Thursday, March 31, 2016

'Meta jkollhom ix-xogħol hu l-mument li ma jibqgħux refuġjati' 

                    - Hamdi Ulukaya

Bla dubju ta' xejn, li waħda mid-dikjarazzjonijiet b'saħħithom li saru lbieraħ fil-konferenza  li saret mill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refugjati (UNHCR), kienet dik minn Hamdi Ulukaya. Persuna Kurda li għoxrin sena ilu mar l-Istati Uniti biex jitgħallem l-Ingliż. Spiċċa xtara fabbrika tal-yoghurt u llum iħaddem  miegħu għadd ta' refuġjati. Fi kliemu stess waqt il-konferenza, "Integrazzjoni għar-refuġjati tfisser aċċess għall-impjiegi u għax-xogħol. Hu f'dan il-mument li dawn il-persuni ma jibqgħux iħossuhom refuġjati." Hu spjega b'mod mill-aktar ċar kif kien beda jimpjega refuġjati għall-fabbriki tal-yoghurt li hu għandu fi New York u f'Idaho. Ilu jagħmel dan għal dawn l-aħħar ħames snin minkejja li kienu jgħidulu li r-refuġjati ma jafux jitkellmu bl-Ingliż u li ma kellhomx liċenzja.
Ulukaya ddikjara li hu jemmen li la refuġjat ikun għadda minn dawk l-esperjenzi kollha ebsin ta' vjaġġi, fejn ikun ra l-mewt ma' wiċċu diversi drabi, dan ikollu l-motivazzjoni tiegħu għax xogħol fl-aqwa tagħha. Irrakkonta kif refuġjati li jħaddem jibdew billi jgħidulu li m'għandhom xejn. Imma mbagħad wara ammont ta' xhur jixtru karozza, jibdew jistudjaw, javvanzaw fil-post tax-xogħol u jixtru dar.
Irrakkonta wkoll kif qatt ma kellu problemi b'ħaddiema refuġjati. Fid-diskors li għamel, Hamdi Ulukaya saħaq li, "Irridu nsibu metodi ġodda. Jien waqqaft fondazzjoni biex insib aktar negozji biex ngħinu lill-għaqdiet mhux governattivi. Qegħdin fejn qegħdin, fittxu l-vuċi tal-intraprendituri."  Enfasizza li, "Il-fatt li impjegajt ir-refuġjati kien l-aħjar investiment."
Mar jistudja l-Ingliż…u sar biljunarju
Biex wieħed jifhem eżatt min hu Hamdi Ulukaya, wieħed irid jara dan minn fejn telaq. Hu kien jgħix ma' familtu li huma Kurdi f'villaġġ żgħir fir-Turkija. Familtu kienu jrabbu n-nagħaġ u jagħmlu l-yoghurt u l-ġobon. Persuna li ma jafx eżatt meta twieled u dan għax twieled waqt vjaġġ li familtu kienet qed tagħmel fil-muntanji.
Studja x-Xjenza Politika fl-Università ta' Ankara fis-sena 1994. Spiċċa kien mar l-Istati Uniti fl-università ta' Adelphi biex jistudja l-Ingliż. Għamel xi korsijiet fuq kif tmexxi negozju u kien spiċċa ħa xogħol f'razzett. Meta missieru mar sa ħdejh, kien ikkonvinċieh biex jimporta l-ġobon li l-familja kienet qed tipproduċi fit-Turkija.  Fetaħ impjant f'Johnston fi New York iżda wara sentejn, kien irnexxielu biss jifdi l-ispejjeż.
Kollox inbidel fis-sena 2005, meta Ulukaya ra avviż dwar fabbrika tal-yoghurt li kienet għall-bejgħ. Kienet madwar 65 mil bogħod mill-impjant tiegħu.  Fil-bidu rema l-avviż iżda wara ddeċieda li jmur jara l-impjant. Il-parir li ngħata kien li ma kinitx tgħodd għalih. Mar kontra l-kurrent u xtara l-impjant. Ried li joħloq  prodott ġdid. Ħa espert tal-yoghurt fit-Turkija, fejn dawn għamlu sentejn jiżviluppaw riċetti tal-yoghurt.
Biex jippoduċi l-yoghurt li ried kellu bżonn dak li jissejjaħ 'yoghurt separator' - magna li dak iż-żmien kienet tiswa madwar $1 miljun. Sab waħda użata u xtraha għal $50,000. Lura lejn daru, hu ddeċieda li jsemmi l-prodott 'Chobani' li tfisser ragħaj bil-lingwa Torka.
Fi żmien qasir u bi strateġiji ġodda, il-prodott tiegħu kien suċċess kbir. Sas-sena 2009, Chobani kienet qed tbigħ 200,000 kaxxa fil-ġimgħa. Il-prodott infirex lejn pajjiżi fl-Asja, l-Amerika Latina u l-Awstralja.  F'Marzu ta' din is-sena, tħabbar investiment ta' $100 miljun.
Fis-sena 2014, Ulukaya ħabbar li kein se jagħti $2 miljun lill-UNHCR biex dawn imorru għal refuġjati Iraqqini u Sirjani. F'Mejju tas-sena 2015, hu kien ħabbar li se jagħti l-maġġoranza tal-ġid tiegħu biex jiġu mgħejjuna r-refuġjati madwar id-dinja b'kollox madwar $700 miljun.  F'Settembru tas-sena li għaddiet hu kien żar il-gżira ta' Lesbos biex jara b'għajnejh it-tbatijiet tar-refuġjati Sirjani.
minn inewsmalta.com

Wednesday, March 30, 2016

Xebgħa minn bouncers f'Paceville

Il-ġurnal L-ORIZZONT fil-ħarġa tal-lum jgħid li wara d-diversi każi li kien hemm fl-aħħar ġimgħat ta' allegati swat minn bouncers ta' stabbilimenti tad-divertiment f'Paceville, nhar il-Ħadd feġġ każ ieħor fejn żagħżugħ ta' kważi 19-il sena allegatament qala' xebgħa minn tlett bouncers. "Kienu tlett bouncers fuq kull persuna. Qlajt daqqa ta' ponn u tefgħuni fl-art. Wara komplew ituni bis-sieq u bl-idejn", qal iż-żagħżugħ lil L-ORIZZONT. Akkumpanjat minn missieru, it-tifel u l-missier enfasizzaw li qed jistennew li ssir ġustizzja hekk kif iż-żagħżugħ jinsab f'pożizzjoni li jagħraf lil dawk li sawtuh allegatament għal xejn b'xejn.   Waqt li wieħed faċilment jara li l-istatura ta' dan iż-żagħżugħ mhix waħda robusta, il-missier qajjem il-mistoqsija kif dan spiċċa mdawwar minn tlett bouncers li baqgħu ituh anki meta kien mal-art. L-istess missier staqsa dwar x'inhu r-rwol tal-bouncers hux dak li jżommu l-ordni u jaraw li ma jinqalax inkwiet, jew inkella li joħolqu s-swat u t-tensjoni huma stess.
L-ORIZZONT spjega kif bħala ġurnal għandu d-dettalji ta' fejn kienu jaħdmu dawn il-bouncers iżda għalissa mhux se jippubblikawhom biex ma jfixklux l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Iż-żagħżugħ qal lil L-ORIZZONT  li "kien nhar il-Ħadd fis-7.30 ta' filgħaxija meta jien kont ma' sħabi fi stabbiliment partikolari.  Kollox kien normali u jien kont qed nitkellem meta f'daqqa waħda nara grupp ta' nies jersqu  kollha lejn naħa. Nara ġlieda bejn bouncer u ħabib tiegħi. Ersaqt u wara li tefgħu  lil sħabi l-barra, jien ħriġt barra. Jien ma ndħaltx fil-ġlieda.  Il-bouncers bdew allegatament jagħmlu sinjali lil sħabi. Dak il-ħin jien kont nieżel l-isfel lejn it-taraġ.  Kif dawwart wiċċi rajthom jiġġieldu. Demmi ma tanix. Bdejt ngħidilhom ma jiġġildux. Ġie bouncer u qalli inti se timbuttani. Qas tani ċans naħseb, għax allegatament tani daqqa ta' ponn".
Iż-żagħżugħ allega li "bid-daqqa ta' ponn spiċċajt mal-art. Ġew tnejn oħra allegatament ituni bis-sieq u bl-idejn. B'kollox kienu tlieta. Waqfu jtuni u kif rajt li mhux qed naqla' qomt minn mal-art. Wiċċi kien kollu demm. Qasmuli mnieħri u farrġuni.  Qomt u mort fi stabbiliment ieħor naħsel wiċċi. Nies li ma nafhomx ġabuli tissues biex nimsaħ wiċċi."
Kompla  jgħid li "wara mort il-poliklinika ta' Raħal il-Ġdid. Hemmhekk wassluni sħabi. Rani tabib u qalli li aktarx li għandi mnieħri miksur. Hu qalli li aħjar inmur l-emerġenza. Hemmhekk ratni tabiba u qaltli m'għandekx ksur u għandi nmur ġimgħa oħra."
Hu spjega li dwar dan l-allegat każ sar rapport fl-Għassa ta' Birżebbuġa. It-Tnejn wara nofsinhar sar kuntatt mill-Pulizija maż-żagħżugħ fejn staqsewh jekk  jagħrafx lill-aggressuri, bir-risposta tkun fil-pożittiv.
Il-missier qalilna li "qed nistennew li ssir ġustizzja. La ma kienx involut fil-ġlieda ma nippretendix li jiġi msawwat. Allegatament kien hemm tlett bouncers ma' ġuvni ta' 19-il sena. Nistaqsi jien dawn x'inhu xogħlhom iwaqqfu l-ġlied jew isawwtu", temm jgħid il-missier.
minn L-ORIZZONT


Kważi nofs it-$12-il biljun f'fondi mwegħdin lil refuġjati Sirjani baqgħu ma ngħatawx


Għadd ta' ġimgħat ilu, fost ħafna pompa, kien issemma kif xejn inqas minn $12-il biljun kienu mwegħdin minn għadd ta' pajjiżi biex jgħinu lir-refuġjati Sirjani. Madankollu, waqt il-konferenza globali tal-UNHCR ħareġ li nofs dawn il-flus baqgħu ma ġewx allokati minkejja li kienu mwegħdin.
Il-Kummissarju għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti, Filippo Grandi, f'intervent fil-konferenza li sejħet biex ikun hemm aktar relokazzjoni ta' refuġjati Sirjani, qal li jinsab imħasseb għall-mod kajman kif inhu miexi dan il-proċess. Żied jgħid li hu kruċjali li l-wegħdi li saru dwar fondi jinżammu.
Grandi enfasizza li sa issa huma biss 12 fil-mija tar-refuġjati li gandhom bżonn rilokazzjoni, li spiċċaw marru f'pajjiż ieħor.
minn inewsmalta.com

Appell biex jiġu aċċettati aktar refuġjati u biex titneħħa l-biża'

F'konferenza ta' ġurnata li qed issir f'Ġinevra, u li ġiet organizzata mill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Ban Ki Moon, appella lill-gvernijiet madwar id-dinja biex jaċċettaw aktar migranti Sirjani u biex l-istess pajjiżi jegħlbu l-biżgħat marbutin mar-refuġjati. Hu spjega li n-Nazzjonijiet Uniti trid li jinstabu aktaru postijiet għal migranti Sirjani fejn hu ppjanat li fi tliet snin jinstabu post għal 10 fil-mija ta' 4.8 miljun refuġjat mis-Sirja.
"Nitlob lill-pajjiżi biex jaġixxu b'solidarjetà. Nappella biex jinstabu metodi ġodda ta' kif isiru relokazzjonijiet ta'  refuġjati Sirjani," qal Ban Ki Moon fil-konferenza fejn attendew rappreżentanti ta' xejn inqas minn 90 pajjiż.
Sa issa kien hemm 179,000 post imwegħdin biex fihom ikunu rilokati refuġjati Sirjani. Fil-konferenza ssemma kif id-dinja trid tindirizza din l-akbar kriżi ta' refuġjati ta' żmienna.
Ta' min jgħid li sa issa l-kunflitt Sirjan wassal għal xejn inqas minn 4.6 miljun Sirjan fuq il-fruntieri u 6.5 miljun persuna kellhom jitilqu minn fejn kienu jgħixu u sabu kenn f'postijiet oħra fit-Turkija. Fit-Turkija hemm 2.2 miljun refuġjat mis-Sirja, fil-Libanu hemm 1.1 miljun, 633,000 refuġjat fil-Ġordan, 245,000 refuġjat fl-Iraq u 128,000 fl-Eġittu.
minn inewsmalta.com

Tuesday, March 29, 2016

Stramba l-bicca....rekord
fl-Italja bla gowls u mbagħad 8 gowls f'2 logħbiet fil-Ġermanja


 'We fled Mosul'.....now caged in Samos in Greece

Waleed, his pregnant wife and their two children left Iraq in February this year. It took them a month to reach the Greek island of Samos through Turkey, and after suffering a short yet traumatic stint of detention in Turkey, they are now in a makeshift detention center, waiting desperately for information on what their future holds.
“There is no mercy left on earth, look at us, look at my children!” 37-year-old Waleed says, standing with his wife, who is seven months pregnant, behind the fence separating them and hundreds of other asylum seekers from freedom.
“We fled Mosul, we can not live there any more, we are running from the Islamic State, and look at where we end up.”
Mosul was overrun by the jihadist IS group in the summer of 2014, amid a brutal offensive that forced millions to flee their homes.
They heard that hundreds of thousands of people were reaching Europe through Turkey, so they decided to try their luck at building a better future.
“My family and I were detained in Turkey for 12 days. We tried to protest in the prison but the prison guards beat us and fired tear gas at us. In the end we were released on March 20, and we arrived in Samos on the 21st,” he said.
“I’m doing my best, but is this a way to treat human beings? They are supposed to protect us, not put us in a big cage like animals, without any information on when our case will be processed.”
On March 20, an EU-Turkey deal aimed at stemming the influx of asylum seekers into Europe came into force. Since then, Greek authorities have turned so-called hotspots that were supposed to act as registration centers into de facto detention centers.
“My wife is pregnant and she can’t remain a prisoner any longer in this dirty, crowded place, while all the NGOs are pulling out and leaving us in the hands of police,” Waleed said angrily, as his wife and children wept. 

photo  Mohammad Ghannam MSF


 Miżbla f'San Ġwann t'Għuxa f'Bormla

Persuna jew persuni mhux magħrufa fl-aħħar sigħat ħallew miżbla sħiħa fiż-żona magħrufa bħala San Ġwann t'Għuxa f'Bormla. Boroż tal-iskart, kartun, biċċiet tal-injam u għadd ta' skart ieħor spiċċaw mormijin illegalment f'din iż-żona. Ħaddiema mid-Direttorat għat-Tindif bdew ħidma biex inaddfu l-post.



'Komunitajiet ta' minoranzi għandhom jingħaqdu kontra gruppi estremi f'Malta'
             - Alex Caruana


'Nixkanawh 'l barra". "Dik mara jew raġel ta' xagħarha mdellek? U hemm il-wiża tal-graffitti ukoll. Riklam tal-ħmieġ u tidlik". "Inħares  lejh nitqażżeż. Jaq."  "Aħjar jinħasel ħasla bleach".  "M'hemm xejn agħar minn dawn it-tradituri". 
Dawn kienu kummenti li nkitbu f'sit soċjali tal-lemin estrem, kontra persuna trans li esprima ruħha fuq partiti tal-lemin estrem u l-immigrazzjoni.  Alex Caruana fl-aħħar jiem kiteb u kkummenta fuq is-sit soċjali tiegħu li l-partiti tal-lemin estrem m'għandhomx jitħallew jerfgħu rashom, waqt li kkritika lil min hu kontra l-immigrazzjoni irregolari.  Quddiem dawn il-kummenti hu spiċċa attakkat u mgħajjar f'sit soċjali tal-lemin estrem, b'mod partikolari dwar il-fatt li hu persuna trans.
Kuntattjat minn inewsmalta.com, Alex Caruana qalilna li "kont sorpriż bl-attakki feroċi fuqi. Li għedt jien kien fuq il-fatt li  kien hemm persuna li bdiet  tiġġustifika l-faxxisti fi Brussels u jien għidt lil persuna oħra għalfejn qed teħodha ma' dawn it-tip ta' nies".
Alex Caruana qalilna li "l-għada li ktibt hekk, issib ruħek kulħadd jaqlalek. Din naraha intimidazzjoni. Naħseb li l-Pulizija għandha tagħmel xi ħaġa.  Hi kontra l-liġi li ħadu r-ritratti tiegħi u ppubblikawhom. Dawn huma grupp  mhux biss kontra immigranti. Jien persuna trans.  Nemmen li l-kommunitajiet differenti għandhom joħorġu dikjarazzjonijiet kontra dawn l-atti faxxisti. Lili għajruni għax trans.  Naħseb li dan hu moviment li qed mal-Ewropa u għandna niqfulhom b'kull mod."
Kompla jgħid li "jien mhux se nibża. Imma persuna trans mhux faċli tgħix ħajjitha. Jekk tkun dgħajjef dawn it-tip ta' attakki jistgħu jaffettwawk ħażin."  Alex Caruana hu parti mill-Moviment Graffitti.

Monday, March 28, 2016

Bla kumment......tpinġija minn tifel Sirjan


Fil-kju għall-ħobż f'Idomeni fil-fruntiera bejn il-Greċja u l-Maċedonja

Ritratt Marco Djurica

Thursday, March 24, 2016

Save the Children suspends support services on Greek island detention centres following EU-Turkey deal

Following initial implementation of the EU-Turkey deal that came into effect on 20 March 2016, Save the Children has suspended all activities related to support to basic services at all detention centres on the Greek islands due to extreme concerns that newly-arrived vulnerable children and their families are in danger of unlawful and unjustified custody for sustained periods of time.
Wednesday, 23 March 2016 - 7:22pm Currently, all asylum seekers and migrants arriving on the islands after Monday, regardless of their status, are now being placed in the newly designated detention centres until their individual ‘admissibility’ interview and assessment take place.
“Asylum applications, interviews, and assessments could take weeks, or even months, and the result is that asylum-seekers are, and will, be placed in unlawful detention, contrary to International and European Human Rights Law,” said Kirsty McNeill,  Director of Policy, Advocacy and Campaigns for Save the Children.
While the European Commission has clarified that ‘Irregular migrants may be held in closed reception centres on the Greek islands, and asylum seekers will be accommodated in open reception centres,’ at present, this does not appear to be the case in reality, according to Save the Children teams on the ground.
“There is no possible way that the sudden turnaround of reception centre hotspots into detention centres can happen in line with international and European legal requirements, and this will be in particular to the detriment of children,” continued McNeill.
“We already know that among those being detained are unaccompanied children who are particularly vulnerable as they require specialist support and protection which they cannot receive in their current environment, and we remind authorities that the arbitrary detention of children is unlawful and never in their best interests.
“Furthermore, maintaining family unity should never be used to justify the detention of children. Children and their families should always be in appropriate accommodation in line with the best interests of children.
“As conditions are worsening in Greece, the first priority should be to address humanitarian concerns and deal with the existing protection needs.”
Save the Children has suspended all basic service support activities in detention centres on Lesvos, Chios, Samos, Los and Leros until further notice, including the provision of bus transport to the camp of Lesvos, the distribution of basic cooking and shelter provisions, and food distribution in Moria camp on Lesvos, which has been taken over by the Greek Armed Forces.
“We will however maintain food distribution in collaboration with Oxfam only in Kara Tepe camp on Lesvos, which is run by the local municipality and remains an open facility, and will also maintain child protection activities in all camps due to ongoing concerns regarding the situation and living conditions of children living inside the closed camps,” said McNeill.
Save the Children is also alarmed about the proposed returns to Turkey, particularly the possibility of the rejection of asylum applications in Greece without examination if they are found to be ‘inadmissible’, and the lack of capacity in Greece to administer asylum seekers’ rights to appeal.
Save the Children reiterated concerns around the imminent ‘return one to resettle’ one scheme for Syrians.
“It is shameful that Europe is finding ways to cut back on commitments already made to offer safe and legal routes for vulnerable refugees into Europe - the result is that the number of these routes is now actually diminishing, not to mention that their availability in this scheme still requires people to risk their lives at sea,” McNeill warned.
“It is clear that the main message of the EU-Turkey deal agreement is the prevalence of maintaining borders over saving lives.”

'Inqas bini, iktar siġar… inqas paroli, iktar azzjoni'

F'diversi postijiet bdew jitwaħħlu stickers bil-messaġġ 'Inqas bini, iktar siġar…inqas paroli, iktar azzjoni'. Dawn l-istickers qed jitqassmu lill-pubbliku ġenerali mill-Moviment Graffitti. Diversi persuni mhux qed jiddejqu jwaħħluhom ma' arbli u postijiet oħra biex jitwassal il-messaġġ.Erica Schembri mill-Moviment Graffitti, meta kuntattjata minn inewsmalta.com, qalet li, "Iddeċidejna li nagħmlu stickers b'dak is-slogan partikolari għax qed naraw li l-ambjent qed jibqa' dejjem jiġi suġġett għax xewqat u r-regħba tal-kuntratturi. Naħseb li l-messaġġ fuq l-isticker huwa dirett u ċar. Għandna 72,000 bini vojt madwar Malta, madanakollu għadna qed nibnu għad detriment tal-ambjent.
"Barra minn hekk, hi kurjuża kif għandna dan il-bini vojt kollu imma l-prezzijiet tal-proprjetà qed jibqgħu jogħlew b'mod eżorbitanti. Ħriġna l-istickers bħala Moviment Graffitti iżda bdejna nqassmuhom lill-pubbliku u qed narawhom imwaħħlin f'diversi postijiet madwar Malta. Dan juri li hawn ħafna nies li wkoll qed iħossu l-ħtieġa li jqajmu kuxjenza dwar li nipprotegu u nibżgħu għalll-ftit natura li għad baqgħalna".
https://www.instagram.com/p/BDTMHjoIXWm/?taken-by=streetstickersontheroad

Wednesday, March 23, 2016


Maltija miż-Żejtun tagħlaq 108 snin…u għadha tmur 'l kappella darbtejn kuljum

Ta' kuljum għadha tmur għal quddies fil-Kappella. Ta' kull filgħaxija tittieħed ukoll biex titlob fl-istess kappella. Dan minkejja li llum Filomena Muscat, Maltija miż-Żejtun li llum hi residenti f'dar tal-anzjani f'Londra, għalqet 108 snin. In-neputijiet tagħha li llum jgħixu l-Kanada f'kummenti li taw lil inewsmalta.com qalulna li "n-nanna għadha fi spirtu tajjeb ħafna. Hi eżempju għalina ilkoll".
Din qed titqies bħala waħda mill-aktar Maltin li għexu fit-tul. Għal uliedha u n-neputijiet, Filomena Muscat tibqa' dik il-mara li f'ħajjitha ħadmet bla heda biex tgħajjex lill-familja - ibda minn xogħol fit-tarzna, ħasil tal-ħwejjeġ tal-militar Ingliż u meta rtirat b'xogħol volontarju fi sptar Ingliż. Karmena Camilleri, li llum għandha 85 sena u li tiġi it-tifla ż-żgħira ta' Filomena kienet qalet lil inewsmalta.com "lil ommi dejjem niftakarha taħdem għalina." Filomena Muscat imwielda iż-Żejtun, kienet emigrat biż-żewġt itfal tagħha lejn Tuneż.
Karmena Camilleri li llum tgħix il-Kanada, meta kellmitna dwar il-ħajja ta’ ommha tgħid li "ommi tilfet lil missieri meta kienet tqila bija. Jien twelidt f’Jannar tas-sena 1930, u ommi twieldet f’Marzu tas-sena 1908. Apparti lili, ommi kellha ukoll lil oħti l-fustanija Grace li twieldet sena u xahrejn qabli. Kellha tifla oħra li twieldet qabilna iżda dik kienet mietet." "Fil-gwerra u ftit wara konna ngħixu Malta. Jien niftakarni inmorru niġru għal ġo xelter. Niftakar l-isparar u l-bumbardamenti. Fil-gwerra ommi qatt ma waqfet milli taħdem. Biex ngħixu hi riedet taħdem għalina għax missieri kien miet ferm qabel. Kienet taħdem it-tarzna ġo uffiċċju fejn hemmhekk kienet tagħmel xogħol ta’ tindif. Kienet anke ħadmet mal-Qawwa tal-Ajru Ingliża.
Ommi niftakarha wkoll taħsel ħwejjeġ ta’ membri tal-militar Ingliż u ta’ dan kienet titħallas," tenfasizza Karmena. "Niftakar sewwa lil ommi u liz-zija Karm, jaħslu l-ħwejjeġ u jħitu xi buttuni jew isewwu l-ħwejjeġ tal-baħrin. Niftakar sew kien ikollhom ħafna qliezet għat-tiswijiet u għall-ħasil. Jien kont żgħira imma kont ngħin billi nimla l-bramel tal-ilma". Wara l-gwerra emigraw lejn it-Tuneżija... fl-Ingilterra kienet tgħin lill-Maltin Karmena tgħid li "wara l-gwerra eżattament fl-1948, emigrajna lejn it-Tuneżija. Ommi kienet iżżewġet lil ħu missieri.
Fit-Tuneżija ma ħadmitx. Fit-Tuneżija iżda s-sitwazzjoni bdiet issir aktar inċerta fejn jidħlu l-barranin. Peress li ommi kellha passaport Ingliż, peress li Malta kienet għadha taħt il-ħakma Ingliża, iddeċidew li jmorru jgħixu fir-Renju Unit," tkompli tgħid Karmena. Tgħid li "jien lil Malta kont inħobbha ħafna u mit-Tuneżija spiss kont niġi lejn Malta. Meta huma marru lejn ir-Renju Unit, jien mort il-Kanada, fejn bqajt ngħix hemm." "Iz-ziju ta' Dun Gorg Preca kien ibigħilna l-ħalib" Nena tgħid li "niftakar sew ukoll liz-ziju ta' Dun Ġorġ Preca. Kien jiġi jbigħ il-ħalib. Niftakru sew jiġu għand ommi bil-ħalib." Tgħidilna li mbagħad fir-Renju Unit ommha ħadmet f'diversi lukandi u kienet tkun ta' wens kbir għall-Maltin li jitilgħu hemm għall-kura. Ta' min jgħid li Filomena s-sena li għaddiet kienet daħlet fil-lista tal-Maltin li l-aktar li għexu. Fil-fatt l-ixjeħ Maltin li qatt għexu kienu John Mary Farrugia minn Ħad-Dingli li għalaq 106 snin ftit snin ilu u Emanuela Borg minn Ħal Balzan.
Kemm Farrugia kif ukoll Balzan mietu wara li għalqu l-età ta' 106 snin. Farrugia miet fis-sena 2007 u Emanuela Borg mietet fis-sena 2004. Fatti mis-sena 1908 - is-sena li fiha twieldet Filomena Filomena twieldet fis-sena 1908. Id-differenzi kbar bejn dik is-sena u ż-żminijiet tal-lum huma kbar. Dakinhar il-medja tal-ħajja tal-bniedem fl-Istati Uniti kienet ta' 47 sena. Sa dak iż-żmien l-aktar struttura għolja fid-dinja kienet it-Torri Eiffel. Il-paga medja f'xi pajjiżi kienet ta' 22 ċenteżmu fis-siegħa. F'sena, ħaddiem medju kien jaqla' bejn $200 u $400 fis-sena. Inġinier fl-Istati Uniti kien jaqla' $5,000 fis-sena. Ħafna tobba, jew 90 fil-mija tagħhom, ma kellhomx edukazzjoni fil-kulleġġi. Kienu jattendi fi skejjel mediċi. L-1908 kienet is-sena li fiha l-Kanada għaddiet liġi li żammet nies foqra milli jidħlu fil-pajjiż. Kienet ukoll is-sena li fiha l-kawżi prinċipali tal-imwiet kienu l-pnewmonja u l-influwenza, it-tuberkolożi, id-dijarea u mard tal-qalb.
minn inewsmalta


'Grazzja f'diżgrazzja'
         - missier il-Malti ferut fi Brussell

    

"Iġġenint kif sirt naf bl-aħbar li ibni kien wieħed minn dawk li ntlaqtu fl-isplużjoni fl-ajruport ta' Brussels. Kien sejjer l-Istati Uniti. Intlaqat f'dahru. Għandu xi ħruq f'dahru u weġġa ftit rasu. Kellimna ftit ħin wara l-inċident u jidher mhux ħażin. Mort nitlob u nirringrazzja lil Alla. Din hi grazzja f'diżgrazzja. Kien qrib ħafna ta' fejn seħħet l-isplużjoni u setgħet ġiet ferm agħar".  Dawn kienu l-kummenti li għaddielna Charles Vella, emozzjonat għall-aħħar. Charles hu missier Lorenzo Vella ta' 33 sena li lbieraħ kien ferut ħafif fl-isplużjonijiet li seħħew fl-ajruport ta' Brussels. Hu kien akkumpanjat minn martu Cheryl li hi tqila meta kien fl-ajruport u wara li ndarab ittieħed fi sptar militari fi Brussels.
"Ġenn sħiħ… toroq traffikużi fi Brussels kienu deżert"
Ftit minuti wara l-attakki, is-sistema ta' komunikazzjoni bil-mowbajls ma bdietx taħdem u għalhekk inħoloq paniku sħiħ b'familjari Maltin jippruvaw jagħmlu kuntatt mal-qraba tagħhom fi Brussell. Finalment il-komunikazzjoni bdiet issir permezz tas-siti soċjali 'Facebook' u 'Twitter'.
Ħaddiema f'Dar Malta spjegaw kif ħassew il-bomba li seħħet fil-metro, waqt li spjegaw li ngħataw struzzjonijiet biex ma jiċċaqilqux mill-bini.
Yves Cordina meta kkuntattjat qalilna li, "Fil-ħin ta' wara l-isplużjonijiet kien hawn ħafna ġenn. Ibbumbardjaw il-metro ħdejn il-post tax-xogħol fejn naħdem jien. Bdew jgħidu lil kulħadd jibqa' ġewwa."  Spjegalna kif hemm biża' fost in-nies minħabba l-possibbiltà ta' aktar attakki waqt li enfasizza li toroq li s-soltu jkunu mballati bil-karozzi lbieraħ kienu battala.
Omm Maltija li tgħix fi Brussell qaltilna li, "Qed jgħidulna biex kemm jista' jkun kulħadd joqgħod ġewwa.  It-trasport pubbliku jinsab wieqaf. Hawn ħafna Pulizija fit-toroq. Paniku u kaos sħiħ. Wara dak li ġara, issa hawn il-biża' li meta se toħroġ barra m'intix se tkun sigur. Kienet xi ħaġa li kienet ilha tinstema' li tista' ssir. Imma qabel xnigħat biss kienu; issa ġrat. Il-biża' issa qiegħda hemm."
Malti iehor li tkellem magħna lbieraħ filgħodu qalilna li, "L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bħalissa huma kollha magħluqin. Ingħalqet ukoll is-sistema tal-metro. Tinħass sigurtà kbira fil-belt, b'għadd kbir ta' pulizija u suldati kif ukoll ambulanzi, u t-toroq huma battala min-nies."
minn l-orizzont

Tuesday, March 22, 2016

30 immigrant jegħrqu f'ibħra Libjani…
…salvati 910 persuna mit-Taljani

Ftit jiem biss wara li ġie mħabbar il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija dwar persuni li qed jaqsmu mit-Turkija lejn il-Greċja biex jidħlu fl-Ewropa, fir-rotta ta' bejn il-Libja u l-Ewropa mietu aktar minn tletin immigrant.  Madwar tletin persuna hu maħsub li mietu f'ibħra Libjani u immigrant iehor instab mejjet waqt salvataġġ ta' immigranti mill-qawwa navali Taljana.
B'kollox fl-aħħar sigħat, il-qawwa navali Taljana salvat xejn inqas minn 910 immigrant.  Dawn ġew salvati f'erba' salvataġġi. Il-Gwardji tal-Kosta Taljani salvaw 378 immigrant f'żewġ salvataġġi,  waqt li 112-il immigrant ġew salvati minn bastiment li qed jopera l-operazzjoni tal-Frontex.  Xejn inqas 420 immigrant ġew salvati minn bastiment li qiegħed jieħu sehem fil-EUNAVFOR.
Il-Gwardji tal-Kosta Libjani f'Al Zawia kkonfermaw li kien hemm tliet dgħajjes b'madwar 500 immigrant. Dawn kienu interċettati u salvati lil hinn mill-kosta ta' Mellitah. Huma kkonfermaw ukoll li kien hemm madwar 30 immigrant li għerqu. Sa issa ġew irkuprati biss erba' katavri.
Dan il-każ qed iqajjem il-mistoqsija jekk dak li ġie miftiehem mit-Turkija hux se jwassal biex it-traffikanti jagħtu ħajja mill-ġdid lir-rotta bejn il-Libja u l-Ewropa.
minn l-orizzont



Waħda mill-aktar toroq traffikużi fil-kapitali Belġjana Brussel.  Illum wara l-attakki li seħħew kienet battala għal kollox mill-karozzi b'ħaddiema barra.

Ritratt Yves Cordina



"L-isplużjonijiet ta' llum…..ma rridx
ngħix aktar fi Brussels
       -   Sharon Ellul Boniċi

"Kont ilni minn wara l-attakki li seħħew f'Pariġi ntella' u nniżżel. Issa dawn l-attakki fi Brussels kienu l-qofol ta' kollox biex iddeċidejt li nieqaf mill-ħidma tiegħi fi Brussels."
Dan sostnietu Sharon Ellul Boniċi meta tkellmet magħna. Waqt li ddeskiviet dak li ġara fi Brussels bħala 'xokkanti'  u 'tal-biża', qaltilna li "għada kelli nkun fl-istess post li seħħet l-isplużjoni u fl-istess ħin. Kelli nkun hemm ma' familti biex nmorru vaganza għall-festi tal-Għid. Kelli paniku kbir sakemm għamilt kuntatt mat-tifel. Sakemm għamilt kuntatt miegħu, għax ma kinitx faċli tikkominika, lanqas kont naf x'qed nagħmel.   Brussels spiċċat qisha żona ta' gwerra mindu seħħew l-attakki f'Pariġi bis-suldati fit-toroq.  Se nkun qed naħdem minn Malta. Ma rridx nibqa' aktar fi Brussels.  Din hi l-ewwel belt li ttieħdet minn persuni radikali. Ma rridx ngħix hemm aktar".  Sharon Ellul Boniċi taħdem għal European Alliance for Freedom.
minn inewsmalta.com


 'Paniku enormi.....issa sitwazzjoni
hi kalma'
    - Randolph Debattista, Head of Cabine

Randolph Debattista, li hu 'Head of Cabinet' f'Dar Malta, meta kkuntattjat minn L-ORIZZONT dwar l-esperjenza tiegħu tal-isplużjoni ta' dalgħodu, qalilna li, "Konna grupp ta' Maltin li konna qed nivvjaġġaw lejn l-ajruport peress li konna se nmorru New York flimkien. F'ħin minnhom iċċemplilna Cheryl, li hi l-mara ta' Lorenzo Vella, u din fost il-paniku kbir li kien hemm bdiet tgħidilna ma nersqux 'l hemm għax kien hemm splużjoni. Kien hemm paniku enormi b'nies jiġru minn naħa għall-oħra. Aħna ppruvajna xorta naslu sal-ajruport iżda ma rnexxilniex nagħmlu dan għax kien hemm ħafna pulizija."
Qalilna li, "Lorenzo Vella ma kienx bogħod minn fejn seħħet l-isplużjoni. Malli ntlaqat, hu waqa' mal-art u ngħata l-kura meħtieġa fuq il-post u wara ttieħed fi sptar militari fi Brussell stess."
Spjegalna li, "Bdew ħerġin rapporti (mhux minn inewsmalta.com) li kien se jkun hemm xi laqgħa għal Maltin ħdejn il-lukanda Novotel li qiegħda qrib l-ajruport. Dan ma kienx minnu. Dan għax il-Maltin fi Brussell - kemm li jaħdmu Dar Malta kif ukoll dawk li jaħdmu fil-Kummissjoni - kellhom jibqgħu fl-uffiċini tagħhom. Kemm jista' jkun kellu jiġi evitat li jkun hemm ġiri barra fit-toroq. Li ntqal kien li l-Maltin li kienu fl-ajruport kellhom imorru ħdejn il-lukanda Novotel biex minn hemm jinġabru b'vann."



'Spekulazzjoni fuq l-Isolation Hospital"…..
…sa issa l-MEPA għadha ma nfurmatx lill-Kunsill


Minkejja l-pressjoni li qed issir minn grupp żgħir ta' residenti fuq proġetti li għandhom jagħtu ħajja ġdida lill-binja storika u abbandunata fl-Imtarfa, il-Kunsill tal-Imtarfa qed jenfasizza li sa issa l-kunsill għadu ma ġiex infurmat mill-MEPA. L-istess kunsill qed isostni li meta jkun infurmat b'dak propost, għax sa issa hemm diversi proposti ta' x'jista' jsir, il-kunsill fiż-żmien stipulat mil-liġi ilaqqa' ir-residenti u  jinfurmahom.  Jirriżulta li sa issa l-petizzjoni li kienet qed tinġabar kienet ibbażata fuq informazzjoni li għal residenti oħra qed titiqies bħala 'spekulattiva'.
"La għad m'hemmx deċiżjoni finali u li l-kunsill għad irid jirċievi l-informazzjoni, x'sens jagħmel li tiġbor petizzjoni. Jien għalhekk ma ffirmajtx. Fuq kollox hemm binja mitluqa u ta' periklu, u naħseb li hu tajjeb li fl-aħħar din il-binja skedata tibda sservi għal xi skop", qalilna wieħed mir-residenti.
Daniel John Attard, is-Sindku tal-Imtarfa, meta kuntattjat minn L-ORIZZONT, qalilna li "bħala kunsill sa issa għad m'għandniex pożizzjoni.  Bħala kunsill qed nistennew lill-MEPA. Nafu li hemm diversi proposti. Suppost għandha ssir faċilità għal anzjani bid-dimensja. Kif niġu kuntattjati mill-MEPA hemm żmien bil-liġi biex nikkonsultaw u nlaqqgħu lir-residenti u hekk se nagħmlu".
Is-sindku informa li  għad hemm kollox pendenti għax għad iridu jsiru ħafna studji neċessarji u fil-preżent ma kien hemm ebda garanzija li dan ix-xogħol  li qed jissemma' se jsir.  Fuq suġġeriment tal-istess Sindku kien hemm qbil unanimu fil-kunsill li meta jasal il-waqt il-kunsill żgur li kellu jieħu pożizzjoni fir-rigward ta' parkeġġ adegwat għall-viżitaturi biex ma jtellfux dak tar-residenti tal-madwar.
Il-kwistjoni tal-Isolation Hospital tmur diversi xhur lura meta l-Gvern kien ħareġ sejħa ta' interess għall-proposti.  Kienet intgħażlet il-proposta tal-grupp Malta Healthcare Caterers, li huma sussidjarji ta' Seabank Group. Dan kien ippropona faċilità għall-anzjani li jbatu bid-demensja.
Residenti fil-viċinanzi ilmentaw li dan it-tip ta' proġett mhux kompatibbli maż-żona u li dan kien se joħloqilhom inkonvenjent.  Hemm diversi residenti li qed jargumentaw li dan l-iżvilupp se jgħattilhom il-veduta.
minn l-orizzont




Monday, March 21, 2016



L-aktar Mediterran niexef
f'900 sena


In-nixfa li qed tolqot il-Mediterran qed tiġi indikata bħala li hi l-agħar nixfa f'dawn l-aħħar 900 sena.   Dan skont riċerka li saret minn xjentisti mill-Geophysical Research Atmospheres.  Ir-riċerka saret fuq iz-zkuk tas-siġar li l-marki fuqhom juru l-mod kif kibru s-siġar u l-kundizzjonijiet marbutin max-xita.
In-nixfa qed tolqot ħażin għadd ta' setturi agrikoli u hi mifruxa tista' tgħid mal-Mediterran kollu u anke f'pajjiżi fl-Ewropa ta' Fuq.  Huma diversi xjentisti li qed iwissu li dan hu fenomenu marbut mal-klima.
Mir-riċerka li saret mill-Geophysical Research Atmospheres naraw li l-gżira ta' Ċipru u pajjiżi oħra fil-viċin fosthom Iżrael, il-Libanu, il-Palestina, is-Sirja u t-Turkija huma postijiet li ukoll qed jesperjenzaw in-nixfa.  Mir-riċerka li saret f'dawn il-pajjiżi jirriżulta li l-istaġun xitwi f'dawn il-pajjiżi kienu 50 fil-mija aktar niexef min dak li kien esperjenzat fir-reġjun fl-aħħar 500 sena.  Jekk imbagħad jittieħdu l-aħħar 900 sena, naraw li dan l-istaġun xitwi kien 20 fil-mija aktar xott.
Ir-riċerka li saret kienet qed tqabbel ir-riżultati minn zkuk ta' siġar f'dawn il-pajjiżi u dawn imbagħad tqabblu ma' sinjali fiz-zkuk ta' siġar fi Spanja, in-nofsinhar ta' Franza u l-Italja. B'hekk ġiet mibnija xejra tan-nixfiet li seħħew minn żmien għal żmien fil-Mediterran.
Mir-riċerka ħareġ li minkejja li kien hemm diversi snin ta' nixfa, bejn is-sena 1100 u 2012, iżda l-perjodu bejn is-sena 1998 u s-sena 2012 kien l-aktar wieħed niexef u bl-inqas xità f'dawn id-900 sena.
Ir-riċerka qed turi li kull meta kien hemm nixfa fil-Lvant tal-Mediterran, l-istess xejra ssegwi fil-Punent tal-Mediterran. Irriżulta ukoll li l-parti ta' fuq tal-Mediterran  għandha x-xejra li tbati minn nixfa meta pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq li qegħdin fin-naħa tal-lvant tal-Mediterran ikollhom ix-xita.
Ir-riċerka qed turi li din in-nixfa tista' tkun agħar minn tas-soltu minħabba l-gassijiet serra fl-atmosfera.
Minn L-ORIZZONT

Sunday, March 20, 2016

Toni Bezzina jiddeskrivi l-każ ta' Beppe bħala 'xagħra fl-għajnejn' u 'tentufa żgħira'

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina dalgħodu kkritika bl-aħarx lill-Gvern talli fi kliemu qed jipprova jaqbad mal-Oppożizzjoni fuq il-każ ta' Beppe Fenech Adami. “Dawn qed jippruvaw jaqbdu ma' dan il-każ li huwa xagħra fl-għajnejn, u mbagħad it-travi li għandhom f'għajnejhom ma humiex jarawhom. Imbagħad għalhekk tibda tifhem għaliex qed jagħmlu press conference kuljum. Qed jippruvaw jaqbdu ma' tentufa żgħira,” qal għal darba darbtejn il-Perit Toni Bezzina f'intervent li għamel fuq Radio 101 waqt l-analiżi tal-gazzetti.
Il-Perit Bezzina qal li n-nies illum huma intelliġenti u ħadd mhu jemmen li Konrad Mizzi fetaħ it-trust fil-Panama biex iħallih vojt.
“Inti anke meta tagħti karus lil xi tifel żgħir, ikun irid jimlieh. Anke Konrad Mizzi fetaħ il-karus biex jimlieh,” qal il-Perit Toni Bezzina.
Qal li l-poplu illum huwa intelliġenti, mhux bħalma kien fis-snin sebgħin u tmenin.
“Dak iż-żmien il-poplu ma kienx infurmat għaliex kienu jinħarqu l-gazzetti. Kien hemm in-nies jiġu msawta għaliex jaqraw gazzetta. Illum dan kollu nibidel. Imma l-Prim Ministru għadu jgħix fis-snin sebgħin u tmenin. Flus il-poplu donnhom saru tiegħu,” qal il-Perit Bezzina.
Huwa staqsa għaliex il-Prim Ministru tefa' s-saħħa u l-enerġija taħt l-istess Ministru. Qal li mill-Indipendenza 'l hawn dawn l-affarijiet qatt ma ġraw.
Żied jgħid li pajjiżna nħakem minn skandli kbar. “Kif taqbad il-gazzetti ħlief skandli ma ssibx. Min-naħa l-oħra, naħseb li l-poplu għandu apprezzament għax-xogħol siewi li qed jagħmel Simon Busuttil. Il-Kap tal-Partit qed jiltaqa' ma' ħafna nies. Jien u hu ġieli ltqajna fl-għelieqi mal-bdiewa,” qal il-Perit Bezzina.
Min-naħa l-oħra, huwa ddeskriva lill-Prim Ministru bħala manipulatur għaliex fi kliemu lagħab b'kulħadd. Qal li n-nomina ta' Toni Abela għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri kienet biss ħadma minn Joseph Muscat u Konrad Mizzi. Skont Bezzina, lil Abela, Konrad Mizzi u Joseph Muscat “dendlulu l-karrotta.”
minn inewsmalta.com

'Ipokrezija minn Beppe Fenech Adami'
              - Joseph Muscat

Il-kwistjoni marbuta ma' Palazz Beppe fuq ir-riħ ta' Wied id-Dis, f'Ħal Għargħur, issemmiet mill-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu. Hu sejjaħ dan il-każ bħala l-ipokrezija ta' Beppe Fenech Adami u dan għax waqt li kien mar jipprotesta kontra proġett tal-Gvern li se joħloq il-ġid, hu għandu proprjetà b'ħafna illegalitajiet.
F'diskors f'Ħad-Dingli, il-Prim Ministru saħaq li, "Irridu nesponu ipokrezija bħal dik li rajna din il-ġimgħa. Din hi inkredibbli. Kieku qiegħed fis-sitwazzjoni ta' Beppe Fench Adami ma niftaħx ħalqi. Kellu art kbira li kienet barra miż-żona tal-iżvilupp. 700 metru kwadru. Dan kien ODZ u meta xi ħadd kien qed ipinġi l-linji, din daħħluha fl-iskema.
"Il-Kabinett kien qal li fejn iħares fuq Wied id-Dis, ħadd ma jista' jibni aktar minn żewġ sulari. Tlett ijiem wara li l-Kabinett qal li ħadd ma jista' jibni aktar minn żewġ sulari, qalu b'eċċezzjoni waħda - dik ta' Beppe Fenech Adami. L-eċċezzjoni saret mill-MEPA stess. Mela kulħadd ma jistax jibni aktar minn żewġ sulari ħlief Beppe Fenech Adami. Għalhekk il-valur tal-proprjetà sploda.
"L-esperti qed jgħiduli li l-illegalitajiet li hemm ma jistgħux jiġu sanzjonati. Jien ngħidlu trid veru tkun ipokrita biex titkellem b'dan il-mod fuq Gvern li kien qed jagħmel proġett għall-pajjiż kollu, u lilek  daħħluhielek proprjetà fiż-żona tal-iżvilupp. Lil Simon Busuttil nawguralu għal għeluq snin u ngħidulhom jixtrulu arloġġ għax dan kien qal li min jinqabad f'xi ħaġa lanqas minuta ma jdum," qal il-Prim Ministru filwaqt li tenna li l-arloġġ issa ilu għaddej ħafna aktar minn minuta mindu tfaċċa dan il-każ.
Tkellem ukoll dwar xi jfisser it-tkabbir ta' 6.3 fil-mija fl-ekonomija. Qal li, "Dan ifisser li l-ġid li taħt il-Gvern l-ieħor kien jinħloq fi tliet snin, taħt Gvern Laburista inħoloq f'sena waħda biss. Immaġinaw ġenituri jaħdmu li paga ta' tliet snin jeħduha f'sena. Hekk għamel pajjiżna.  Dan meta l-għan tagħna kien li t-tkabbir tal-ekonomija ikun ta' 4 fil-mija. Dan hu Gvern li ra l-potenzjal enormi li għandha l-ekonomija u lil dan il-potenzjal qed itih aktar biex jaħdem. Dan hu Gvern li hu 'pro business'. Se nkompli nibgħat sinjal lill-investituri Maltin u barranin li hu miftuħ għal kull min hu ta' rieda tajba. Dan għax meta nkabbru l-ekonomija b'dan il-mod nistgħu nagħtu l-frott lin-nies."
Kompla jgħid li, "Din il-ġimgħa iltqajna bi Brussell u għedt li għalxejn nitkellmu fuq il-ġid jekk ma noħolquhx. Il-familji jaraw dak li għandhom u jaraw kif ikabbruh. Għalhekk l-istint tal-omm u l-missier li joħorġu jaħdmu.   Għalhekk dan il-Gvern għamel 'child care' bla ħlas. B'hekk lil uliedek ma tħallihom neqsin minn xejn. Dan il-Gvern irid li joħloq il-ġid biex il-poplu ma jkun nieqes minn xejn", sostna Joseph Muscat.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li, "Aħna m'aħniex moviment li se nikkastigaw lil min hu bieżel u lil min ħadem. Se ngħinu l-aktar lil dawk li huma fil-bżonn. Dan hu l-mod kif qegħdin naġixxu. It-temperatura tal-ekonomija hi waħda - ix-xogħol. Jekk m'għandekx il-qgħad nieżel u f'livell baxxi m'għandek xejn. Il-qgħad niżżilnieh għal 5,000 persuna u l-għan tagħna hu li fis-sentejn li ġejjin dan jibqa' f'dan il-livell.
"Issa li nħoloq aktar xogħol, bdejna nitkellmu fuq affarijiet sensittivi u bdejna naqtgħu l-prekarjat minn mal-Gvern.  M'iniex kuntent bis-sitwazzjoni fejn bi skuża li għax barranin jagħmlu xogħol b'irħas, jiġu impjegati barranin.  Waħda mill-viżjonijiet fis-snin sebgħin ta' Mintoff kienet li joħloq xogħol għal biżżejjed għal Maltin u anke għall-barranin. Wasalna qrib li jkun hawn xogħol għall-Maltin u l-barranin.
"Bdejna diskussjonijiet mal-lukandi. Bdejna naraw min jista' joffri xogħol lill-immigranti. Trid tispiċċa r-rawndebawt tal-Marsa, fejn tmur tgħaddi u tħallas kemm trid.  Għandu jkun hemm drittijiet indaqs. Issa nitkellmu fuq drittijiet tax-xogħol kemm tal-Maltin u anke l-barranin u dan biex ma jġelldux ħaddiem ma' ieħor."
Tenna li, "Bla xogħol l-essenza ta' dan il-moviment tispiċċa. Irridu nagħfsu aktar fuq l-ugwaljanza. F'pajjiżi oħra kien hemm diskussjoni fuq id-differenza fil-pagi bejn mara u raġel għall-istess xogħol. Ma tagħmilx sens li mara titħallas inqas. Irridu li ma jkunx hemm differenza bejn paga ta' mara u raġel."
Il-Kap tal-Oppożizzjoni sar periklu għax-xogħol u għall-klassi tan-nofs
"L-Oppożizzjoni l-mod ta' kif taħseb issa marret f'aġir distruttiv. Din issa saret periklu għall-investiment. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sar periklu għax-xogħol u għall-klassi tan-nofs ta' pajjiżna. Ngħidlu li dan hu differenti għalkollox mill-mod ta' kif konna naħdmu aħna meta konna fl-Oppożizzjoni. Jien tgħallimt li jekk tagħmel ħsara jiġi f'wiċċek.  Il-mentalità tagħna differenti u nieħdu gost meta nġab il-ġid għall-pajjiż. Ikun hem investituri li anke ffinanzjaw lill-Partit Nazzjonalista u jiġu jistaqsuni jekk hux se ngħinu għal xi proġett. Ngħidulhom li la se jinħoloq ix-xogħol u l-ġid, se ngħinuhom. Min għandu proġetti li se joħolqu l-ġid jiġi u nwettquhom."
"Illum għoġbu jattakka l-investiment għall-isptar t'Għawdex u ta' l-Isptar San Luqa. Bini mitluq f'dak li kien Sptar San Luqa, se nibdluh fi sptar aħjar mill-Isptar Mater Dei. F'Għawdex se jkollhom sptar ġdid u l-Gvern mhux se joħroġ xejn għax se jsiru mill-privat. Ftit ġimgħat ilu kien hemm miktub li l-Professur Albert Fenech se jiftaħ sptar ġdid f'Malta. Staqsejt u qaluli li dak hu l-isptar li se nagħmlu kuntratt magħhom u dawn kienu għażlu lill-Professur Fenech biex imexxih hu," qal Joseph Muscat.
Sostna li, "Jgħajruni li jien 'sales man'. Ma niddejjaqx b'dan u se nmur il-Libanu, il-Ġordan u miegħi se nieħu negozjanti Maltin u dan biex niftħulhom il-bibien. Se ndur fejn hemm bżonn biex inġib aktar xogħol u ġid. Lil Simon Busuttil staqsewh jekk jiltaqax mal-President tal-Azerbaijan u qal li hu jiltaqa'. Jien nistaqsih x'se jgħidlu. Jekk hux korrott? Jien niltaqa' ma' kull min irid jagħmel negozju f'Malta. Il-President Amerikan se jmur Kuba u allura għaliex Malta m'għandhiex tiftaħ għad-dinja kollha kemm hi?".
 



Eċċezzjoni għal
Palazz Beppe

Il-Palazz ta' Beppe Fenech Adami li jinsab fil-Għargħur iħares fuq il-wied pittoresk ta' Wied id-Dis, kien spiċċa saritlu applikazzjoni mill-Awtorita għall-Ambjent u Ippjanar (MEPA) stess. Dan biex ikun kunsidrat li fil-binja jkun jista' jsirilha semi basement u t-tielet sular.  Għadd ta' proprjetajiet oħra ma kienx ġie approvat żvilupp lilhom fosthom fl-istess żona anki wara li applikatilhom il-MEPA. Dokument li għandu f'idejh L-ORIZZONT juri li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Gonzi stess kien approva li l-binja li tappartjeni lil Beppe ikun jista' jsirilha semi basement u t-tielet sular.  Din l-approvazzjoni  saret fit-13 ta' Ottubru tas-sena 2008. Ħames ijiem qabel l-istess Prim Ministru Gonzi f'ittra liċ-Ċermen tal-MEPA ta' dakinhar kien  qal li hi x-xewqa tal-Gvern kienet li "f'siti fejn diġa għandhom forma ta' żvilupp fihom, speċjalment fejn dawn huma biżżejjed biex jagħtu minnufih karattru lit-triq, ma nħossx li jkun il-każ li l-għoli tal-bini jiżdied". It-talba fuq il-Palazz ta' Beppe kienet l-unika waħda aċċettata.
L-aħbarijiet tal-istazzjon tal-Partit Laburista, ONE News, lbieraħ żvelaw kif minn żewġ kmamar f'għalqa, spiċċat inbniet din il-binja li mhi xejn għajr Palazz.
Il-mod kif inħarġet approvazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru Gonzi għat-tielet sular, qed iqajjem mistoqsijiet kbar u li sa issa għad m'hemmx tweġiba għalihom. Fost dawn hemm dik ta' għaliex il-Palazz ta' Beppe ingħata li jibni t-tielet sular meta l-bini fl-istess żona hu ta' żewġ sulari.  Il-mistoqsija li tqum hi għaliex din il-binja ġiet trattata b'mod differenti minn binjiet oħrajn?  X'kienet ir-raġuni li l-Gvern wasal għal dik id-deċiżjoni?  Sa issa dawn huma mistoqsijiet li tweġiba dwarhom għad m'hemmx.
L-iskandlu marbut
ma' Palazz Beppe
L-iskandlu marbut ma' waħda mis-seba' proprjetajiet  li għandu l-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, hu dak li minn żewġt ikmamar fir-raba' dawn spiċċaw għall-palazz.  Hu stmat li din il-proprjetà llum għandha valur li jaqbeż il-€5 miljun.  Minn riċerka li saret jirriżulta li kien hemm żewġ okkażjonijiet fejn b'daqqa' ta' pinna minn Gvern Nazzjonalista, il-palazz ta' Beppe Fenech Adami sar għandu l-valur ta' llum.  Id-deċiżjonijiet kienu ttieħdu mill-Gvern immexxi minn Dr Lawrence Gonzi bħala Prim Ministru.
Ilbieraħ l-istazzjon tal-Partit Laburista żvela li bejn l-1988, u l-bidu tas-snin disgħin, kienet bdiet tinbena din id-dar, li llum hi l-palazz ta' Beppe Fenech Adami.  Dan minflok żewġ kmamar li kien hemm.  Minn tagħrif li nħareġ jirrriżulta li l-ewwel permess fuq il-post kien fl-1994.  Il-permess kien biex jinbnew mill-ġdid żewġ kmamar rurali.  Dan il-permess kien intalab fuq art barra miż-żona ta' żvilupp.  Xejn inqas minn erba' snin wara, talab biex jestendi u jibni pixxina.  F'kull wieħed minn dawn il-permessi dejjem indika li ma kienx hemm permessi qabel l-1994, anke jekk id-dar kienet diġa mibnija. Il-permess għall-pixxina nħareġ fl-1999. Din kienet id-data meta reġa' tela' Gvern Nazzjonalista.  Mhux biss bena pixxina akbar minn dik li għandu permess għaliha, iżda bena 'pool deck' ta' seba' mitt metru kwadru jiġifieri tlett kwarti ta' tomna.   Dan meta skont il-policy ta' ODZ, din ma tistax tkun akbar minn mitt metru kwadru. Imbagħad kien fis-sena 2006 li ttieħdet deċiżjoni li finalment wasslet biex il-proprjetà ta' Beppe Fenech Adami splodiet fil-valur. Dan għax il-Gvern Nazzjonalista kien daħħal din il-proprjetà fiż-żona għall-iżvilupp.
Minkejja dan, kien hemm deċiżjoni oħra li wasslet biex permezz tagħha l-proprjetà ta' Beppe Fenech Adami kompliet tikber għal dik li hi llum.  Dan għax fis-sena 2007, l-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) applikat hi stess biex il-Palazz ta' Beppe Fenech Adami kważi irdoppja fil-kobor tiegħu. Dan sar b'żieda ta' tlett sulari u semi basement.  Il-MEPA applikat għal dan fuq xi proprjetajiet oħra.
Imma il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, f'ittra datata Ottubru 2008, ċaħad it-talbiet tal-MEPA u ġab l-argument li dawn imorru kontra d-deċiżjoni tal-Gvern.   Biss, għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufa u stabbiliti, m'għamiltx l-istess għall-proprjetà ta' Beppe Fenech Adami. It-talba fuq il-palazz tiegħu kienet l-unika waħda aċċettata.  Filfatt fit-13 ta' Ottubru 2008, Lawrence Gonzi kiteb uffiċjalment biex jikkonferma din id-deċiżjoni.  Ta' min jgħid li tmien xhur qabel, Beppe Fenech Adami kien diġa applika biex jagħmel ix-xogħol. Ġimgħatejn wara l-ittra ta' Gonzi l-MEPA tat il-permess aħħari.
Beppe Fenech Adami jirreaġixxi
għar-rapport ta' L-ORIZZONT
Wara r-rapport ta' L-ORIZZONT tal-bieraħ, Beppe Fenech Adami permezz tal-avukati GVTH, bagħat ittra b'risposta lil dan il-ġurnal. Fiha qal li "nikteb għan-nom tal-Onorevoli Beppe Fenech Adami u nagħmel riferenza għall-pubblikat fil-ħarġa ta' L-ORIZZONT tas-16 ta' Marzu 2016 bit-titolu 'Palazz Beppe f'nofs skandlu' - liema storja hi riprodotta fin-news portal 'inewsmalta.com'.
Fl-ittra ntqal li "skont il-liġi tal-istampa qed formalment tintalab illi tippubblika fil-ġurnal tiegħek fit-terminu stabbilit fil-liġi din it-tweġiba għal dak li nkiteb fl-imsemmi artikolu kif ukoll fin-news portal tiegħek".
Intqal li "b'riferenza għal dak li ngħata fl-artikolu pubblikat fil-faċċata ta' l-Orizzont, l-Onorevoli Beppe Fenech Adami jinfurmak illi hu xtara d-dar tiegħu flimkien ma' 1,124 metru kwadru ta' art magħha fit-18 ta' Ottubru 1994 mingħand koppja li dakinhar kien jgħixu fid-dar imsemmija fil-Għargħur u li sussegwentament emigraw lejn l-Awstralja. Din id-dar inxtrat mill-Onorevoli Beppe Fenech Adami flimkien ma' dik li llum hi  l-mara tiegħu kważi 22 sena ilu, qabel ma żżewġu u 14-il sena qabel ma' sar Membru Parlamentari.  Sabiex inxtrat din id-dar, l-Onorevoli Fenech Adami u martu kien ħadu self minn bank illum privat u sa llum dan is-self għadu qed jitħallas.  Sussegwentament l-Onorevoli Fenech Adami u martu xtraw porzjon ta' art li tmiss mal-art tal-imsemmija dar u dan permezz ta' kuntratt datat 8 ta' Settembru 2003 (1/3 indiviż) u ieħor fl-1 ta' Marzu 2005 (2/3 indiviż) - cioe snin qabel ukoll ma sar Membru Parlamentari.  Dawn huma id-dettalji kollha ta' kif din il-binja deskritta mill-ġurnal bħala 'ta' kobor enormi' nxtrat mill-Onorevoli Beppe Fenech Adami u martu. L-Onorevoli Beppe Fenech Adami jinforma lill-qarrejja tiegħek illi hu ddikjara din il-proprjetà fid-dikjarazzjonijiet tal-assi f'kull sena li ilu membru Parlamentari.  L-Onorevoli Beppe Fenech Adami jfakkar li dan l-hekk imsejjaħ 'skandlu b'deċiżjonijiet dubjużi' mhu xejn għajr storja riċiklata li l-medja tal-Partit Laburista għamlet lura fis-sena 2006, jiġifieri għaxar snin ilu, u li anke dakinhar ġew miċħudin".
Tenna li "nitolbok li tippubblika din id-dikjarazzjoni fil-gazzetta l-Orizzont fit-terminu stabbilit mil-liġi kif ukoll fin-newsportal inewsmalta.com.  Il-klijent tiegħi jirriserva kull dritt ieħor li tagħtih il-liġi", temm jgħid l-avukat Joe Zammit Maempel.
Nota
Ta'  min jgħid li Beppe Fenech Adami fir-risposta tiegħu waqt li  ma jsemmi xejn fuq kif il-binja ddaħħlet fiż-żona ta' żvilupp, qed jikkonferma li xtara din il-proprjetà meta kien għadu kif iggradwa mill-Università.


Fil-Mużew tal-Istorja Naturali…..

Tfal Maltin ippreferew ipinġu l-għasafar…
……il-barranin ipinġu mammali


Wieħed mill-mużewijiet li ħafna tfal ikunu jixtiequ jżuru hu dak tal-Istorka Naturali fl-Imdina. Id-dehra ta'  annimali u għasafar li hemm ibbalzmati flimkien ma' insetti u friefet, iħallu ċerta influwenza fuq it-tfal.  Minn riċerka li għadha kif saret fost studenti tar-raba' sena tal-iskola Primarja tar-Rabat kemm fil-klassi kif ukoll f'sessjonijiet fil-mużew ħareġ li l-mużew affettwa it-tpinġijiet ta' uħud mit-tfal aktar minn oħrajn. Irriżulta li t-tfal Maltin kuntrarju għal tfal barranin, ippreferew li jpinġu l-għasafar.  Fil-Mużew tal-Istorja Naturali hemm kollezzjoni ta' għasafar ibbalzmati li jpassu minn fuq Malta.
F'din ir-riċerka ħadet seħem l-Iskola Primarja tar-Rabat.  Ir-riċerka saret minn Dr. Edward Mifsud, li għamel ir-riċerka  għal PhD.  It-titlu tar-riċerka kien "The Visualisation of Natural History Museum Habitat Dioramas".  F'din ir-riċerka l-istudenti kellhom ipinġu dak li hu innotaw fid-dioramas (esebiti) tal-mużew u dak li pinġew ġie analizzat.
Mill-konklużjoni tar-riċerka ħareġ li "din ir-riċerka hi waħda mill-ftit riċerki li saru barra mill-iskola f'Malta u l-ewwel waħda dwar diorami u l-potenzjal tagħhom fl-edukazzjoni bioloġika. Hi wkoll l-ewwel riċerka fuq il-potenzjal ta' dawn id-diorami bħala mudelli bioloġiċi għal interpretazzjoni ta' annimali u pjanti. Is-sors prinċipali tal-informazzjoni kienu tpinġijiet li minnhom ħarġu temi komuni li juru li l-istudenti jużaw t-tagħrif li diġa jkollhom biex jagħmlu sens mid-diorama li jara. Hemm preferenza ċara lejn l-għasafar fit-tfal Maltin forsi minħabba l-fatt li Malta għandha kultura antika u b'saħħitha ta' kaċċa u nsib. L-importanza tal-għasafar hija murija ċara fid-data miksuba u dan għax l-għasafar kienu l-aktar annimali impinġija fi tlett tpinġijiet. Dan ivarja minn dak li jiġi rappurtat f'pajjiżi oħra fejn il-mammali huma normalment l-annimali preferuti. Il-preferenza ta 'diorami li fihom għasafar itiru hija influwenzata minn tagħrif qabel dan ix-xogħol u l-kultura. It-tfal donnhom jippreferu wkoll speċi ta annimali lokali aktar millli speci eżotiċi barranin - fatt li ma jaqbilx ma informazzjoni miksuba minn pajjiżi oħra. Fejn jidħlu siġar, il-preferenzi huma lejn dawk tal-frott bħal tuffieħ, larinġ u ċirasa. Hemm preferenza ċara għal annimali fuq is-siġar."
Jirriżulta ukoll li "l-mużew affettwa it-tpinġijiet ta uħud mit-tfal aktar minn oħrajn. Xi studenti kellhom regress fil-kwalità tat-tpinġija ġewwa l-mużew meta mqabbla ma' dik tal-klassi. Fil-mużew it-tfal ippreferew ipinġu aktar għasafar minn mammali meta mqabbel ma dak li pinġew fil-klassi. Għal kważi nofs it-tfal id-diorami kellhom impatt pożittiv billi ippreżentaw annimali u pjanti impinġija proporzjonalment aħjar u wrew taħlit ekoloġiku. Madankollu kien hemm studenti li ma kinux affetwati u saħansitra urew rigress. Il-maġġoranza tat-tfal jidher li jinterpretaw id-diorama mill-lenti ta tagħrif miġbur qabel. Għalhekk dak li jagħżlu jirrapreżenta dak li kienu jafu diġa. Diorami li huma marbuta ma' ambjent familjari jew ifakkru f'tagħrif preċedenti, għandhom ċans aktar li jiġbdu l-attenzjoni u l-ħin li jdumu jarawhom. B'hekk it-tfal jakkomodaw tagħrif ġdid u jibdlu dak li diġa jafu."
Minn L-ORIZZO|NT

Wednesday, March 16, 2016




Palazz 'Beppe' fiċ-ċentru ta' skandlu

Wara li mill-istazzjon televiżiv tal-Partit Laburista issemma kif kienu se jinħarġu dettalji dwar kif il-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech  Adami sar miljunarju kbir, L-ORIZZONT illum qed jgħid li jinsab infurmat li dan jirrigwarda l-palazz li l-istess Beppe Fenech Adami għandu fil-Għargħur.
L-ORIZZONT jgħid li din hija binja ta' kobor enormi b'pixxina kbira u bi ġnien kbir, li dwarha hemm fatti li jistonaw bil-kbir u li żgur li jimmeritaw spjegazzjonijiet mill-istess Beppe Fenech Adami. Skont il-ġurnal, il-binja tistona sew mad-djar li hemm fil-viċinanzi u se tkun qed titfa' dawl ġdid ta' kif Beppe Fenech Adami allegatament sar miljunarju.
Kollox qed jindika li madwar din il-binja hemm allegat skandlu sħiħ, li dwaru ilhom jagħmlu mistoqsijiet residenti li joqgħodu fl-istess inħawi, ikompli L-ORIZZONT.
F'rapport li xxandar ilbieraħ fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista intqal li se jkunu żvelata dettalji ta' kif il-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sar miljunarju kbir. 
Ir-rapport kien jgħid li Beppe Fenech Adami sar miljunarju kbir bis-saħħa ta' deċiżjonijiet  dubjużi u li jqanqlu suspetti ta' allegati abbużi fi żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.
Intqal li f'dan l-iskandlu kbir li fiċ-ċentru tiegħu mhux biss hemm Beppe Fenech Adami, iżda hemm persuni oħra li okkupaw uħud mill-ogħla karigi fil-pajjiż, b'uħud minnhom għadhom fid-dinja politika sal-lum. 
Fir-rapport intqal li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, jiddikjara li għandu miljun ewro fi flus kontanti u bonds. Biss fil-verità ġidu hu stmat li jiswa ferm aktar minn hekk. Fl-aħħar jiem, Beppe Fenech Adami kien sfidat aktar minn darba biex joqgħod għal tax audit, iżda sa issa hu għadu ma aċċettax din l-istedina.

Beppe Fenech Adami jirreaġixxi
għar-rapport ta' L-ORIZZONT
Wara r-rapport ta' L-ORIZZONT tal-bieraħ, Beppe Fenech Adami permezz tal-avukati GVTH, bagħat ittra b'risposta lil dan il-ġurnal. Fiha qal li "nikteb għan-nom tal-Onorevoli Beppe Fenech Adami u nagħmel riferenza għall-pubblikat fil-ħarġa ta' L-ORIZZONT tas-16 ta' Marzu 2016 bit-titolu 'Palazz Beppe f'nofs skandlu' - liema storja hi riprodotta fin-news portal 'inewsmalta.com'.
Fl-ittra ntqal li "skont il-liġi tal-istampa qed formalment tintalab illi tippubblika fil-ġurnal tiegħek fit-terminu stabbilit fil-liġi din it-tweġiba għal dak li nkiteb fl-imsemmi artikolu kif ukoll fin-news portal tiegħek".
Intqal li "b'riferenza għal dak li ngħata fl-artikolu pubblikat fil-faċċata ta' l-Orizzont, l-Onorevoli Beppe Fenech Adami jinfurmak illi hu xtara d-dar tiegħu flimkien ma' 1,124 metru kwadru ta' art magħha fit-18 ta' Ottubru 1994 mingħand koppja li dakinhar kien jgħixu fid-dar imsemmija fil-Għargħur u li sussegwentament emigraw lejn l-Awstralja. Din id-dar inxtrat mill-Onorevoli Beppe Fenech Adami flimkien ma' dik li llum hi  l-mara tiegħu kważi 22 sena ilu, qabel ma żżewġu u 14-il sena qabel ma' sar Membru Parlamentari.  Sabiex inxtrat din id-dar, l-Onorevoli Fenech Adami u martu kien ħadu self minn bank illum privat u sa llum dan is-self għadu qed jitħallas.  Sussegwentament l-Onorevoli Fenech Adami u martu xtraw porzjon ta' art li tmiss mal-art tal-imsemmija dar u dan permezz ta' kuntratt datat 8 ta' Settembru 2003 (1/3 indiviż) u ieħor fl-1 ta' Marzu 2005 (2/3 indiviż) - cioe snin qabel ukoll ma sar Membru Parlamentari.  Dawn huma id-dettalji kollha ta' kif din il-binja deskritta mill-ġurnal bħala 'ta' kobor enormi' nxtrat mill-Onorevoli Beppe Fenech Adami u martu. L-Onorevoli Beppe Fenech Adami jinforma lill-qarrejja tiegħek illi hu ddikjara din il-proprjetà fid-dikjarazzjonijiet tal-assi f'kull sena li ilu membru Parlamentari.  L-Onorevoli Beppe Fenech Adami jfakkar li dan l-hekk imsejjaħ 'skandlu b'deċiżjonijiet dubjużi' mhu xejn għajr storja riċiklata li l-medja tal-Partit Laburista għamlet lura fis-sena 2006, jiġifieri għaxar snin ilu, u li anke dakinhar ġew miċħudin".
Tenna li "nitolbok li tippubblika din id-dikjarazzjoni fil-gazzetta l-Orizzont fit-terminu stabbilit mil-liġi kif ukoll fin-newsportal inewsmalta.com.  Il-klijent tiegħi jirriserva kull dritt ieħor li tagħtih il-liġi", temm jgħid l-avukat Joe Zammit Maempel.
Minn L-ORIZZONT

Tuesday, March 15, 2016



Fi Frar inkiser kull rekord ta' temperaturi għoljin mad-dinja kollha

Ix-xejra li wera x-xahar ta' Frar ta' din is-sena f'Malta mhumiex uniċi għal Malta. Filfatt waqt li Frar ta' din is-sena f'Malta kiser żewġ rekords dak bħala l-aktar xott fl-aħħar 93 sena u dak għall-ogħla temperatura medja mis-sena 1923 'l hawn, minn riċerka li saret minn Nasa instab li fi Frar li għadda nkiser kull rekord ta' temperaturi għoljin.  Dan hu fatt ieħor li qed jiġri attribwit għall-bidla fil-klima li qed iseħħ fid-dinja.
Statistika li nħarġet minn NASA turi li t-temperatura globali għax-xahar ta' Frar kienet 1.35 grad aktar sħuna mill-medja għal dan ix-xahar. Din qed titqies bħala żieda ferm akbar minn dik li ġieli ġiet reġistrata.  Xjentisti bħal Jeff Masters u Bob Henson,  iddeskrivew dan bħala "xokkanti". Il-professur Stefan Rahmstorf minn Potsdam Institute qal li "dak li ġie żvelat mir-riċerka juri li qegħdin f'emerġenza fil-bidla fil-klima".
Mitlub jikkummenta minn inewsmalta.com, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat qal li "meta istitut ta' dan il-kalibru juri sens qawwi ta' alarm nkunu qed nonqsu aħna jekk ma niħdux konklużjonijiet bis-serjetà meħtieġa u mixtieqa għax dan huwa fost l-iprem istituti dwar l-istudji dwar il-klima madwar id-dinja. Huwa l-istess post mwaqqaf minn Einstein u kien wieħed mill-għejun ewlenin li offrew riċerka xjentifika lill-Papa Franġisku meta ħejja l-enċiklika riċenti tiegħu dwar l-ambjent u l-klima. Kelli l-privileġġ li nżur dan l-istitut meta kont għadni shadow minister flimkien ma' delegazzjoni Parlamentari Maltija fejn konna ġejna ppreżentati bi preżentazzjoni dettaljata u proġettazzjonijiet dwar l-impatt tal-klima fuq pajjiżna għall-ġejjieni b'ċertu dettal u professjonaliżmu."
Leo Brincat enfasizza li "it-tagħlima minn dan kollu hi li l-klassi politika hemm bżonn tisma' aktar mix-xjenza meta tieħu ċerti deċiżjonijiet u mhux tmur għal soluzzjonijiet fuq bażi qasira ta' żmien. Fuq nota pożittiva il-fatt li COP21 poġġa fil-mira tiegħu temperatura massima ta 1.5 ċentigradi li huwa saħansitra aktar baxx mill-livell issettjat mill-Unjoni Ewropea nnifisha, juri li ix-xjenza uriet li l-mexxejja dinjija ma jistgħux jagħtu l-ġenb lill-istudji xjentifiċi li jitħejjew mal-milja taż-żmien".
Kompla jgħid li "kien f'dan il-kuntest li waqt is-Science Exop tal-NSTF fl-MCAST sħaqt li nistgħu nsaħħu l-ambjent permezz ta' għarfien akbar dwar ix-xjenza."
Intant f'Malta, Frar li għadda kien l-aktar wieħed xott u sħun f’dawn l-aħħar kważi mitt sena, bi preċipitazzjoni ta’ 2.6 mm u temperatura medja ta’ 15.3°C. Kważi nofs il-preċipitazzjoni totali ta’ Frar ġiet irreġistrata fis-7 tax-xahar, filwaqt li 0.6 mm oħra niżlu f’forma ta’ nida. 
It-temperaturi kienu ogħla min-norma tul Frar kollu, iżda laħqu l-quċċata tagħhom bejn it-12 u l-15 tax-xahar. F’dawn it-tlett ijiem it-temperatura laħqet massimu ta’ 23.6°C. Temperaturi bħal dawn ġeneralment jikkaratterizzaw il-bidu tas-sajf u, fil- fatt, din kienet it-temperatura medja rreġistrata f’Ġunju 2015. It-temperatura tal-baħar ukoll kienet ogħla mis-soltu b'1.5°C. 
Frar gawda minn ftit aktar minn 200 siegħa ta’ xemx. Fid-19 tax-xahar ix-xemx sirġet għal aktar minn għaxar sigħat, u b’hekk it-tielet ġimgħa ta’ ħidma fi Frar ġiet fi tmiemha fuq nota pożittiva. Min-naħa l-oħra, is-16 tax-xahar kien jum pjuttost griż, fejn ix-xemx ma ħarġitx. Il-kopertura tas-sħab għal dan ix-xahar kienet simili għan-norma b’4 oktas. 
Fi Frar ir-riħ nefaħ xi ftit aktar mis-soltu u buffuri li jkejlu 34 knot jew aktar ġew osservati f’sitt ijiem separati. Il-buffura massima kienet ta’ 48 knot, ekwivalenti għal kundizzjonijiet ta’ maltemp qawwi fuq l-iskala Beaufort. Kien hemm ukoll żewġ istanzi ta’ ċpar, fejn il-viżibbiltà minima kienet ta’ 900 m u 50 m rispettivament. 
 
Ritratt: Ian Noel Pace

Kontroversja dwar bandli fis-Siġġiewi

F'laqgħa tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li saret lbieraħ filgħaxija, ġiet ippreżentata mozzjoni dwar l-isem li għandu jingħata bandli ġdid fis-Siġġiewi.  L-isem li kien intgħażel tqies bħala kontorversjali u fil-laqgħa tal-bieraħ ġie propost li  jkunu tfal tal-iskola Primarja tas-Siġġiewi li jagħtu isem lil dan il-bandli.  Din il-mozzjoni xejn ma niżlet tajjeb mas-Sindku Nazzjonalista Carol Aquilina. 
Il-kunsillier Laburista Dominic Grech meta kkummenta ma' inewsmalta.com qalilna li "il-kwistjoni li għadejja bħalissa hi rigward bandli ġdid li bħala Kunsill se nkunu qed nibnu mill-ġdid flok dak li hemm fil-preżent, li ilu ma' jiġi rrinovat għal dawn l-aħħar 30 sena. Fi Frar tas-sena  2015, is-Sindku tas-Siġġiewi Dr Karol Aquilina ippropona li dan il-bandli ġdid jissemma' 'Nalizpelra' li hi l-kelma li Maurice Tanti Burlo` kien juża bħala firma għal karikaturi tiegħu.  Issa li x-xogħlijiet ġew approvati mill-MEPA u bdew dan ix-xahar, bħala Kunsilliera Laburisti fis-Siġġiewi ippreżentajna mozzjoni fis-seduta tal-Kunsill biex nipproponu li l-isem jinbidel. Dan għall-fatt li dan l-isem ma' intgħoġobx ma' ħafna Siġġiwin, kemm għax hu isem diffiċli u ambigwu, kif ukoll għall-fatt li dan l-isem fih konnotazzjonijiet politiċi minħabba li l-mibki karikaturista Maurice Tanti Burlo` kien ta dan l-isem għall-karikaturi li kien ipinġi kontra Mintoff u l-Gvernijiet tiegħu fis-snin 70 u l-80. Aktar minn hekk nemmnu li hemm personaġġi oħra li storikament u kulturalment huma aktar assoċjati mar-raħal tas-Siġġiewi. Dan qed ngħiduh bl-ebda disprezz lejn il-personalità ta' Maurice Tanti Burlo`."
Dominic Grech qalilna li "għaldaqstant, f'dan ir-rigward ipproponejna li ssir kompetizzjoni għall-istudenti ta' l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi fejn ikunu l-istess tfal li jippropnu isem għal dawn il-bandli ġodda, minflok inkunu aħna bħala kunsill li nippersistu fuq dan l-istess isem."
Ritratt: Roger Azzopardi

Saturday, March 12, 2016

Wara li l-Gvern Slovakk tilef il-maġġoranza fil-Parlament..."Mhux mistenni impatt fuq il-Presidenza Maltija"

L-inċertezza fis-sitwazzjoni politika fis-Slovakkja, fejn fl-aħħar jiem il-Gvern tas-Slovakkja tilef il-maġġoranza Parlamentari li kellu għalkemm hu rebaħ l-elezzjonijiet li saru,  qed joħloq tħassib dwar x'effett dan jista' jkollu fuq il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li minn Lulju sa' Diċembru se tkun f'idejn is-Slovakkja u fuq il-Presidenza Maltija li tibda minn Jannar tass-sena 2017.  Biss il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali, meta wieġeb mistoqsijiet minn inewsmalta.com qalilna li "mhux mistenni li jkun hemm xi impatt negattiv jew detrimentali."
Il-Ministeru enfasizza li "sentejn ilu kien hemm diġa ftehim li x-xogħol relatat mal-Presidenza jitmexxa mill-amministrazzjoni permanenti tal-gvern. Mill-andament tal-kampanja elettorali ma jidhirx li kien hemm xi issues li jistgħu itellfu l-iSlovakkja mix-xogħol tal-Presidenza. Il-Presidenza tmur lil hinn mill-fehma politika tal-Istat Membru u l-għan tagħha tkun li tiddiskuti t-temi li jkunu diġa prijoritizzati."
Ta' min jgħid li fis-Slovakkja, il-Prim Ministru Robert Fico (ritratt) għalkemm rebaħ l-elezzjoni tilef il-maġġoranza Parlamentari.  Kien hemm diversi partiti żgħar li rebħu siġġijiet fil-Parlament inkluż il-partit tal-lemin estrem LS Nase Slovensko rebaħ 14-il siġġu u għall-ewwel darba daħal fil-Parlament. Dan il-partit hu mmexxi minn Marian Kotleba.
Fl-elezzjonijiet il-Partit ta' Fico ġab 28.4 fil-mija tal-voti jew 49 tas-siġġijiet minn 150 siġġu fil-Parlament.  Fis-Slovakkja bdew negozjati biex ikun ftehim  ta' koalizzjoni għal Gvern stabbli.
Intant f'Malta, il-preparamenti jinsabu fl-aqwa tagħhom.  Il-Palazz tal-President fil-Belt Valletta  qed isirulu diversi interventi biex dan il-post ikun jista' jiffunzjona waqt il-Presidenza.   Se jkun hemm xogħlijiet ta' restawr waqt li s-sala fejn kien jiltaqa' l-Parlament se tinbidel biex fiha jsiru laqgħat tal-Ministri Ewropej. B'kollox f'din is-sala hu stmat li se jsiru 14-il laqgħa.

 

 

Jinbeda r-restawr tal-Casino...anzjani jirrakkontaw dak li jafu

Wara snin ta' telqa fejn l-elementi naturali kkawżawlu ħsarat kbar, il-Casino Notabile fir-Rabat fl-aħħar sigħat beda jiġi restawrat mill-ġdid. Id-dehra ta' ħaddiema u makkinarju fuq il-post ħoloq kurżità fost għadd ta' persuni anzjani li jgħixu fil-viċinanzi. Ma naqsux stejjer interessanti li rrakkuntaw.
Anzjana rrakkontat li "meta kien għadu jintuża ħafna snin ilu, f'dan il-post kien hemm mejda kbira fuq ġewwa u kienu jiffrenkwentaw dan il-post diversi qassisin fejn kienu jqattgħu siegħat żmien flimkien jilgħabu l-karti tal-logħob". L-anzjana tgħid li "faċċata kien hemm ħanut tat-te u kellu qanpiena għandu li mill-Casino kienu jagħfsuha biex waqt li jkunu jilgħabu dawn il- qassisin, tal-ħanut kien iġibilhom it-te u xi pastizzi biex jitrejqu". Hu ttamat li lejn l-aħħar tas-sena għandu jitlesta ir-restawr, fejn imbagħad dan se jkun jista' jitgawda mill-pubbliku.
Il-Casino Notabile, li kien iddisinjat mill-Perit Webster Paul­son, inbena fis-sena 1887 u l-għan tiegħu kien speċifikament għal dawk meqjusin bħala “tal-klassi għolja” li kienu jgħixu fir-Rabat u l-Imdina. Il-Casino Notabile kien mibni fuq għajn tal-ħasselin, li għadha hemm sal-lum, għalkemm l-ilma nixef. L-istorja tal-Casino Notabile tibda fi żmien l-Imperu Ingliż (1800), meta dak iż-żmien bdiet ukoll bidla fl-arkitettura. Kien iż-żmien li beda dieħel l-istil neoklassiku u strutturi Gotiċi. L-Imperu Ingliż ried li juri l-preżenza tiegħu f’Malta u dan anke billi jinbena bini f’dan l-istil. Wieħed minn dawn il-binjiet hu l-Casino Notabile fit-telgħa tas-Saqqajja, iddisinjat mill-Perit Webster Paulson.

Protesta paċifika mill-Komunità Afrikana nhar l-Erbgħa

Il-komunità Afrikana f'Malta se torganizza protesta paċifika nhar l-Erbgħa li ġejjin. Din se tkun bejn l-10.00 ta' filgħodu u nofsinhar u se tibda minn quddiem il-lukanda Phoenicia. Il-protesta se tmur quddiem il-Parlament, Kastilja u Dar l-Ewropa.
L-għan tal-protesta hu li tinħoloq kuxjenza fil-Gvern u fl-Unjoni Ewropea dwar il-problemi li jiffaċċjaw l-immigranti f'Malta fosthom nuqqas ta' dokument u diskriminazzjoni. Jemmnu li fl-aħħar 12-il sena kien hemm biss 5 fil-mija ta' Afrikani li ngħataw status ta' refuġjat.
Dan ifisser li l-maġġoranza għandhom protezzjoni sussidjarja jew protezzjoni oħra u dawn m'għandhomx l-istess aċċess għal benefiċċji bħal ħaddiema oħra. Migranti li kellhom talbiet għall-ażil miċħudin ma jistax jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Xi wħud minn dawn ilhom jgħixu hawn 10 snin u għadhom bla dokumenti.

Ritratt: Arkivji
 



'Pjan inuman' bejn l-UE u t-Turkija...tinbeda petizzjoni 


Il-pjan li ġie diskuss bejn il-mexxejja tal-Istati tal-Unjoni Ewropea kmieni din il-ġimgħa qed ikun kritikat b'qawwa kbira minn għadd kbir ta' organizazzjonijiet u għaqdiet umanitarji. Il-UNHCR, Amnesty International u anke Parlamentari Ewropej ikkritikaw dan il-pjan u ddeskrivewh bħala inuman. Dan għax mhux biss se jkompli jibni l-ħitan mal-fruntieri imma anke jasal biex jagħmel tpartit bejn nies umani f'sens li għal kull immigrant li l-Ewropa tieħu minn kampjiet ta' refuġjati fit-Turkija, l-istess Turkija mbagħad trid tieħu l-istess ammont ta' immigranti li qegħdin fil-fruntiera mal-Greċja.
Dan il-pjan irid jiġi approvat f'summit ieħor li se jsir bejn nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġejjin. Fost organizazzjonijiet umanitarji bdiet tinġabar petizzjoni biex dan il-pjan jitwaqqaf u biex finalment l-Unjoni Ewropea toffri passaġġ siġur lill-immigranti.
Il-petizzjoni tgħid li "fis-27 ta' Frar ta' din is-sena, ċittadini minn 32 pajjjiż fl-Ewropa u minn madwar id-dinja, semmgħu leħinhom dwar id-drittijiet tar-refuġjati taħt l-għajta ta' 'safe passage'. Fis-7 ta' Marzu l-mexxejja Ewropej iltaqgħu bejniethom u mat-Turkija u ħejjew pjan li jrid jiġi diskuss l-ġimgħa d-dieħla. Qegħdin insejħu lill-gvernijiet Ewropej biex jgħixu l-valuri Ewropej tad-dinjità umana, jirrispettaw il-liġijiet internazzjonali u fuq kollox biex jagħmlu politika umana. Il-petizzjoni qed tgħid li dan il-pjan qed jikser il-liġijiet internazzjonali.
Il-petizzjoni titlob li l-fruntieri tal-pajjiżi Ewropej jibqgħu miftuħin, u li jkun hemm garanzija ta' aċċess għall-persuni bi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Il-petizzjoni qed titlob ukoll li tkun segwita l-liġi Ewropea u Internazzjonali fosthom il-Konvenzjoni ta' Ġinevra, il-prinċipju li immigranti ma jintbagħtux lura u d-direttivi dwar l-ażil. L-istess petizzjoni qed titlob li tiġi proċessata kull talba ta' ażil bla diskriminazzjoni u li ma jsirux push backs lejn it-Turkija. Il-petizzjoni qed titlob ukoll li dawk li qed ifittxu ażil u li huma maqbudin fil-Greċja għandhom jitqassmu fil-pajjiżi l-oħra Ewropej.
Il-petizzjoni tgħid li "din mhix kriżi ta' refuġjati. Din hi kriżi umanitarja fejn fin-nofs hemm il-valuri Ewropej. L-Ewropa għandha l-mezzi biex tgħin lil dawn in-nies u aħna qed insejħu lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati membri biex jimxu fuq il-valuri Ewropej tad-dinjjità umana u tad-drittijiet tal-bniedem.
Ta' min jgħid li l-Kummissarju għad-Drittijiet Umani tan-Nazzjonijiet Uniti, Zeid Ra'ad Al Hussein iddeskrivi partijiet mill-pjan bħala li qed jiksru l-liġi internazzjonali. "Restrizzjonijiet fil-fruntieri li ma jippermettux li jkunu determinati ċ-ċirkostanzi ta' kull individwu, iwasslu għa ksur tal-liġijiet Ewropej u Internazzjonali".
Il-Membru Parlamentari Ewropea Ska Keller mill-Grupp tal-Green/Europe Free Alliance, iddikjarat li "dan il-pjan qed jikser il-liġi Ewropea. Hu tal-mistħija u ma nistax nifhem kif nistgħu nmorru norqdu bil-kwiet wara li sar dan il-pjan".
Min irid jiffirma l-petizzjoni jista' jagħmel dan f'din il-link.