kollha immigranti u li l-ħajja tagħna hi vjaġġ. Staqsa jekk hux qed nesperjenzaw kriżi spiritwali. Talab għall-barka fuq dawk l-individwi u pajjiżi li jaħdmu mal-immigranti.  L-Imam sostna ukoll li quddiem Alla aħna kollha aħwa. Qal li dak li ġara f'din it-traġedja għandu jiftaħ għajnejn kulħadd. Staqsa jekk sarx biżżejjed biex l-immigranti jiġu mgħejjunin u salvati meta jkunu f'nofs ta' baħar. Hu qal ukoll li "aħna immigranti fid-dinja minn ġuf ommna. Nemigraw fl-oqbra".
'Aħfrulna talli nqasna li nieħdu miżuri
meħtieġa biex insalvawlkom ħajjitkom"
     - l-Isqof Mario Grech
L-Isqof Mario Grech sostna li "għandna quddiemna erbgħa u għoxrin katavru ta' bnedmin mhux identifikati.  Imma nafu li hemm ħafna oħrajn, mijiet li qed jistrieħu fiċ-ċimiterju kbir fil-baħar.  Ma nafux isimhom, ħajjithom - nafu biss li kienu qed jaħarbu minn sitwazzjoni ta' disperazzjoni biex ifittxu l-ħelsien u ħajja aħjar. Insejħulhom mhux identifikati. Imma nibkuhom. Nibku t-telfa tagħhom. Nixtiequ nagħtuhom l-aħħar turija ta' rispett.  Dan għax fil-fond ta' qalbna, irrispettivament mit-twemmin, il-kultura u n-nazzjonalità, ir-razza tagħna, aħna nafu li huma bnedmin ħutna".
Enfasizza li 't-triq tal-liġi mhix biżżejjed biex insolvu l-emerġenzi umaniarji.  Nistgħu nkomplu neżaminaw il-liġijiet kif jagħmel l-għaref tal-liġi imma dan mhux biżżejjed.  It-triq tal-liġi, it-triq tal-ġustizzja, għandha tinfetaħ għat-triq tal-imħabba.   L-imħabba tmur lil hinn mill-ġustizzja, għax li tħobb iffisser li nagħti, li noffri minn tiegħi lil oħrajn".
Isostni li "l-imħabba, l-imħabba ħanina, lill-vittma mhux identifiakta toħroġha mill-anonimità tagħha.  Issir 'hija', persuna li hi l-proxxmu tiegħi u ninkwieta għaliha.  Jekk inħallu din l-imħabba tibdilna, is-sitwazzjoni attwali tinbidel ukoll. Minn dawk li jġarrbu l-influss tal-immigranti aħna insiru proxxmu ta' dawk li jaslu fuq xtutna. Il-ħniena biss tkisser iċ-ċirku tal-egoiżmu u l-vjolenza u toħloq il-possibilità ta' futur ġdid.  Il-kompassjoni hi l-awtorità etika aħħarija kontra l-kefrija umana.  Jalla dawn ħutna irġiel u nisa  jistrieħu fis-sliem.  Ma stajniex noffrulhom l-ospitalità tagħna. It-tbissima tagħna.  It-tgħanniqa tagħna.  Imma issa aħna u nafdawhom f'idejn Alla, nitolbuhom ukoll jaħfrulna talli inqasna li nieħdu il-miżuri f'waqthom li setgħu salvawlhom ħajjithom. Jalla it-tifkira tagħhom tibqa' ħajja fl-impenn imġedded tagħna biex insiru proxxmu għal dawk li diġa jinsabu fuq artna jew qed joqorbu lejn xtutna.  Nitlob lil Mulej jibdilli qalbi bl-imħabba ħanina tiegħu u dan jista' jibdilni biex insir proxxmu għal ħuti kollha", temm jgħid l-Isqof Mario Grech.
Preżenti għaċ-ċerimonja funebri kien hemm il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, għadd ta' Ministri tal-Gvern u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil. Kien hemm preżenbti ukoll il-Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos, il-Ministru tal-Intern Taljan, Angelino Alfani  u l-Ministru tas-Solidarjetà Soċjali Grieg, Theano Fotio.
Wara li ntemmet iċ-ċelebrazzjoni funebri, il-katavri ittieħdu fi vjaġġi separati ta' seba' kull darba lejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata fejn saret id-difna.
Minn L-ORIZZONT

Il-funeral tal-24 immigrant

Photos fronm L-ORIZZONT and  inewsmalta.com photographer ROGER AZZOPARDI






Il-funeral tal-24 immigrant

Ritratti tal-fotografu ta' L-ORIZZONT u inewsmalta.com ROGER AZZOPARDI









Thursday, April 23, 2015

"Imxarrbin bil-petrol u maħruqin…'stuprata quddiem tfal'"

    - l-istejjer rakkontati lil Sarah Tyler


"Ilni disa' snin naħdem f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza ma' immigranti. Fl-aħħar jiem smajt minn fomm immigranti u tfal l-agħar stejjer ta' ħruxijiet. Iltqajt ma' Berhane, żgħażugħ ta' 16-il sena mill-Eritrea. Waqfa fid-deżert kienet trawmatika għalih. Immigranti għax għamlu moviment li m'għoġobx lil min kien qed iwassalhom, spiċċaw ġew imxarrbin bil-petrol u mogħtijin in-nar. Berhane fil-Libja kien ibati l-ġuħ u msawwat. Fi triqtu lejn Tripli minn Benghażi,  ra xejn inqas minn 60 ġisem. 25 minnhom kienu bla ras. Baqgħet ġo moħħi l-esperjenza ta' tifel Somalu ta' 15-il sena. Jirrakkonta kif spiċċaw fiċ-ċelel. Ittorturati. Ra mara tiġi stuprata quddiem għajnejn immigranti oħra.  Wara din il-mara ikkommettiet suwiċidju".
Dawn huma l-kummenti li għaddiet lil L-ORIZZONT lbieraħ, Sarah Tyler, ħaddiema umanitarja li lbieraħ kienet fil-port ta' Awgusta fi Sqallija, tistenna l-wasla ta' 460 immigrant li ġew salvati siegħat qabel.  Hi kienet ukoll ma' għadd ta' ħaddiema umanitarji oħra mal-wasla fi Sqallija ta' 28 immigrant li salvaw mill-akbar traġedja fil-Mediterran fejn 850 immigrant hu maħusb li mietu mgħarrqin.
Immigranti 'għajjenin', 'bla saħħa' għamlu jiem 'bla ilma'
Nistaqsuha dwar il-kundizzjoni li kienu fiha l-immigranti salvati fl-aħħar jiem fosthom dawk salvati mill-akbar għarqa.  Tgħidilna li "l-immigranti kienu għajjenin ħafna.  Xi wħud minnhom ma' kellhomx saħħa jżommu fuq saqajhom. Kienu ilhom sigħat sħaħ u jiem bla ilma. Ikunu dehydrated. Kellna tifel li ħassu ħażin kif wasal fil-port. Ikollhom ħruq fuq il-ġilda minħabba l-ħinijiet twal li jkunu qattgħu fix-xemx.
Fost dawk salvati kien hemm mara Sirjana.  Meta tkellmu magħha din qalet li "konna ilna tmint ijiem fil-baħar. Għamilna l-vjaġġ għax ridna nsalvaw ħajjet it-tfal". Tgħid li kien hemm tfal li salvaw li qalu li "kien hemm nies li kienu fin-naħa ta' taħt tad-dgħajsa. Rajnihom jgħerqu".
Dwar x'tip ta' assistenza jagħtu lit-tfal migranti li jkunu għadhom kif ġew salvati, apparti ikel u ilma, Sarah tgħid li "minn fomm it-tfal smajna li min ikun qed jorganizza l-vjaġġi jiggarantixxi li l-vjaġġ ikun wieħed sigur lejn pajjiż Ewropew. Iltqajt ma' tfal li lanqas biss kienu jafu fejn kienu sejrin. Għalhekk meta huma jkunu salvati u jiddaħħlu l-art, waħda mill-ewwel affarijiet li nagħmlu hu li nuruhom eżattament fejn qegħdin. Dawn lanqas ikunu jaf fejn hi l-Italja. Ma jkunux jafu li qegħdin Lampedusa. Ikun hemm minnhom li jkunu jafu li ġejjin l-Ewropa għax ikunu raw stampi ta' postijiet fil-Ġermanja".
Xi ħaġa li jirrakkontawha l-immigranti kważi kollha hi dik li abbord id-dgħajsa huma jkunu bla ikel u bla xorb. Kien hemm min għamel jumejn f'din il-kundizzjonijiet. Oħrajn għamlu minn tlieta sa sitt ijiem f'kundizzjonijiet simili.
Tirrakkonta kif qabel l-aktar traġedja fil-Mediterran kien hemm il-każ fejn grupp ta' immigranti kienu f'bini li fih seħħet splużjoni ta' gass. Min kien qed jorganizzalhom il-vjaġġ ma riedx li dawn l-immigranti, li ħafna minnhom sofrew ħruq jingħataw l-kura. Fosthom kien hemm tfal u anke tarbija ta' ftit xhur.  Din it-tarbija spiċċat għamlet sitt ijiem bla kura, għalkemm illum qed tirċievi l-kura kollha neċessarja fl-Italja.
Sarah Tyler tirrakkonta l-istorja ta' Berhane. Minuri li fil-vjaġġ li għamel ma kien akkumpanjat minn ħadd minn familtu. Kien flimkien ma' tletin oħra fuq trakk meta qasmu d-deżert tas-Sahara. Qalilna li "it-trakk kien jieqaf f'ċertu distanzi biex nistrieħu. Jekk f'dak il-ħin tagħmel xi ħaġa jew xi mossa li ma togħġobx lil min ikun qed jorganizzalek il-vjaġġ, tispiċċa ħażin. Rajt persuni jiġu mxarrbin bil-petrol u ngħataw in-nar. Berhane fil-Libja kien torturat. Għamel jiem bil-ġuħ.  Fil-ħabs għamel xejn inqas minn xahar.  Waqt li minn Benghażi kien sejjer lejn Tripli, ittieħed f'żoni li kienu kontrollati minn milizzji Islamiċi. Hemmhekk ra igma ta' madwar 60 persuni. Xi wħud minnhom kienu b'rashom maqtugħa".
Tyler tirrakkonta esperjenzi fejn dawk li kienu qed jorganizzaw il-vjaġġi sfurzaw immigranti biex iċemplu lil qrabathom. F'dak il-mument isawtuhom biex il-qraba jisimgħuhom. Dan isir biex jintalbu aktar flus mill-qraba.  "Dan hu qasam organizzat ħafna. Immigranti jibdew jgħaddu minn traffikanti għal oħrajn. Fil-Libja ġieli jispiċċaw jinħatfu minn traffikanti oħra u jintalbu jħallsu aktar flus."
Il-katavri f'Malta…tifel ta' 14-il sena
L-ORIZZONT hu infurmat ukoll li fost il-katavri tal-immigranti fil-kamra mortwarja tal-isptar Mater Dei, liema katavri kienu irkuprati waqt ħidma ta' tiftix, hemm dak ta' tfajjel ta' madwar 14-il sena. Fl-akbar traġedja fil-Mediterran li saret bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd li għadda kien hemm mal-mitt tifel u tifla. It-28 persuna li baqgħu ħajjin wara din it-traġedja, u li taw ix-xhieda tagħhom fi Sqallija, qalu li magħhom kien hemm mas-60 tifel u tifla li ma kinux akkumpanjati minn adulti.
Tifel Niġerjan jispjega lil sħabu li l-ġenituri waslu bid-dgħajsa
F'Malta, apparti għadd ta' bukketti ta' fjuri b'messaġġi emozzjonali li ntabgħtu fil-Kamra Mortwarja, fosthom dawk bil-kelma 'aħfrulna', ma naqsux inizjattivi fi skejjel. Spikkat l-inizjattiva li saret fl-iskola Primarja tal-Imsida. Filgħodu l-istudenti, qabel daħlu fil-klassijiet għamlu attività simbolika.  L-istudenti bil-permess tal-ġenituri, taw għotja żgħira ta' flus bħala ġest simboliku. L-istess skola bagħtet ukoll kuruna ta' fjuri.
Spikka iżda l-mument fejn tifel Niġerjan, li tkellem dwar il-fatt li ommu u missieru kienu immigranti li waslu Malta permezz ta' dgħajjes mill-Libja.  Il-Kap tal-Iskola, Rita Barbara, meta kuntattjata minn L-ORIZZONT qaltilna li "ridna li nagħmlu xi ħaġa simbolika biex it-tfal huma ukoll ifakkru u jsellmu lil dawn il-vittmi ta' din it-traġedja".
Minn L-ORIZZONT

Wednesday, April 22, 2015






Messaġġi mal-fjuri mibgħuta mill-Maltin


'Għajjejt…mijiet mejtin u jgħidulek għaliex telqu min pajjiżhom?" 
       - Sab Farachi, immigranta
 
 
 
L-aħħar għarqa ta' immigranti, fejn hemm rapporti konfliġġenti ta' kemm kien hemm persuni abbord b'xi wħud jgħidu 700 u oħrajn jgħidu li kien hemm mad-950 persuna, ma naqsux li jqajmu diskussjoni fost l-immigranti u refuġjati f'pajjiżna. Din l-akbar traġedja fil-Mediterran kienet segwita bi traġedja oħra f'Rodi ta' dgħajsa li nkaljat u każ iehor ta' dgħajsa b'diffikultà. Imma l-immigranti Afrikani f'pajjiżna kif qed iħarsu lejn dawn it-traġedji?  Staqsejna lil Sab Farachi dwar dan.  Tgħidilna bla tlaqlieq li "għajjejt. Ikun hemm sitwazzjonijiet ta' mijiet ta' persuni mejtin, irġiel, nisa u tfal u jkun hemm min jgħidlek 'għaliex telqu minn pajjiżhom? Għax ma baqgħux hemm?".
Farachi tgħid li "inħossni ma niflaħx. Għajjejt ngħix f'pajjiż fejn qisu r-razzisti jaġixxu qisu xejn mhu xejn. Qabel tlaqt minn pajjiżi jien qatt ma kont naħseb li l-kulur tal-ġilda kien se jkun problema.  Għandna sitwazzjoni fejn 700 persuna tilfu ħajjithom. Qed insib nies li jgħiduli 'għax ma baqgħux f'pajjiżhom?  Xi kultant inkun nixtieq li nqum lil hinn minn dawn il-ħmir il-lejl tar-razziżmu u ninsa li xi darba kont hawn".  Farachi, tgħidilna li "jien nitkellem ħafna fuq l-immigrazzjoni. Qajjimt diversi kwistjonijiet. Hi ta' niket li tara traġedji bħal din li kellna fejn 700 jitilfu ħajjithom.  Tweġgħak li tisma' nies li jitkellmu b'mod li juru indifferenza lejn dawn it-traġedji u l-karbiet tal-immigranti. Hi ħasra li llum hawn min jaħseb hekk. Il-mistoqsijiet li jridu jsiru huma għaliex qed jirriskjaw ħajjithom u jagħmlu l-vjaġġ u jaqsmu l-baħar".
Tkompli tgħidilna li "hemm pajjiżi Ewropej li ma jridux jgħinu fis-salvataġġi, għax jaħsbu li b'hekk se jinkoraġixxu aktar immigranti jaqsmu lejn l-Ewropa.  Imma r-realtà hi li l-vjaġġi baqgħu isiru. Li jmutu 700 persunu mgħarrqin hi xi ħaġa inaċċettabbli".
"Għandi ħafna ħbieb Maltin.  Il-Maltin huma persuni li jħennu għall-proxxmu tagħhom. Nifhem li Malta hi pajjiż żgħir u ma tistax taċċetta lill-immigranti kollha.  Inħossni frustrata meta jiġu fuqi nies u quddiem traġedja bħal din jibdew jgħiduli 'imma għalfejn irriskjaw ħajjithom bil-vjaġġ bil-baħar?".
Intant f'Lulju li ġej, Sab Farachi, se terġa' tkun fil-kwartieri ġenerali tal-Ġnus Magħquda fejn se tattendi għal laqgħa  annwali tal-Ġnus Magħquda. Ma jonqosx li hemmhekk tqajjem il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.
Minn L-ORIZZONT

End Europe’s Shame: Open letter to the European Council

As the European Council is set to debate the European Union’s response to over 1,200 deaths in the Mediterranean within a week, we are writing to urge the EU and its Member States to take urgent measures to prevent further loss of life.

On 12 April 2015, 400 people fleeing Libya drowned when their vessel, bound for Italy, capsized off the Libyan coast. One week later, on 19 April, an estimated 800 people drowned along the same route. The victims’ names are to be added to the ever-growing murderous list of casualties at Europe’s borders.
These deaths are not inevitable, nor can responsibility be placed at the door of unscrupulous smugglers. It is time for the EU to recognise that they are the result of clear political choices. The EU and its member states cannot persist with policies aimed at sealing off borders, thereby pushing migrants and asylum seekers to take ever more dangerous routes and creating a market for smuggling rings. EU member states cannot continue to call for states south of the Mediterranean to take responsibility for refugees while themselves refusing to do so. While these policies continue, bodies will continue to wash up on Europe’s shores.
Tomorrow, as the European Council meets to define the future of its policy, it must seize the opportunity to prevent further loss of life at sea.
However, FIDH and AEDH are deeply concerned that the ten point-action plan presented at the emergency meeting of the Joint Foreign and Home Affairs Council on 20 April, failed to address these human tragedies. Instead, it revealed a further set of measures focusing on securing EU borders, by reinforcing surveillance and increasing obstacles with the aim to prevent persons from attempting to enter the European Union. They include increasing the resources and assets allocated to the EU border control agency Frontex and extending its operational area capturing and destroying boats used by smugglers and establishing a new return programme for irregular migrants who have reached the EU territory. The proposal to strengthen cooperation with non-EU countries, including those where human rights are systematically violated, in order to prevent migrants from leaving these countries and attaining the EU’s shores is of serious concern. Not only do further obstacles merely result in routes being displaced, but by contributing to preventing people leaving countries like Libya, where migrants and refugees are arbitrarily arrested and indefinitely detained, the EU and Member States violate their own obligations under European and international law and render themselves complicit in serious human rights violations.
Demonstrating a commitment to “avoiding such human tragedies happening again” [1], involves a radically different approach. As a first step, Member States must immediately establish an EU-wide search and rescue operation, on the model of the Italian Mare Nostrum operation, which ended in November 2014. States at the EU’s sea borders, like Italy and Greece, cannot be left to bear sole responsibility for saving lives. It has been repeatedly stressed, including by Frontex itself, that the newly established Operation Triton cannot replace such a search and rescue operation since its mandate is control and surveillance rather than saving lives.
But the EU must go further than this. Such an operation would be a plaster on an open wound of the EU’s own making. As repeatedly underlined by the EU’s Fundamental Rights Agency and the UN Rapporteur on the Human Rights of Migrants, one of the reasons for so many lost lives is that it is too difficult for people seeking protection to enter the EU using legal routes. Policies aimed at increasing barriers to mobility through the strengthening of border surveillance and control operations through the EU agency Frontex, while restricting visas, have closed opportunities for safe access to the EU for refugees seeking international protection.
The majority of those embarking on the perilous journey across the sea from Libya to Italy are refugees from Syria, Eritrea, Somalia and Afghanistan, fleeing conflict and persecution, who have the right to seek and obtain asylum, under the 1951 Geneva Convention relating to the Status of Refugees, and article 18 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union. They must be able to claim their rights without risking their lives.
The EU must open legal channels that allow migrants to enter EU territory legally and safely. FIDH calls on Member States to facilitate the issuance of visas for humanitarian or asylum purposes and invest in policies to receive refugees, including by showing solidarity and reforming the Dublin II regulation, that puts a disproportionate burden on border states for the reception of asylum-seekers. It is intolerable that while 4 million people have fled Syria to the neighbouring countries since 2011, less than 3% have been given refuge in all 28 EU countries together.
Furthermore, as underlined by the UN Special Rapporteurs on the Human Rights of Migrants and on Trafficking in Persons, it is only be enabling migrants and refugees to reach its territory legally that the EU will combat people smuggling networks and prevent exploitation.
We cannot continue in this infernal cycle of deaths, followed by expressions of grief and indignation, empty promises for reform, and yet more deaths. April 2015 must mark the beginning of a different face of European policy and an end to tragedies at sea.
The world will be looking to you on Thursday for the concrete demonstration of the EU’s founding values and recognition of the humanity of those seeking to reach its shores.   - FIDH



 'Aħfrulna'......il-Maltin jirrispondu
bil-fjuri

Għażiż ħija - oħti.  Jiddispjaċini li ma wasaltx Malta. Niskuża ruħi li xi wħud min ħuti Maltin donnhomn ħadu pjaċir li ma wasaltx. Niskuża ruħi aktar għax xi wħud ma apprezzawx ħajtek għax int iswed jew sewda. Żgur li mhux i-kaz fejn qiegħed jew qiegħda issa għax il-Mulej iħobbok kif int. Nitolbok iddur lejn il-Ħallieq li issa int qed tara u tgħidlu jgħinna biex inżommu lil ħutek milli jegħrqu".  Dan hu wieħed mill-messaġġi li wasal fl-aħħar sigħat ma' bukkett fjuri fil-Kamra Mortwarja tal-Isptar Mater Dei, li fiha hemm miżmumin l-24 katavru ta' persuni li kienu abbord dgħajsa li nqalbet fil-Mediterran u għerqu.  B'kollox għerqu mat-850 persuna.  Il-Maltin, irrispondew b'diversi modi biex juru l-kruha ta' dawn it-traġedji u l-karba tal-istess immigranti. L-entratura tal-Kamra Mortwarja salbieraħ f'nofsinhar kienet imtliet kollha b'bukkett ta' fjuri b'xi wħud b'diversi messaġġi.  Il-kelma 'aħfrulna' iddominat fuq diversi bukketti.  Sal-bieraħ filgħaxija kienu intbagħtu xejn inqas minn 300 bukkett ta' fjuri.
Flimkien mal-fotografu Roger Azzopardi qattajna ftit ħin mhux ħażin fl-entratura tal-kamra mortwarja. F'silenzju akkumpanjat minn irwejjaħ tal-fjuri. Rajna diversi bukketti ta' fjuri b'messaġġi li jmissu l-qalb. Messaġġi li juruk li min bagħat il-bukkett waqaf għal ftit ħin jaħseb fuq din it-traġedja - fuq dawn il-persuni li qed jagħmlu l-vjaġġi ta' tama.
Bukketti identifikati. Mibgħuta minn indivdwi, għaqdiet, kumpaniji jew organizazzjonijiet. Fatt li jistona ftit ma' dak li hemm ftit metri l-ġewwa fejn il-pubbliku ma jistax jidħol.  Katavri mhux identifikati li mietu mgħarrqin. Aktarx iċ-ċans hu li qrabathom f'pajjiżi Afrikani għadhom lanqas jafu li mietu. 24 katavru instabu u ddaħħlu Malta.  850 katavru iehor, għadhom bil-baħar. L-istess bħal sħabhom mejtin. Aktarx li dawn ukoll ħadd ma jaf min huma. Se jkunu mniżżlin bħal ħafna immigranti oħra li mietu mgħarrqin  - jiġifieri  'neqsin'.  Għal darba oħra huma n-numri fuq it-twiebet li se jiddominaw.
Ċimiterju li qatt ma kellu jkun…tesprimi l-messaġġ bl-arti
Sarah Ezabe, studenta universitarja, irreflettiet fuq din it-traġedja.  Il-ħsieb tagħha esprimietu permezz ta' tpinpija li għamlet. Tpinġija ta' bniedem qed jokrob. Fl-isfond jidher il-baħar miżgħud bl-oqba - li jfissru l-imwiet li saru fih. Meta kkuntattjata minn L-ORIZZONT qaltilna li "meta tiġri xi ħaġa li tolqotni inħobb inpinġija. Huma tpinġijiet li nżommhom għalija. Meta għamilt dik it-tpinġija kelli diversi affarijiet f'moħħi.  Il-kwistjoni mhux kemm se jkun hemm aktar imwiet ta' persuni li jitilqu bid-dgħajjes.  Il-kwistjoni kollha hi li meta se nibdew nieħdu inkonsiderazzjoni, li aħna qed nitrattaw mhux ma numri imma ma' bnedmin. Dan l-istess kif trattajna lil dawk li mietu fi Franza, l-Istati Uniti u pajjiżi oħra madwar id-dinja. Hu biss meta nibdew nivvalutawhom bħala li huma daqsna fid-dinjità, li nkunu qed nirrealizzaw li Malta hi gżira imdawra b'ċimiterju li jinsab f'qiegħ il-baħar.  Ċimiterju li suppost qatt ma kien".
'Kont sorpriż bir-rispons tal-Maltin…it-tajjeb hu li tieqaf u taħseb'
Quddiem ir-rispons tal-Maltin għat-talba biex jibagħtu l-fjuri, tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon. Hu qalilna li "waslu bukketti anki minn barra minn Malta.  Il-gvern Irlandiż bagħat ukoll bukkett.  Waslu madwar 300 bukkett fjuri. Qatt ma stennejt dan ir-rispons mill-Maltin. Jien għamilt it-talba biex jibagħtu bukketti għal erba' ħbieb tiegħi.  Ir-rispons juri li xi kultant ikollok impressjoni mod imma imbagħad jiġri mod iehor. L-appell għamiltu mhux għall-fjuri imma biex dak li jkun  minkejja l-pressjoni tal-ħajja ta' kuljum u t-taħbit, jieqaf u juri ħsieb.  Li tieqaf u ċċempel  lil tal-fjuri u tordna bukkett. Jien naħseb li wassalna l-messaġġ anki b'mod internazzjonali li l-poplu Malti ssibu dejjem meta jkollok bżonnu".
Mixja għada biex jitfakkru - l-mijiet ta' ħajjiet li ntilfu
Intant għada se ssir mixja bix-xemgħat biex jitfakkru l-mijiet ta' ħajjiet li ntilfu fil-baħar Mediterran. Il-mixja silenzjuża u paċifika li se ssir mal-baħar, se tibda minn żewġ postijiet, minn ħdejn l-ITS f'Pembroke fis-6.30 p.m. u fil-Bajja ta' Spinola f'San Ġiljan ħdejn il-monument tal-Love, fis-6.45 p.m. u tintemm it-Torri f'Tas-Sliema. Fl-Exiles ix-xemgħat se jitpoġġew b'tali mod li jifformaw il-frażi "All Lives Matter" u se jintefgħu petali fil-baħar bħala turija ta' rispett lejn il-vittmi. 
Din l-attività qiegħda tiġi organizzata biex jintbagħat il-messaġġ lill-mexxejja u l-persuni madwar id-dinja li issa huwa l-mument biex tittieħed azzjoni u jinstabu soluzzjonijiet reali. Din mhijiex protesta imma azzjoni simbolika minn persuni li qegħdin jitolbu biex ma jintilfux aktar ħajjiet fil-baħar.
"Il-messaġġ tagħna huwa wieħed ta' għaqda u kompassjoni. Irridu ngħidu lid-dinja li lilna jimpurtana minn kull ħajja li tintilef, għax All Lives Matter, il-ħajjiet kollha jgħoddu. Issa huwa l-waqt li nibdlu d-dieqa f'azzjoni, li ningħaqdu u nagħmlu xi ħaġa. Il-preżenza tiegħek se tqajjem kuxjenza biex tinstab soluzzjoni għal din it-traġedja kontinwa li qiegħda sseħħ ftit mili biss bogħod minn xtutna," iddikjara l-organizzatur Damjan Attard.
Attività oħra li se ssir jisimha “Too many to count”. Din se tkun ħdejn il-librerija tal-Università fis-7.30pm. Se jinxtegħlu xemgħat u jinkitbu messaġġi ta' solidarjetà.
Bereket……"minn moħħi l-ħsieb hu li faċilment stajt kont wieħed minnhom"
Bereket hu immigrant mill-Eritrea. Nikkuntattjawh biex nisimgħu l-ħsieb tiegħu quddiem din it-traġedja. Jgħidilna li "ma tantx hemm x'wieħed jgħid. L-ewwel ħsieb li jiġini hu dak li faċilment stajt kont jien. Stajt kont jien vittma ta' traġedja mhux fil-vjaġġ bil-baħar biss. Stajt mitt fid-deżert. Iebsa ħafna din li taqsam id-desert. Rajt nies mejtin hemm li ma felħux jaslu. Stajt mitt fil-vjaġġi li għamilt fis-Sudan u fil-Libja".
"Jiddispjaċini li hawn min qalli imma dawn għalfejn jagħmlu l-vjaġġ? Ma jafux li perikoluż? Nifhem li tinsabu bogħod minn pajjiżi Afrikani u nifhem li diffiċli wieħed jifhem ir-realtà tagħna. Imma tajjeb tistaqsu għaliex il-vjaġġi u l-ħarbiet minn art twelidkom? Il-ħarba sseħħ minħabba ċirkostanzi li jvarjaw. Ħarba minn persekuzzjoni. Mid-dittatura. Ħarba mill-gwerer u l-kunfitti. Tkun iddisprat u ma tkunx trid tibqa' tgħix f'art twelidek. Emmnuni meta tiddeċiedi li taħrab minn pajjiżek u minn familtek, tkun vera iddisprat. Kont lest immut fi vjaġġ milli nibqa' ngħix hemm. Il-vjaġġ kien l-uniku tama li kien fadalli. Xejn ma kien se jżommni", jiddikjara Bereket. 
Petizzjoni...75,000 firma f'siegħa
Intant madwar l-Ewropa bdiet tinġabar petizzjoni, fejn f'temp ta' siegħa mindu inbdiet inġabru 75,000 firma. Il-petizzjoni inbdiet minn Tareke Brhane, wieħed minn dawk li kien waqqaf moviment meta seħħew it-traġedji ta' Ottubru tas-sena 2013.  Il-petizzjoni tgħid li "kull wieħed minn dawk li spiċċaw mgħarrqin għandhom isem. Għandhom storja. Jien stajt kont wieħed minnhom. Jisimni Tareke. Ħrabt mill-Eritrea ta' 17-il sena. Wasalt l-Italja fis-sena 2005. Ippruvajt ngħin lil nies oħra bħali.  Din it-traġedja hi l-aktar waħda li seħħet fil-baħar Mediterran. Jekk l-Ewropa mhix se taġixxi se jmutu aktar persuni. Qed nitolbu operazzjoni ta' salvataġġ robusta fil-Mediterran".
  Minn L-ORIZZONT
 

Thursday, April 16, 2015



Tkompli l-indifferenza.....
...aktar imwiet ta' immigranti


Ilbieraħ kienet ġurnata oħra li fiha assistejna għa imwiet ġodda ta' immigranti.  53 mewt oħra.  45 fuq dgħajsa għerqu kważi kollha apparti 4 persuni li ġew salvati. F'każ iehor, ġlieda fuq dinghi wasslet għal mewt ta' 12-il immigrant. Ilbieraħ ukoll bdew jinstemgħu l-esperjenzi ta' dawk li kienu abbord id-dgħajjes salvati. Stejjer ta' qsim il-qalb.

Għal darba oħra f'pajjiżna tkompli l-indifferenza lejn dawn it-traġedji umani. Sparatura lejn Venewwa - xi ħaġa illegali u ta' min jikkundannaha, donnha kienet id-diskussjoni tal-ġurnata. Iżżur is-siti ta' persuna bħal Arnold Cassola, Ċerpersin tal-Alternattiva Demokratika - li għandi rispett kbir lejh, u ssibx ruxxmata kitbiet. Kollha marbutin ma' tajr u kaċċaturi. It-traġedji xokkanti ta' l-aħħar jiem ma jissemmew imkien. L-istess fis-sit ta' Carmel Cacopardo. Kaċċa u tajr imma ebda kumment fuq it-traġedji tal-aħħar sigħat.  Fejn huma l-prijoritajiet?  Żgur li tistenna aħjar minn xi wħud.


Wednesday, April 15, 2015





Id-daqquqa.....u l-indifferenza fl-
għarqa ta' 400 immigrant


Fl-aħħar sigħat komplejna nassistu għad-dibattitu dwar ir-riżultat tal-kaċċa.  Matul il-ġurnata kellna korijiet sħaħ jippuntaw is-swaba lejn persuna li sparat lejn tajra protetta. Kollha jistennew il-kruċifikazzjoni.  Każ li fih spikkat mill-ewwel l-effiċjenza tal-infurzar. Dak konċernat ammetta l-akkuża, wara li ftit sigħat biss wara li għamel l-illegalità ittella' l-qorti.  Sadanittant, quddiem din l-illegalità kien hemm min kien diġa qed jippretendi u bdiet il-pressjoni biex l-istaġun  jingħalaq.  Argument sporporzjonat u esaġerat. Is-siti soċjali mimlijin kummenti dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, jew aħjar 17-il nofs ta' nhar kaċċa fir-Rebbiegħa.
Imma fl-isfond tad-dibattitu dwar l-kaċċa u dak li ġara l-bieraħ, ftit mili biss bogħod minn Malta kellna traġedja oħra. Traġedja kbira bħal dawk ta' Ottubru tas-sena 2013, li dwarhom qamet diskussjoni sħiħa fl-Unjoni Ewropea. Traġedja li fiha 400 tilfu ħajjithom fil-vjaġġ bid-dgħajsa mil-Libja lejn l-Ewropa.  Traġedja li seħħew inqas minn sentejn minn meta saru dikjarazzjonijiet li traġedja simili m'għandhomx jiġu ripetuti.  Imma minn dakinhar 'lhawn, l-istess traġedji irrepetew ruħhom.
Traġedja li l-persuni li tilfu ħajjithom fiha, huma persuni bħal dawk li mietu fi traġedji oħra fosthom bħal dawk tal-ajru fosthom it-titjira Malasjana u dik riċenti tal-German Wings. Imma dawk vittmi tal-vjaġġi bid-dgħajjes ma jingħatawx l-istess attenzjoni. Qishom sekonda klassi. Qishom numru. La taf min huma u lanqas minn fejn ġew. Imma kollha bi storja warajhom. Storja ta' tbatija u uġiegħ. 

F'pajjiżna fl-aħħar sigħat battibekki sħaħ dwar il-qtil ta' tajra protetta, u din it-traġedja bilkemm issemmiet. Traġedja li bis-sitwazzjoni kif inhi, huma diversi dawk li qed isostnu li se jkollna aktar bħalhom. Aktar għarqiet ta' nisa, tfal u missirijiet.  Indifferenza?. Apatija?. Għax dawk nvoluti huma persuni Afrikani?  Donnu li għal ħafna l-għarqa ta' 400 immigrant qisha ma tfisser xejn. Min jaf forsi sirna indifferenti għall-valur tal-ħajja umana? Kelb jew xi annimal sar jagħmel ħoss aktar minn traġedja umana.  Prijoritajiet maqlubin rashom l-isfel u saqajhom 'l fuq.
Traġedja li tqajjem il-mistoqsija ta' meta l-Ewropa se tiftaħ toroq legali biex l-immigranti jibdew jaslu l-Ewropa b'mod legali.  Kemm hemm bżonn imutu aktar nies biex forsi l-Unjoni Ewropea tiftaħ għajnejha? 




Tax-SHout inaddfu s-sit tagħhom
minn kummenti  dispreġjattivi


Xejn inqas minn kważi tlett ijiem wara li tħabbar ir-riżultat tar-referendum fuq il-kaċċa, u jiem wara li bdiet issir kritika dwar dak li beda jinkiteb, is-sit soċjali ta' SHout ġie mnaddaf minn kummenti dispreġjattivi. 

Ovvjament tajjeb li wieħed ma jinsiex x'beda jiġi miktub fuq is-sit ta' SHout, minn dawk li fil-kampanja qabel il-votazzjoni bdew jisħqu u jippressaw lin-naħa l-oħra jekk hux se jirrispettaw ir-riżultat. Dawn huma xi eżempji li tneħħew.





Tuesday, April 14, 2015


 Ir-referendum dwar id-deroga dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa....


Wara t-telfa jippuntaw is-swaba.....
....tgħajjir bla qies lil min ivvota 'IVA'



'Nies stupidi u injoranti hawn. Jimxu wara l-mexxej. Kieku ma ndaħalx aktarx konna nirbħu".  "Tilef is-sens komun. Rebħet l-injoranza'. 'Bħan-nagħaġ ta' Bendu għamlu n-nies, skont ma qalulhom". 'Nazzjon tad-dwejjaq aħna".  "Il-ġaħan Malti jirbaħ fuq il-Malti Ewropew Progressiv'.  "Kellna ċans biex intejbu pajjiżna. Illum nistħi ngħid li jien Maltija".

Dawn huma ftit żgħira minn kummenti li ssib fis-sit soċjali ta' Shout - il-kampanja kontra d-deroga għal kaċċa fir-Rebbiegħa.  Minkejja l-verdett ċar ta' maġġoranza tal-poplu biex tinżamm deroga negozjata mal-Unjoni Ewropea, esponenti fil-kamp tal-LE qed jibqgħu jippersistu u donnhom ma jridux jaċċettaw ir-riżultat.  Quddiem din it-telfa esponenti ta' Shout issa qed jippuntaw lejn il-Prim Ministru, sempliċiment għax iddikjara li se jivvota Iva.

Dan l-argument qed iqajmuh issa wara li sar ir-riżultat. Waqt il-kampanja, ma lissnu ebda kelma kontra dan. Anzi imlew il-gurnali b'avviżi li kien jgibu l-Prim Ministru u d-dikjarazzjoni li kulħadd jista' jivvota kif irid. Ovvjament ir-riżultat ħallihom b'togħma morra għax il-poplu warrab għal kollox argumenti ta' abolizzjoni tad-deroga. F'temp ta' ftit sigħat donnhom insew li kienu ġabu r-reklami tal-Prim Ministru u d-diska dawruha billi bdew jippuntaw is-swaba.

Imma f'telfa bħal din, in-naħa telliefa aktar milli tipponta s-swaba u ssib l-iskużi l-ewwel li m'għandha tagħmel hu li tara x'mar ħażin.  Minnu  dak li allegaw li ħafna kaċċaturi jabbużaw? - maġġoranza tal-poplu jidher li m'emmnitiex.   Il-maġġoranza emmnu dak li ġie allegat ta' theddid fil-kampanja?  Meta tara l-vot u d-distretti tara faċilment li l-inħawi rurali - dawk qrib il-kampanja kienu bi ħġarhom mal-kaċċaturi.

X'impressjoni taw tagħhom infushom lill-maġġoranza tal-poplu dawk li kienu fuq quddiem man-naħa tal-LE, b'mod partikolari lil dawk tal-irħula u dawk viċin il-kampanja?  Il-maġġoranza tal-poplu iqishom bħala li kellhom messaġġ favur l-ambjent?

Li hu żgur hu li l-messaġġ tal-Le ma ġiex aċċettat biżżejjed. Apparti d-differenza żgħira ta' voti kien hemm ammont iehor sostanzjali li ħass li ma kellux jivvota.  Ma aċċettawx il-messaġġ b'mod partikolari fid-distretti li għandhom rabtiet mill-qrib mal-ambjent rurali. Bla dubju ta' xejn li dan hu falliment kbir għal din il-kampanja.  Distretti qrib l-ambjent rurali tista' tgħid li kważi kollha ntrebħu mill-IVA. Bla dubju dan għandu jiftaħ għajnejn dawk li mexxew il-kampanja tal-LE.

Fuq kollox, kellna sitwazzjoni differenti wara r-riżultat. Min tant għajjat b'referendum, demokrazija u li r-riżultat ikun aċċettat, spiċċaw  jgħajjru lill-poplu sempliċiment għax ivvota kontra l-messaġġ li kienu qed jimbottaw. Waħħlu fil-Prim Ministru. Li jmiss issa mhux li jippontaw is-swaba, iżda jidħlu fihom infushom u jaraw x'mar ħażin u għaliex il-messaġġ ma ġiex aċċettat.

Jidher li l-maġġoranza tal-poplu hi aktar favur il-bilanċ, milli  pożizzjonijiet ta' żbilanċ.


Monday, April 13, 2015

'Ir-rebbieħa' tar-Referendum..........

....m'humiex biss il-kaccaturi


Għadni kif smajt dikjarazzjoni minn Mark Sultana, wieħed minn dawk li mexxa l-kampanja biex tispiċċa l-kaċċa fir-rebbiegħa, liema dikjarazzjoni tgħid li ħadd ma rebaħ f'dan ir-referendum.  Ovvjament din id-dikjarazzjoni turik kemm il-kamp tal-Le għadu magħluq f'qafas pjuttost ristrett u jidher li għadu ma fehmx li l-għajta ta' abolizzjoni ta' xi ħaġa partikolari ġiet imwarrba mill-maġġoranza tal-poplu.  Wieħed forsi jista' jifhem li dan hu tentattiv minn dik in-naħa biex
jipprova jnaqqas minn din id-disfatta. Disfatta għax skont ma beda jingħad minn taħt l-ilsien minn xi esponenti tal-Le ferm qabel il-kampanja, l-indikazzjoni li kellhom kienet li 60 fil-mija tal-poplu Malti huma kontra l-kaċċa. Imma r-riżultat kien ferm u ferm differenti. Issa hu xogħol tal-Le - biex jaraw fejn kien il-falliment tagħhom.

Fit-toroq u fil-pjazez tal-bliet u rħula b'mod partikolari dawk tan-nofsinhar u dawk tan-naħa ta' fuq tal-gżira, kellek kategoriji sħaħ ta' nies li ħassewhom mheddin minn dan ir-referendum. Theddida li wara l-kaċċaturi xi ħin jew iehor imiss lilhom jew aħjar id-delizzju tagħhom.  Meta nstemgħu dikjarazzjoni li l-iskjavitu kien tradizzjoni imma spiċċa u  li tradizzjonijiet ħżiena għandhom jispiċċaw, il-biża fost dawn is-sezzjonijiet kibret u bir-raġun.

Il-kaccaturi li għamlu f'din il-kampanja kien li ddefendew b'suċċess id-dritt tad-deroga li nnegozja pajjiżna.  Ħadu nifs huma imma magħhom ħadu nifs għadd ta' sezzjonijiet oħra li ma naqsux li jivvutaw mal-Iva għax huma ukoll ħassewhom mheddin. Mheddin minn dawk li waqt il-kampanja tgħidx kemm saħqu fuq id-demokrazija u li jigi rispettat ir-riżultat, iżda wara li sar magħruf ir-riżultat kienu ħafna dawk li infexxew f'tgħajjir saħansitra kien hemm min beda jgħid li jistħi li hu  Malti.

Bla dubju ta' xejn li fost dawk li ħadu nifs kien hemm is-sajjieda dilettanti. Ibda minn dawk tal-qasba fix-xtut Maltin u dawk bid-dgħajjes. Ma' dawn żid is-sajjieda tal-harpoon.

Id-dilettanti tan-nar ħadu nifs qawwi ukoll. Dikjarazzjonijiet li dan il-qasam ma jistax jintmissx twarrbu għal kollox minn dawn id-dilettanti. Twarrbu għax minn żmien għal żmien u kważi kull sajf, dawn l-istess dilettanti jiffaċċjaw kritika qawwija minn imkejjen li kienu fuq quddiem fil-kampanja kontra l-kaċċa.

Taqbel jew ma taqbilx, ma' tan-nar intweriet solidarjetà minn għadd ta' persuni midħla jew involuti fil-baned, l-arma u l-festi. 

Fost dawk li ħassewhom mheddin kien hemm ukoll dilettanti tal-muturi, taż-żwiemel, karozzi antiki, u dilettanti tal-armi tan-nar fost oħrajn.

Il-mistoqsija li tqum issa hi jekk wara din l-esperjenza tar-referendum u l-effett tagħha fuq is-soċjeta Maltija, hux se nitgħallmu li flok ngħidu inneħħi din u naqtgħu l-oħra,  naraw li l-bilanċ u l-kompromess huma l-aħjar triq. Tifhem li min hu rasu mgħaddsa fir-ramel u nteressat biss f'ħaġa waħda, mhux se jasal għal dan.







Saturday, April 11, 2015


Lokalitajiet b'popolazzjoni ta' kaċċaturi bl-inqas ammont ta' voti mhux miġburin….

Rekord ta' voti mhux miġburin…
….20,937 vot ma nġabrux


F'dak li hu rekord ta' voti mhux miġburin fl-aħħar għoxrin sena, naraw li għar-referendum li se jsir illum dwar id-deroga tal-kaċċa fir-rebbiegħa hemm xejn inqas minn 20,937 dokument tal-vot li ma inġabrux.  Dan jikkontrasta bil-kbir ma' kemm ma inġabrux dokumenti fl-elezzjonijiet passati u f'referenda oħra li saru.  Filfatt għar-referendum dwar l-Unjoni Ewropea li sar fis-sena 2003  kien hemm 4,208 persuna li ma kienux ġabru id-dokument tal-vot.  Għall-elezzjoni tas-sena 2008 ma ġabrux il-vot 5,266 persuna, u f'dik tas-sena 2013 ma ġabrux id-dokument tal-vot 6,500 persuna.  Biss l-ammont ta' voti mhux miġburin hu fl-istess livell ta' dawk id-dokumenti li ma nġabrux fir-referendum dwar id-divorzju, għalkemm din id-darba hemm ftit aktar li ma ġabrux. Dak inhar ma ġabrux id-dokument tal-vot 20,775 persuna.  Għal dan ir-referendum dwar id-deroga tal-kaċċa kien hemm 338,500 votant reġistrat.
Jekk wieħed janalizza din l-istatistika isib li lokalitajiet magħrufin sew għall-ammont ta' kaċċaturi li għandhom  jaraw li l-voti li ma nġabrux kien wieħed inqas sew minn dawk ta' lokalitajiet. Filfatt il-Ħames Distrett, is-Sitt Distrett  u s-Seba' Distrett kellhom l-inqas ammont ta' voti mhux miġburin. Dawn jinkludu postijiet bħar-Rabat meqjus bħala l-mekka tal-kaċċaturi, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imġarr, Ħal Qormi, is-Siġġiewi Ħal Luqa, iż-Żurrieq, Qrendi, Imqabba u Birżebbuġa.
Jekk nieħdu l-Ewwel Distrett (Belt, Furjana, Hamrun u parti mill-Marsa) naraw li l-ammont ta' voti mhux miġburin hu ta' 2,012.  It-Tieni Distrett (Birgu, Isla, Bormla, Żabbar, Kalkara u Xgħajra) l-ammont ta' voti mhux miġburin kien ta' 1,554.
Rigward it-Tielet Distrett kompost miż-Żejtun, parti mill-Fgura u Wied il-Għajn, id-dokumenti tal-vot mhux miġburin ilaħħqu għal 1,659.  Ir-Raba' Distrett li fih hemm parti mill-Fgura, il-Gudja, Ħal Għaxaq u parti mill-Marsa, Raħal il-Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien, il-voti mhux miġburin kienu ta' 1,260.
Il-Ħames Distrett kellu 963 vot mhux miġbur.  Dan id-distrett kien kompost minn Birżebbuġa, Ħal Kirkop, Marsaxlokk, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi u ż-Żurrieq.
Is-Sitt Distrett, li fih hemm Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħal Luqa kellu biss 883 vot mhux miġbur, waqt li s-Seba' Distrett il-voi li ma nġabru kienu ta' 1,069 vot. Dan id-distrett jiġbor fih l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa u r-Rabat.
Jekk nieħu it-Tmien Distrett, li jiġbor fih lil Birkirkara, l-Iklin, Ħal Lija u parti minn Naxxar, naraw li l-voti li ma  nġabrux kienu ta' 1,397 vot. 
Id-Disa' Distrett ma nġabrux 1,932 vot. Dan jiġbor fih lil Ħal Għargħur, l-Imsida, San Ġwann, is-Swieqi u Ta' Xbiex.
Jekk nieħdu l-Għaxar Distrett naraw li l-voti li ma nġabrux kienu ta' 2,151.  Dan id-distrett jiġbor fih il-Gżira, Pembroke, San Ġiljan u tas-Sliema.
Għall-Ħdax-il Distrett, dawk li  ma ġabrux il-vot kienu 1,067 persuna.  F'dan id-distrett hemm il-lokalitajiet ta' Ħ'Attard, Balzan u il-Mosta.
It-Tnax-il Distrett, ma ġabrux id-dokument tal-vot 3,433 persuna. Dan hu distrett li fih hemm il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u parti minn Naxxar.
Fit-Tlettax-il Distrett, kien hemm 1,557 persuna li ma ġabrux id-dokument tal-vot, distrett li fih jiġbor lil Għawdex u l-Kemmuna.
Iridu jivvutaw 169,223 u vot magħhom
bien ir-referendum ikun validu

Ta' min jgħid li r-referendum ta’ nhar is-Sibt li ġej huwa wieħed abrogattiv li jfisser li ir-riżultat se jkun qed jorbot lill-Gvern u dan kuntrarju għal referenda oħrajn, bħal dak tad-divorzju u tal-Unjoni Ewropea, li minkejja li kellhom impatt politiku ovvju ma kienux legalment u politikament jorbtu lill-Gvern tal-ġurnata. Iżda, u huwa dan li ħafna qed jinsew, biex ir-riżultat tar-referendum ta’ nhar is-Sibt ikun jorbot iridu bilfors joħorġu jivvotaw 169,223 (50% ta’ dawk eliġibbli) u vot wieħed magħhom.
Matematikament dan huwa differenti għax f’referenda oħra anke jekk kienu ivvutaw, bħala eżempju, 40% biss ir-riżultat minn dawk l-40% kien ikun jgħodd. Din id-darba le. Dan ifisser li biex ir-referendum ta’ llum ikun jgħodd iridu joħorġu jivvutaw 50%+vot mit-338,445 votant eliġibbli. Minn L-ORIZZONT

Friday, April 10, 2015

Fl-ewwel tlett xhur kważi
500 immigrant mietu fil-Mediterran


Fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena, kważi 500 immigrant sabu l-qabar tagħhom fil-baħar Mediterran, fil-vjaġġ li jkunu qed jagħmlu mil-Libja lejn l-Ewropa. Dan l-ammont ta' imwiet hu madwar 10 darbiet aktar minn kemm kienu mietu immigranti fl-ewwel tlett xhur tas-sena li għaddiet. Minn statistika li qed nħarġet mill-International Organisation of Migration (IOM), joħroġ li bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena fl-ibħra bejn il-Libja u l-Ewropa għerqu 486 immigrant.  Dan meta fl-ewwel tlett xhur tas-sena li għaddiet kienu għerqu 46 immigrant.
Dawn l-ammonti ta' imwiet qed joħolqu tħassib fost għadd ta' rappreżentanti ta' għaqdiet governattivi li jekk titkompla din ir-rata, l-imwiet ta' immigranti matul din is-sena ikun ferm aktar minn dawk tas-sena l-oħra - sena li kellha rekord ta' imwiet ta' immigranti.  Is-sena li għaddiet mietu 3,419 immigrant.
Flavio di Giacomo, kelliem għall-IOM jiddikjara li hu impossibbli li wieħed jgħid b'mod definit x'ikkawża din iż-żieda fl-immigranti li għerqu. Ma jonqosx li jirrimarka li l-waqfiet tal-operazzjoni Mare Nostrum mit-Taljani ħalliet vojt kbir.   Fis-sena 2014, kienu ġew salvati 170,000 immigrant, fejn madwar nofshom  kienu ġew salvati mill-qawwa navali Taljana permezz ta' Mare Nostrum.  Il-bastimenti militari kienu kapaċi jsalvaw mijiet ta' immigratni, ituhom trattament mediku u anke kienu kapaċi jdumu aktar fuq il-baħar.  Mindu waqfet l-operazzjonijiet qed isiru minn bastimenti ferm iżgħar.
Matteo de Bellis, riċerkatur fuq l-immigrazzjoni lejn l-Ewropa għal Amnesty International jgħid li "ninsabu imħassbin.  Hemm ħafna immigranti li jinsabu lesti li jagħmlu l-vjaġġ perikoluż.  Mill-banda l-oħra m'hemmx riżorsi biex isir il-monitoraġġ u salvataġġ.  Meta tirċievi SOS minn dgħajsali tkun f'diffikulta, tagħmel differenza kbira li għandek bastiment li hu sagħtejn biss bogħod u iehor li jinsab 15-il siegħa bogħod".
Intant f'Mejju li ġej hu mistenni li l-Unjoni Ewropea tħabbar riforma sħiħa fil-politika ta' migrazzjoni.  Amnesty International qed tittama li din twassal biex finalment ikun hemm operazzjoni ta' salvataġġ li tkun finanzjata mill-Istati kollha Ewropej. Matteo de Bellis dwar dan jiddikjara li "hemm bżonn li wieħed jagħmel il-prijoritajiet ċari fosthom dawk ta' salvataġġ.  Jekk ma jsirx hekk, dan is-sajf l-imwiet ta' immigranti se jkunu bħal tas-sena li għaddiet jew saħansitra aktar", issostni Matteo de Bellis. Minn L-ORIZZONT