Saturday, May 30, 2015




Il-ħolqien ta' skola nhar ta' Sibt... l-ewwel suċċessi fost tfal bi problema ta' mġiba

F'mawra fl-iskola sekondarja San Ġorġ Preca fi Blata Bajda, laqtitni siġra magħmula mit-tfal u li tpoġġiet fil-blokk tall-amministrazzjoni. Mhix siġra ta' veru. Hi siġra magħmula minn ħafna jdejn, imma fuq kull id hemm imniżżel l-affarijiet pożittivi li għamel l-istudent partikolari li poġġa dik l-id. Ftit ħin wara kont fl-Uffiċċju tal-Kap tal-Iskola, Emile Vassallo, li miegħu tkellimt dwar il-fenomenu ta' studenti bi mġiba diffiċli - fenomenu li llum żdied fl-iskejjel tagħna.
Din l-iskola trattat dan il-fenomenu b'mod proattiv ħafna li diġà ħalla s-suċċessi tiegħu għalkemm għadu fil-bidu. Introduċew skola nhar ta' Sibt għal min ikun qabeż ċertu ammont ta' punti - liema punti jingħataw għal nuqqasijiet li jsiru. Fl-iskola nhar ta' Sibt sa issa f’ħames sessjonijiet li saru kien hemm madwar tmien studenti kull darba. F'kull sessjoni, l-istudenti ma jingħatawx tagħlim akkademiku imma jiġu megħjuna biex jagħrfu u jegħlbu l-problemi tagħhom u n-nuqqasijiet fl-imġiba. Is-suċċess tas-sessjonijiet jidher mill-fatt li minn dawn il-każijiet, kien hemm biss każ wieħed fejn ġew ripetuti il-problemi ta' mġiba.
Il-Kap tal-Iskola, Emile Vassallo, qalilna li, "Dak li għamilna kien li daħħalna sistema ta' punti fuq dixxiplina. L-esklużjonijiet huma rari; nemmnu fl-inklużjoni. Ħloqna skola s-Sibt u dakinhar tkun qisha sessjoni ta' 'Personal Social Development' għal dawn l-istudenti."
Din hija ħolqa waħda minn sensiela ta’ servizzi mmirati biex l-istudenti jingħataw għajnuna għall-iżvilupp sħiħ tagħhom. Id-Dipartiment tal-Guidance u l-programmi tal-'Learning Support Zone' jgħinu ħafna lill-istudenti bi ħtiġijiet diversi, ngħidu aħna lil dawk li jkunu xi ftit mistħija biex irabbu aktar fiduċja fihom infushom.
Ma jonqosx li fost l-istudenti ta' din l-iskola, li fiha qed titħaddem il-koedukazzjoni fl-ewwel sena u fi kliem il-Kap tal-Iskola din it-tranżizzjoni mxiet tajjeb ħafna, ikun hemm rispons pożittiv għal ċerti inizjattivi. Fost dawn kien hemm dik tal-olimpjadi tar-robotika fejn l-istudenti ħadmu fil-ħin tal-mistrieħ fuq proġetti għal dawn l-olimpjadi u rnexxielhom jiġu fit-tieni post.
Tajjeb insemmu li l-iskola tipparteċipa fi proġetti differenti kemm lokali kif ukoll internazzjonali. L-iskola qiegħda tikkoordina proġett tal-Erasmus+ ma’ skejjel minn Spanja, l-Italja u l-Polonja. Jieħdu sehem ukoll f’eTwinning. Il-parti akkademika tittieħed bis-serjetà wloll u s-sistema tal-banding fil-Form 1 qed tiżgura li l-istudenti jingħataw l-opportunità li jitgħallmu skont il-ħiliet tagħhom f’sistema li tippermetti t-tagħlim differenzjat imma f’ċerti limiti.
Mill-ftit ħin li għamilt fl-iskola tħoss li din hi skola differenti. Skola b’qalb kbira li tirrispetta lil kull student. Fejn mill-iżgħar persuna sal-akbar waħda, ilkoll jaħdmu għal għan wieħed - il-ġid tal-istudenti kollha.
Morna lura biex nitkellmu dwar is-siġra bl-idejn fid-daħla tal-iskola u skoprejt aktar dwar l-inizjattiva li għadha kif nediet l-iskola bil-għan li tkompli trawwem atmosfera pożittiva fost il-komunità skolastika. Anki jekk tara l-aħbarijiet ta’ kuljum, tara li sfortunatament dak li huwa negattiv ħafna drabi jingħata ferm aktar spazju għax forsi huwa aktar sensazzjonali. Dan jiġri anki fil-ħajja tagħna, li nħarsu ħafna lejn id-deni u nonqsu milli nagħrfu l-ħafna ġid li l-ħin kollu jkun qed idawwarna.
"Għaldaqstant," qalilna l-Kap tal-iskola, "ħsibna f’sistema fejn noħolqu kuxjenza akbar dwar dak kollu li huwa tajjeb li jiġri madwarna fl-iskola. Din evolviet f’attività ta’ ġimgħa msejħa Pay it Forward week. Pay it Forward huwa proprju l-oppost ta’ Pay Back. Il-kunċett huwa li meta xi ħadd jagħmel ġest sabiħ miegħek, inti tagħmel ġest sabiħ ma’ xi ħadd ieħor u b’hekk tibda kullana ta’ ġesti li tibqa’ ssostni lilha nfisha u li tiġġenera atmosfera pożittiva."
L-għalliema tal-PSCD (Personal Social and Career Development) għenu ħafna billi bi tħejjija għall-Pay it Forward Week introduċew il-kunċett mal-istudenti kollha u anki wrewhom filmat żgħir ta’ eżempji. Iddiskutew modi differenti kif jistgħu jgħinu lil xulxin u rrealizzaw li diġà jsibu u jagħtu ħafna għajnuna, imma li kieku jagħmlu sforz akbar setgħu jagħmlu lil ħaddieħor u lilhom innifishom aktar kuntenti.
Waqt dawn il-lezzjonijiet l-istudenti ħejjew ukoll forom tal-pali tal-idejn bil-kartun. Dawn biex iservu ta’ simbolu għall-azzjonijiet tajbin li jitwettqu. Kull min jagħmel azzjoni tajba, jikteb fil-qosor x’għamel fuq wieħed mis-swaba' u jgħaddi l-pala tal-id lil dik il-persuna li jkun għen. Din imbagħad tagħmel l-istess u l-id tkompli ddur sakemm min jimla l-aħħar suba' jgħaddi l-pala lil xi ħadd mill-għalliema inkarigati u jingħata oħra ġdida. Il-pala l-mimlija titwaħħal mas-“Siġra tal-Ġid” fid-daħla ewlenija tal-iskola – xhieda tat-tajjeb kollu li jsir.
It-tnedija uffiċjali tal-Pay it Forward Week saret nhar it-Tnejn 27 t’April fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Chris Agius u tal-Prinċipal tal-Kulleġġ, James Camilleri. Din saret waqt assembly speċjali fejn studenti kitbu skript u ħejjew reċta qasira ħafna li rrappreżentat sensiela ta’ atti tajbin fi sfond ta’ komunità skolastika. Wara, studenti qraw messaġġi li kitbu huma stess dwar l-importanza ta’ ambjent pożittiv u ħeġġew li t-tajjeb jittieħed!
Wara għadd ta’ bżieżaq bil-pali tal-id tal-Pay it Forward ġew mitluqa fl-ajru – att simboliku li jirrappreżenta l-pass li jmiss – dak li l-pożittiv jinfirex fil-komunità. Fil-fatt, wieħed mis-slogans popolari li l-iskola ttenni huwa dak li kien jgħid Gandhi – “Kun int il-bidla li trid tara fid-dinja”. minn inewsmalta.com

Friday, May 29, 2015

Fotografu jaqta' xewqa ta' 25 sena... Fl-aħħar se jiltaqa' mat-“tifla tar-ritratt”


25 sena ilu, waqt iż-żjara f'Malta tal-Papa Ġwanni Pawlu II, fl-inħawi tal-Pjazza ta' San Pawl, ir-Rabat, fotografu ġibed ritratt (fuq) u nduna b'dak li kien juri wara li żviluppah: tifla innoċenti msaħħra bil-miġja tal-Papa. Minn dakinhar nibtet xewqa f'dan il-fotografu li jsir jaf min hi dik it-tifla.
Għadda ż-żmien u x-xewqa baqgħet dejjem hemm. Kien fl-aħħar jiem li finalment tentattiv mill-fotografu wassal biex inqatgħet ix-xewqa tiegħu. Dan hekk kif daħallu messaġġ li kien jgħidlu 'dik jien'. Fi kliemu stess meta kkuntattjat minn inewsmalta.com, qalilna li, "Kuntent li fl-aħħar qtajt xewqti. Issa se niltaqa' ma' din il-persuna biex ngħaddilha ir-ritratt.”
Il-fotografu Ray Debattista meta kkuntattjat qalilna li, "Din l-istorja ġrat f'ħakka t'għajn. Rajt lit-tifla, ġbidt ir-ritratt, għadda l-Papa Ġwanni Pawlu II minn quddiemna u kulħadd telaq għal triqtu. Ftit ġranet wara ħadt il-film biex niżviluppah, għax dak iż-żmien ma kinux jeżistu digital cameras u mobiles bil-camera. Malli ġbart ir-ritratti, dan partikolari qabad eżatt dak li xtaqt meta għafast ix-shutter tal-camera. Tifla innoċenti. Imsaħħra b'dak li kien qed iseħħ madwarha. Dak il-ħin għedt li xi darba nsir naf min hi din it-tifla u ngħaddilha r-ritratt.”
“Minn żmien għall-iehor ir-ritratt ġie f'idi. Il-mara tiegħi, li kienet miegħi meta ħadt ir-ritratt, kienet taf bix-xewqa tiegħi. Xi sitt snin ilu kont ħadt sehem f'wirja tal-fotografija organizzata għall-ħaddiema tal-kumpanija fejn naħdem. Ma kellix dubju li dan ir-ritratt kien se jkun wieħed minn dawk esebiti minni. Dak iż-żmien reġa' għaddieli minn moħħi l-ħsieb li nibgħat ir-ritratt lill-gazzetti lokali u nagħmel appell biex tinstab it-tifla. Imma dakinhar m'għamilt xejn u r-ritratt reġa' sab ruħu ma' ritratti oħra li kienu għal qalbi.”
"Ftit jiem ilu, filgħodu, kont qed insegwi programm fuq TVM qabel ma ħriġt għax-xoghol u rajt silta minn filmat tal-miġja tal-Papa 25 sena ilu. Dak il-ħin għidt. 'Issa l'waqt.' Filgħaxija, kif wasalt mix-xogħol, ġbidt ritratt tar-ritratt oriġinali bil-mobile, ktibt l-appell, urejtu lil marti Lucienne, u bit-tbissima tagħha qaltli, 'Wasal il-mument, Ray.' Malli bgħatt il-post fuq Facebook ħriġt, għax kelli qadja.”
“L-istorja u r-ritratt ħolqu interess kbir, u fi ftit sigħat it-tifla 'misterjuża' nstabet. Ikkomunikajt ma' Ms Muscat fuq Facebook u issa għandna niltaqgħu biex insiru nafu lil xulxin u ngħaddilha r-ritratt. Qatt f'mitt sena ma bsart li din l-istorja kienet se toħloq daqshekk interess. Issa kuntent li sa fl-aħħar qtajt xewqti,” temm jgħid Ray.









  Minn inewsmalta.com

Thursday, May 28, 2015

Dalwaqt jibda r-restawr fuq il-Casino Notabile…sa Ottubru għandu jkun lest


Fl-aħħar jiem tlestew l-aħħar preparamenti konnessi mal-binja storika tal-Casino Notabile fit-telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat - binja li taqa' taħt il-Kunsill Lokali tal-Imdina. Saru spezzjonijiet minn ġewwa u anke ittieħdu ritratti, u issa hu imminenti li jinbdew ix-xogħlijiet.
Sorsi ikkonfermaw ma' inewsmalta.com li, "Ir-restawr se jinbeda b'mod imminenti għax sa Ottubru li ġej irid ikun lest." Dwar din il-binja storika, il-kunsill lokali tal-Imdina kienet ħareġ tender għal proposti dwar x'jista' jsir fiha, fejn fost affarijiet oħra din se tintuża għal esebizzjonijiet.
Iż-żmien u l-elementi  għamlu diversi ħsarat f'din il-binja. Il-ħsara tant kienet kbira li feġġew konsenturi kbar fl-iskultura u kellhom isiru puntali u wara 'scaffolding' biex iżommu l-istrutturi f'posthom. Minkejja li għaddew is-snin, fondi għar-restawr kienu baqgħu ma nstabux. Iżda mbagħad, bis-saħħa ta' diskussjonijiet li saru bejn is-Segretarju Parlamentari Ian Borg u s-Sindku tal-Imdina, Peter Sant Manduca, instabu fondi għaliha biex tiġi restawrata.
Snin ilu, lura fis-sena 2009, il-kunsill lokali tal-Imdina kien għamel  studji  biex jara x’tip ta’ intervent għandu jsir fuq din il-binja u dan bil-għan li din ma tiġġarrafx.  Rapport ta’ perit kien jgħid li l-binja tista’ tiġġarraf b’sempliċiment maltempata qawwija.
Jidher biċ-ċar li r-restawr ma jridx isir biss fuq l-is­trut­tura imma jrid ikun mill-pe­da­menti, l-istess kif ġara fuq is-swar li hemm ftit bogħod. Il-problema tal-Casino Notabile tidher li hi ġejja mill-pedament, fejn hemm anke għajn taħtu u għalhekk is-sitwazzjoni hi meqjusa bħala 'delikata'.
Matul is-snin kien hemm diversi proposti dwar għal xiex jista’ jintuża u anke dwar minn fejn se jinġieb il-finanzjament. Kien hemm anke min kien lest li jgħin fl-ispiża tar-restawr, iżda għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufin il-bini kien tħalla mitluq.
Ta’ min jgħid li kien hemm żmien meta kien hemm kumitat għat-tmexxija tal-Casino No­tabile. Meta kien hemm Arthur Barbaro Sant bħala segretarju ta’ dan il-kumitat, dan kien jinfetaħ kul­jum biex b’hekk jinżamm “ħaj”. Fih kienu jsiru anke attivitajiet soċjali. Kien hemm żmien meta l-eks-Ministru tal-Edukazzjoni u Kultura Ugo Mifsud Bonniċi, illum President Emeritus, kien laqa’ t-talba tal-kumitat biex isir restawr tal-bini.
Ir-restawr kien sar, iżda wara li għadda ftit taż-żmien il-kuntratt tal-kirja li kien hemm ma ġiex imġedded. Kien issemma li kien se jieħdu f’idejh il-Kunsill Lokali tar-Rabat, biex jagħmlu ċentru ta’ matul il-jum għall-anzjani. Kien issemma wkoll li se jsir kafetterija. Biss minn dan kollu ma sar xejn.
Il-Casino Notabile, li kien iddisinjat mill-Perit Webster Paul­son, inbena fis-sena 1887 u l-għan tiegħu kien speċifikament għal dawk meqjusin bħala “tal-klassi għolja” li kienu jgħixu fir-Rabat u l-Imdina. Il-Casino Notabile kien mibni fuq għajn tal-ħasselin, li għadha hemm sal-lum, għalkemm l-ilma nixef.
L-istorja tal-Casino Notabile tibda fi żmien l-Imperu Ingliż (1800), meta bdiet ukoll bidla fl-arkitettura. Kien iż-żmien li beda dieħel l-istil neoklassiku u strutturi gotiċi. L-Imperu Ingliż ried li juri l-preżenza tiegħu f’Malta u dan anke billi jinbena bini f’dan l-istil. Waħda minn dawn il-binjiet hi proprju l-Casino Notabile fit-telgħa tas-Saqqajja. Minn inewsmalta.com

Wara li rrapportajna... Jitneħħa l-isfreġju mal-kappella ta' San Niklaw fiż-Żejtun


Wara li Inewsmalta.com u L-ORIZZONT ftit ġimgħat ilu ppubblikaw storja b'ritratt li juri sfreġju li kien sar fuq il-Kappella ta' San Niklaw fiż-Żejtun u dan minħabba żebgħa kkulurita mad-dawra tal-bieb, saret investigazzjoni mill-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u saru xogħlijiet ta' rimedju.
Fil-fatt, ninsabu infurmati li l-MEPA investigat il-każ u bil-koperazzjoni tas-sidien saru xogħlijiet ta' rimedju skont il-linji gwida mogħtija mid-Diviżjoni tal-Heritage Planning fi ħdan il-MEPA.
Ta' min  jgħid li meta nżebgħet il-faċċata ta' din il-kappella Barokka kienu diversi ż-Żwieteni li għandhom għal qalbhom il-wirt storiku fiż-Żejtun li lmentaw dwar dan. Esperti tal-wirt storiku, meta kkummentaw magħna, kienu qalulna li, "Dan mhu xejn għajr sfreġju estetiku. Nittamaw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni immedjata, biex dak li sar jitneħħa minnufih."

F'sentejn l-istudenti migranti fl-iskejjel żdiedu b'erba' darbiet


Minn 530 studenti migranti fl-iskejjel Maltin qabel is-sena 2013, naraw li dawn telgħu għal 1,484 student fis-sena skolastika tas-sena 2013-2014 u komplew jiżdiedu għal 1,857 studenti mill-bidu ta' din is-sena skolastika sal-aħħar tax-xahar li għadda.
Minn preżentazzjoni li saret mill-Uffiċjal Edukattiv Raymond Facciol f'konferenza intitolata "Integration of Immigrant Spouses and Children", joħroġ li l-akbar ammont ta' studenti migranti minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea ġejjin mil-Libja, Sirja u s-Serbja, waqt li dawk minn pajjiżi Ewropej l-akbar ammont huma mir-Renju Unit, l-Italja, Bulgarija u Rumanija.
Il-kelliem spjega li meta jara dak li jinkiteb fuq gazzetti u siti soċjali, jikkonkludi li hemm min ftit li xejn qed juru għarfien lejn ir-realtajiet tal-immigranti.
Spjega d-diffikultajiet li dawn l-istudenti jiffaċċjaw u dan għax il-lingwa mitkellma fl-iskejjel hi dik Maltija, lingwa li dawn l-istudenti ma jafux. minn inewsmalta.com

Ir-rilokazzjoni ta' Sirjani u Eritrej lejn pajjiżi Ewropej 'hi biss qatra fil-baħar' - Tareke Brhane


Ir-rilokazzjoni ta' Sirjani u Eritrej lejn pajjiżi Ewropej - pjan li tħabbar fl-aħħar sigħat mill-Kummissjoni Ewropea - qed jiġi deskritt minn Tareke Brhane, mill-Kumitat tat-3 ta' Ottubru (kumitat li jfakkar it-traġedja tal-Eritrej f'Ottubru tas-sena 2013) bħala li hu pass fid-direzzjoni t-tajba imma li hu ftit wisq. Hu ddeskrivieh bħala 'qatra fil-baħar'.
Brhane (ritratt) qed jenfasizza li, "Fis-sena 2014 l-immigranti li daħlu l-Italja kienu jammontaw għal 170,000 persuna u għas-sena 2015 qed ikun previst li se jidħlu madwar 200,000 persuna.”
Ilbieraħ il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se jibdew jiġu rilokati numru ta' Sirjani u Eritrej li jinsabu fil-Greċja u fl-Italja. In-numru totali tal-persuni li se jitqassmu hu ta' 40,000 fis-sentejn li ġejjin.
L-istati membri tal-Unjoni Ewropea se jirċievu s-somma ta €6,000 għal kull refuġjat li jmisshom b'din is-sistema. Għalhekk Malta se tirċievi s-somma kumplessiva ta' €1,752,000. L-ammont ta' refuġjati li se tirċievi Malta jirrappreżenta 0.73% ta' total u se jkunu ġejjin 175 mill-Italja u 117 mill-Greċja.
Dawk kollha li se jkunu rilokati mil-Italja se jmorru kif ġej: 728 fl-Awstrija, 818 fil-Belġju, 343 fil-Bulgarija, 448 fil-Kroazja, 104 f'Ċipru, 797 fir-Repubblika Ċeka, 443 fl'Estonja, 475 fil-Fillandja, 4051 fi Franza, 5258 fil-Ġermanja, 496 fl-Ungerija, 310 fil-Latvja, 302 fil-Litwanja, 221 fil-Lussemburgu, 1228 fl-Olanda, 1595 fil-Portugal, 1023 fir-Rumanija, 471 fis-Slovakkja, 297 fis-Slovenia, 2573 fi Spanja, u 821 fl-Iżvezja.
Dawk li se jkunu rilokati mill-Greċja se jmorru hekk: 485 fl-Awstrija, 546 fil-Belġju, 229 fil-Bulgarija, 299 fil-Kroazja, 69 f'Ċipru, 531 fir-Repubblika Ċeka, 295 fl-Estonja, 317 fil-Fillandja, 2701 fi Franza, 3505 fil-Ġermanja, 331 fl-Ungerija, 207 fil-Latvja, 201 fil-Litwanja, 147 fil-Lussemburgu, 819 fl-Olanda, 1064 fil-Polonja, 680 fil-Portugal, 682 fir-Rumanija, 314 fis-Slovakkja, 198 fis-Slovenja, 1715 fi Spanja u 548 fl-Iżvezja.

 minn inewsmalta.com



Missier id-disinjatur tal-Mini midfun f'Malta

Ir-rabta li l-karozza 'Mini' għandha ma' Malta, liema karozza għal xi snin kienet 'tingħaqad' f'Malta eżattament fis-sit fejn illum hemm l-istamperija tal-gvern fil-Marsa, se tkompli tissaħħaħ permezz ta' 'skoperta' li saret dan l-aħħar. Minn riċerka li saret minn dilettant kbir ta' mini f'Malta, Pablo Vassallo (ritratt), instab li missier id-disinjatur tal-Mini jinsab midfun proprju f'Malta. Hu miet f'Malta, wara li kien ġie evakwat flimkien mal-mara u ibnu (dak li ddisinja l-Mini) mit-Turkija lejn Malta. F'Malta missieru marad u għalkemm ħasbu  li kien se jfiq, hu baqa' sejjer lura sakemm miet hawn u ndifen fiċ-ċimiterju f'Ta' Braxia.
Pablo Vassallo meta tkellem magħna qalilna li, "Kont qrajt ktieb riċerkat dwar Alex Issigonis, id-disinjatur tal-Mini. F'moħħi beda jberren il-ħsieb li missieru seta' kien midfun hawn, la kien miet waqt li kien f'pajjiżna. Bdejt infittex u meta għamilt kuntatt mar-reġistratur tal-imwiet, u tajthom l-isem u s-sena, ikkonfermawli li dan kien midfun hawn. Mort iċ-Ċimiterju tal-Addolorata biex nara jafux xi dettalji. Finalment sibtu fiċ-ċimiterju f'Ta' Braxia."
Pablo żied jgħid li, "Din is-sejba għalina hi xi ħaġa kbira. Dan għax l-ebda karozza li teżisti hawn Malta m'għandha storja bħall-Mini - karozza żgħira li baqgħet tinħabb. Il-fatt li nstab il-qabar ta' missieru narah bħala li sibna xi ħaġa ta' għożża li hi importanti anki għall-istorja ta' Malta."
Il-Ħadd 'tal-Mini' se jmorru fuq il-qabar tiegħu
Dan id-dettall ġie skopert ftit tal-jiem ilu, eżattament ftit jiem bogħod mill-anniversarju tad-data tal-mewt ta' missier id-disinjatur tal-Mini. Għal din l-okkażjoni, id-dilettanti tal-Mini nhar il-Ħadd li ġej se jiltaqgħu fil-Marsa u minn hemm se jsuqu l-karozzi Mini flimkien lejn iċ-ċimiterju f'Ta' Braxia f'Tal-Pietà. Hemmhekk se ssir ċerimonja ta' tifkira.
Pablo rrakkontalna li, "Alec Issigonis, id-disinjatur, twieled fl-1906. Missieru kien Constantine ta' dixxendenza Griega, u ommu kienet ta' dixxendenza Ġermaniża.  Matul l-ewwel gwerra dinjija, li kien ġara kien li l-familja kellha titlaq mill-belt ta' Smirna - illum Izmir fit-Turkija. Dawn spiċċaw refuġjati - kellhom jaħarbu minn pajjiżhom u ħallew warajhom dak kollu li kellhom. Missieru Constantine Issigonis miet f'Malta minħabba mard. Dan nafu minn riċerka li saret u li kienet ippubblikata fi ktieb minn Gillian Bardsley bit-titlu 'Alec Issigonis'. Jien kont xtrajt il-ktieb xi snin ilu, u wara li skopejt dwar il-mewt tiegħu, irnexxieli nsib fejn kien midfun. Ibnu ma tantx kien dam Malta għax ommu bagħtitu l-Ingilterra, fejn kompla fuq il-linja ta' missieru li kien inġinier."
Pablo kompla jgħid li, "Sir Alec kien il-moħħ wara d-disinn tal-vetturi famużi Ingliżi, bħal Morris Minor, Austin Farina, Wolsely, Austin Cambridge u ħafna oħrajn li fosthom hemm il-Mini, li għalina d-dilettanti ta' din il karozza hija l-għożża tagħna. Għalkemm il-Mini għalqet kważi 56 sena mill-ewwel produzzjoni tagħha, għadha l-aktar karozza li nbiegħet fl-industrija tal-vetturi Ingliżi. Jien ċert li hawn ħafna dilettanti tal-Mini madwar id-dinja li ma kienux jafu dwar dan. Għalhekk nixtieq li naqsam dan it-tagħrif mad-dilettanti kollha lokali u anke barra minn Malta. Sir Alec Issigonis miet fl-1988 u baqa' ġuvni."
Pablo jgħidilna li mill-istorja ta' Sir Alec u l-miġja ta' familtu f'Malta joħroġ li dawn għamlu xi żmien Lazzarett u dan minħabba li fi Smirna kien hemm epidemija ta' mard infettiv. Jgħid li kien hemm minn dawn ir-refuġjati li lmentaw li mhumiex jingħataw ikel  biżżejjed  u spiċċaw b'min imur f'lukanda u xi djar viċin. Meta Sir Alec ġie f'pajjiżna  kellu 16-il sena."
'Lanqas jekk ituni blokka bini ma nitlaq il-Mini minn idejja'
Lil Pablo staqsejnieh minn fejn nibtet din l-imħabba u fissazzjoni fuq il-Mini. Bid-daħka qalilna li, "Jien kont għadni żgħir meta f'Malta kien hawn l-Ingliżi u l-Mini kienet popolari immens. Hawn ħafna f'Malta li xi darba jew oħra kellhom qraba li kellhom Mini. Il-Mini kienet  tiġi mgħaqqda f'Malta bejn is-sena 1974 u l-1982. Darba kien hemm appartament li kien żvojta u kienu qaluli biex inmur ngħin innaddfuh. Naddafna l-ġnien u hemm sibt karozza Mini żgħira.
"Iġġennint fuqha. Flus biex nixtri Mini ma kellix. Kont dejjem nittama li nixtriha. Kien hawn ħafna fanatiċi fuq il-Mini. Kien hemm wieħed Frans Schembri li kien se jsiefer lejn l-Awstralja u kien se jbigħ il-Mini li kellhom. Ried Lm550. Jien kont sifirt l-Alġerija b'xogħol ta' electrician. Hemmhekk kelli tliet darbiet aktar paga. Għamilt xahrejn flok tliet xhur u meta ġejt staqsejt jekk dik il-Mini għadhiex għall-bejgħ. Kont xtrajtha. Ħlift li norbotha ma' qalbi u lanqas jekk ituni blokka bini u l-ebda figura ta' flus mhi se tikkonvinċini. Kellna minn Malta Minis li nbiegħu sa  €27,000 ir-Renju Unit."
Il-welding tal-Mini f'Malta kien fost l-aktar b'saħħtu
Pablo Vassallo spjegalna kif ġew Malta persuni minn Oxford li kienu qed jagħmlu riċerki dwar il-Mini. Dawn sabu li l-welding li kien jintuża f'Malta fuq il-Mini kien fost l-aktar materjal robust u li l-Minis li nħadmu Malta kienu fost l-aktar b'saħħithom. "Mini minn hawn Malta ma tispiċċa qatt għax saru b'welding b'saħħtu ħafna," enfasizza Pablo Vassallo.  Minn L-ORIZZONT

Tuesday, May 26, 2015




Abdu - ritratt MSF
'Ma rridux indejqu lill-Ewropej... imma m'għandniex għażla'

"Fil-Libja kont maħtuf kemm-il darba. F'każ minnhom anki tefgħuni f'post fid-deżert. Il-vjaġġ bid-dgħajsa mil-Libja hu kwistjoni ta' ħajja jew mewt. Tkun fuq dgħajsa żgħira mingħajr sigurtà. Kont naf li nista' faċilment immut mgħarraq. Imma għidt lili nnifsi li għandi nitlaq. Ma kellix għażla. Għidt jekk Alla jridni ngħix, insalva. Ma rridux indejqu lill-Ewropej, imma m'għandniex għażla. Nirriskjaw ħajjitna għall-familja tagħna."
Dan hu dak li sostna Abdu (ritratt), immigrant ta' 34 sena mill-Gambja li f'nofs Mejju ta' din is-sena ġie salvat mill-bastiment Phoenix, li hu mmexxi mill-Migrant Offshore Aid Station (MOAS) u mill-Medecins Sans Frontieres (MSF). Abdu qasam l-esperjenza tiegħu mal-volontieri ta' MSF.
Abdu jgħid li, "Il-vjaġġ lejn il-Libja ħadli ħames xhur u nofs. Ivvjaġġajt f'diversi pajjiżi fosthom is-Senegal, Mali, Burkina Faso, Niger u l-Alġerija. Tlaqt mill-Gambja għax jien ridt il-flus biex ngħajjex il-familja. Fil-Gambja m'hemmx xogħol. Qabel daħlt il-Libja waqaft għal xi żmien fl-Alġerija. Ħdimt u qlajt il-flus biex inkompli bil-vjaġġ. Fl-Alġerija s-sitwazzjoni hi aħjar minn dik fil-Libja. Hemmhekk tista' taħdem, tagħmel il-flus u jekk ikollok id-dokumenti ħadd ma jitfgħek fil-ħabs bla raġuni ta' xejn. Biss kelli ħija l-Libja u ridt li nsibu biex nagħmlu l-vjaġġ lejn l-Ewropa flimkien".
Ikompli jgħid li, "Mort il-Libja u hemmhekk rajt li faċilment jattakkawk u jisirquk. Fil-Libja ma tistax timxi f'ċerti ħinijiet jew tmur fejn trid. Ikun hemm persuni li jippretendu li huma pulizija jew membri tal-armata. Dawn jaħtfuk u jeħdulek flusek. Jekk ma jkollox flus tispiċċa taqla' xebgħa sew. Fil-Libja lili ħatfuni diversi drabi. Darba minnhom kont sejjer niltaqa' ma' ħabib tiegħi li kien għadu kif wasal il-Libja. Ġew xi persuni, tefgħuni f'karozza u saqu għal ammont twil ta' ħin. Ħaduli kulma kelli. Abbandunawni fid-deżert. Kont fortunat li kien hemm xi persuni li kienu għaddejjin minn hemm u għenuni nsib it-triq lura."
Abdu jgħid ukoll li, "Ħija hu iżgħar minnu u għalhekk jien kont responsabbli tiegħu. Kull meta kien ikollna bżonn inġibu xi ħaġa minn barra kont noħroġ jien u hu joqgħod ġewwa biex ikun sigur. Kien minħabba f'hekk li ġejt maħtuf kemm-il darba. Qafluni fi djar u mhux f'ħabsijiet jew kampijiet. Dawn ikunu djar mimlijin irġiel u nisa armati b'armi tan-nar u skieken. Anki t-tfal ikunu armati. Jeħdulek il-flus u jsawtuk. Kuljum isaqsuk għal aktar flus. Jekk ma jkollokx flus xi ttihom ma tkunx ta' valur għalihom. Jien kont fortunat li kont naf nies li kienu lesti jħallsu biex ninħareġ minn hemm."
Abdu rrakkonta lill-MSF li, "Iltqajt ma' dawk li jorganizzaw il-vjaġġi permezz tal-ħbieb tiegħi. Ħallast $1,700. Il-vjaġġ ġie pospost darbtejn. Nirringrazzja 'l Alla li ġejt salvat. Meta rajt id-dgħajsa li ġiet issalvana l-ewwel ħsieb tiegħu mar fuq il-familja u fuq Alla."  Minn inewsmalta.com

Monday, May 25, 2015

Meinie Nicolai

L-emozzjoni tal-immigranti malli jiġu salvati - 'bikja', 'tgħanniqa' jew 'bewsa lill-bastiment'


Xhur bla irqad b'mod trankwill. Xhur ta' vjaġġar minn pajjiż għal iehor xi drabi snin. Ħin twil bejn sema u ilma ippakkjati f'dgħajsa. F'ċertu każijiet imxarrbin għasra bil-mewġ. F'każijiet oħrajn maħruqin bix-xemx. Xi wħud kienu sa nofs qaddhom fl-ilma għax id-dgħajsa kienet qed tagħmel l-ilma. 
Quddiem dawn ir-realtajiet, inewsmalta.com għamel kuntatt ma' volontarji li qed jaħdmu ma' Medecins Sans Frontieres abbord il-bastiment Argos u tkellimna magħhom dwar l-emozzjonijiet ta' dawn il-persuni fil-mument li jkunu salvati.  Meinie Nicolai, infermiera li qiegħda abbord l-MSF 'Argos' tgħidilna bla tlaqlieq li "hemm emozzjonijiet diversi. Jinfexxu f'bikja. Oħrajn jitgħannqu. Ibusu il-bastiment kif jitilgħu fuqu. Kant ta' ferħ u tbissima kif jaraw l-Italja fuq ix-xefaq. Emozzjonijiet qawwijin".
Meinie Nicolai, hi infermiera li qiegħda abbord l-MSF 'Argos' - bastiment immexxi minn Medecins Sans Frontieres u li qiegħed f'ħidma biex isalva immigranti fil-Mediterran. Menie hi l-President ta' MSF tal-Belġju u tad-Direttorat Operazzjonali fi Brussel.
Meta tkellmet ma' inewsmalta.com qaltilna li "wara li jkunu salvati, jħossuhom grati għal dak li jkun sar. Kellna ammont ta' tfal li salvajna. Il-kundizzjoni tagħhom kienet pjuttost tajba.  Imma l-impatt ta' ivvjaġġar twil u skabruż ikun jinħass fihom. Anki fost l-irġiel u n-nisa tara l-għejja li jkunu qed isofru minnha".
Nistaqsuha fuq l-emozzjonijiet ta' meta minn fuq id-dgħajsa li jkunu telqu biha mil-Libja jitilgħu għal fuq il-bastiment Argos. Meinie tgħidilna li "emozzjonijiet qawwija. Ivarjaw. Kellna każijiet fejn dawk salvati kif telgħu abbord il-bastiment Bourbon Argos infexxew f'bikja.  Kellek oħrajn jibdew jitgħannqu ma' familjari u ħbieb tagħhom  hekk kif jirfsu fuq id-dgħajjsa. Tara nies li fil-mument li jirfsu fuq il-bastiment tagħna jieqfu u jbusuh.  Mumenti emozzjonali. Tara it-tbatija li għaddew minnha. It-tensjoni li kienu fiha - li jafu li jistgħu ma jaslux l-art.  Ikollok oħrajn li bl-għejja jispiċċaw reqdin wara li jkunu ġew salvati.  Hemm l-emozzjoni ta' meta jaraw l-art minn fuq il-bastiment salvat. Ħafna minnhom għamlu xhur jivvjaġġaw f'perikli kontinwi. Kif jaraw l-art Taljana fuq ix-xefaq jibdew jitolbu, ikantaw bil-ferħ u jirringrazzjawna li salvanihom. Fl-art imbagħad għamlu sessjoni ta' talb flimkien".
L-aħħar salvataġġ ta' immigranti li wettqu kien dak ta' 477 immigrant, b'ħafna minnhom ikunu mis-Somalja, Eritrea u Bangladesh.   Fost dawn kien hemm xi każijiet urġenti u serji, fosthom mara li kellha żewġ iswaba mgħaffġin. F'dak is-salvataġġ saru madwar 100 konsulta medika.

'Qed niktiblek biex nirringrazzjak' - l-ittra ta' Golleh
Tispikka l-ittra ta' Golleh, immigrant mill-Gambja u li llum jinsab fiċ-ċentru ta' Pozzallo, liema ittra inkitbet biex jirringrazzja lil ħaddiema ta' Medecins Sans Frontieres għax-xogħol tagħhom. 
Lil waħda mill-psikoloġisti fiċ-ċentru ta' Pozzallo, Golleh ma jonqosx li jgħidilha li "mindu miet missieri fis-sena 2011, intom kont l-ewwel  persuna  li ħadt ħsiebi".  Kien dakinhar stess li Golleh, poġġa bilqiegħda għall-ftit ħin għal kwiet u kiteb ittra lit-tabiba li tatu l-ewwel kura hemm kif tniżżel f'Pozzallo.
L-ittra tgħid li "Anna, irrid nirringrazzja lilek u lin-nies ta' Pozzallo - it-tobba b'mod partikolari. Illum kienet il-ġurnata li jien iltqajt maż-żija li ġiet tarani.  Kuntent ħafna.  Qed nikteb din l-ittra biex nirringrazzjakom. Rajt ir-rispett li urejtu lejn il-bniedem.  Tajtu l-kura f'waqtha lil min kien ma jiflaħx. Għamiltu dan bi tbissima. Ridtuna li nkunu tajbin u nieħdu saħħitna mill-ġdid. Għal dan nirringrazzjak u nitlob għalik".
Meta niżel f'Pozzallo Golleh kien qed ibati minn uġiegħ f'żaqqu.  It-tabiba wara li eżaminatu rat li kellu infezzjoni u li għal xhur sħaħ ma kinitx trattata. Kors ta' antibiotiċi wassal biex hu beda jħossu ħafna aħjar. Il-vjaġġi u dak li ra ma wiċċu wassluh biex dawn ħallew marka fuq l-istat mentali.  Hu beda jingħata appoġġ minn żewġ psikoloġisti.
Golleh kien jgħix fil-Gambja ma' ġenituri adottivi.  Mietu ħabta u sabta u hu ġie mċaħħad mill-wirt. Spiċċa emarġinat. Jgħix waħdu u fil-faqar. Iddeċieda li jitlaq mill-Gambja. Telaq lejn is-Senegal fejn għamel ħames xhur  u minn hemm mar il-Mawritanja fejn għamel madwar sena qabel beda l-vjaġġ lejn il-Libja. Ma kellux 500 Dinar Libjan biex iħallas il-vjaġġ lejn il-Libja u minħabba dan kellu jagħmel xogħol sfurzat biex iħallas għall-vjaġġ.  Kienu ġimgħat li fi kliem u stess 'kien imsawwat u bl-azzarini ippuntati lejh". Finalment spiċċa l-Libja u fuq dgħajsa bid-direzzjoni lejn l-Ewropa. Minn inewsmalta.com

Saturday, May 23, 2015

Skanska dwar il-konkos f'Mater Dei: Qabel nikkummentaw għandna bżonn aktar informazzjoni


"Irċevejna ittra mingħand il-Ministru Mizzi. Dan hu proġett li twettaq ħafna snin ilu. Għandna bżonn akar informazzjoni qabel inkunu nistgħu nikkummenaw fuq din il-materja."
Dan sostnieh ma' inewsmalta.com Edvard Lind, il-Kap tal-Kommunikazzjoni tal-grupp Skanska, il-grupp li kien responsabbli mill-bini tal-isptar Mater Dei. inewsmalta.com talbet lill-grupp Skanska biex jikkummenta fuq il-kwistjoni ta' konkrit dgħajjef, li dwaru saret investigazzjoni mill-grupp ARUP. Sa issa għad m'hemm ebda indikazzjoni ta' meta se jibdew il-laqgħat bejn il-gvern u l-grupp Skanska.
Ta' min jgħid li f'konferenza stampa li saret mill-Ministru Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Chris Fearne, intqal li x-xogħlijiet li mistennija jsiru biex jiġi trattat il-konkos inferjuri fl-Isptar Mater Dei se jiswew madwar €35 miljun. Minn din is-somma, €5 miljuni se jkunu meħtieġa għad-Dipartiment tal-Emerġenza filwaqt li €30 miljun se jkunu meħtieġa għal partijiet oħra tal-isptar.
Il-kumpanija multinazzjonali tal-inġinerija ARUP, li kienet tqabbdet tinvestiga dan il-konkrit, kienet ħadet diversi X-Rays ta' strutturi fl-isptar u nstab li l-problema hijamifruxa mal-isptar kollu. Id-durabilità tal-istruttura tinsab f'riskju minħabba l-kwalità tal-konkos. ARUP qed jirrakkomandaw li tittieħed azzjoni fit-tul dwar l-istrutturi tal-isptar u mhux waħda għal żmien qasir.
ARUP żvelaw li għalkemm il-konkos f'Malta kellu jkun magħmul biss minn ġebel tal-qawwi, irriżulta li biex inbena l-isptar Mater Dei, il-konkos tħallat b'ġebel tal-franka. Minn testijiet li saru dan l-aħħar instab li s-saħħa tal-kolonni kellha tkun fil-grad ta' Mpa30, iżda f'diversi testijiet li saru nstab li l-kolonni ma kinux konformi ma' dan. Fil-każ tal-kolonni tal-Emerġenza nstab li s-saħħa tal-kolonni kienet ta' Mpa18. Instab ukoll li fi Block D, fejn hemm is-swali, is-saħħa strutturali minflok Mpa30 hija ta' Mpa 23.
Mit-testijiet ħareġ ukoll li fil-każ tal-istrutturi fid-Dipartiment tal-Emerġenza, fil-parti l-kbira tiegħu l-konkos kien poruż u dan wassal biex kien hemm dgħufija fil-kolonni. Irriżulta li l-kolonni fl-Emerġenza bdew jiddgħajfu b'rata mgħaġġla ħafna u li fil-fatt kienu qed jiddgħajfu d-doppju ta' kolonni simili li kellhom l-istess żmien. Il-Gvern qed jikkunsidra li jieħu azzjoni legali dwar ix-xogħlijiet ħżiena li saru.
Ta' min jgħid li dwar dan kollu l-Gvern kien ħatar inkjesta mmexxija mill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras. Din l-inkjesta għandha tkun lesta fi żmien ftit jiem oħra. Minn inewsmalta.com

Friday, May 22, 2015


Wara li kien intqal li l-inkjesta tlestiet.....


L-inkjesta fuq il-konkos tal-Isptar Mater Dei
titlesta l-ġimgħa d-dieħla…se titpoġġa fil-Parlament


L-inkjesta li kienet qed titmexxa mill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras dwar ir-responsabbilitajiet kriminali u ċivili fil-każ marbut mal-konkrit ta' kwalità inferjuri fl-Isptar Mater Dei, se tkun lesta b'mod definit il-ġimgħa dieħla.  Dan iddikjarah il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa fuq mistoqsija ta' L-ORIZZONT, f'konferenza stampa li fiha ħabbar konklużjonijiet ta' rapport minn kumpanija ta' inġiniera dwar testijiet li għamlu fuq il-konkrit tal-isptar. 
Quddiem il-fatt li l-Ministru Mizzi qal li se jkun qed jistenna ir-rapport ta' inkjesta biex ikun jista' jikkummenta fuq responsabbilità kriminali u ċivili fuq dan il-każ, L-ORIZZONT staqsa dwar il-fatt li lura għal l-aħħar ta' Frar li għadda, fi tweġiba Parlamenetari kien intqal li l-bord ta' inkjesta kien lesta ix-xogħol tiegħu u kien qed iħejji ir-rapport finali. Mistoqsi jekk finalment il-bord lestiex ix-xogħol tiegħu, il-Ministru Mizzi qalilna li l-bord kellu joqgħod jistenna lil Dr. Louis Galea peress li dan kien imsiefer u ma setax ikun Malta. Qal li finalment fil-vaganzi tal-Għid, Dr. Galea kien f'Malta u dan  kien intervistat mill-bord.  Il-Ministru ħabbar li l-ġimgħa d-dieħla ir-rapport ikun lest.
Quddiem il-fatt li kienu saru talbiet biex dan il-każ ikun diskuss quddiem il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa, is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne, meta mistoqsi minn L-ORIZZONT jekk din il-materja hix se tkun diskussa fil-kumitat qalilna li l-kumitat għandu jiddiskuti dan il-każ u li r-raport tal-inkjesta li se jkun f'idejn il-gvern fil-ġranet li ġejjin se jitpoġġa quddiem il-Parlament.

Partijiet tal-Mater Dei se jkunu 'rinfurzati'….
..espert qatt ma ra konkrit daqshekk inferjuri

Bid-Direttur tal-kumpanija internazzjonali ARUP, Andrew Harrison - li għandu 20 sena esperenza f'inġinerija mekkanika jiddikjara li qatt ma ltaqa' ma' każ fejn konkrit f'bini pubbliku ikun f'livelli inferjuri bħal dak f'partijiet mill-Isptar Mater Dei,  hu mistenni li fi żmien qasir jibdew diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-kuntrattur Skanska dwar dak li ġie stabbiliet minn investigazzjoni teknika mill-kumpanija ARUP fl-Isptar Mater Dei. Mhux magħruf meta se jibdew dawn il-laqgħat, għalkemm il-Gvern hekk kif kellu ir-rapport f'idejn informa lil Skanska u talab laqgħa urġenti.  Bil-Ministru Konrad Mizzi jgħid li l-gvern qed iħalli l-għażliet kollha miftuħin inkluż dawk ta' azzjonijiet legali biex jiġu irkuprati madwar 35 miljun Ewro, f'miżuri korrettivi li se jkollhom jittieħdu f'partijiet tal-bini tal-isptar.  Andrew Harrison, iddeskriva l-fatt ta' konkos inferjuri bħala li 'kienet sorpriża' u li kienet ta' diżappunt kbir għal dawk involuti.
Ta' min jgħid li meta faqqgħet din il-kontroversja, l-eks Ministru  Nazzjonalista Tonio Fenech kien iddikjara li l-istrutturi fl-Isptar Mater Dei qatt ma kienu iddisinjati biex fuqhom isir bini addizzjoni.  Hu kien iddikjara ukoll li Skanska kienet irrifjutat li tibni aktar minn żewġ sulari u dan minħabba raġunijiet ta' sigurtà. 
Ilbieraħ wara nofsinhar saret konferenza stampa li fiha kien hemm rappreżentanti tal-kumpanija ARUP li għamlu l-investigazzjonijiet u l-Ministru Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Chris Fearne, f'liema konferenza stampa tħabbru dettalji ta' dak li ħareġ mill-investigazzjoni teknika. 
L-emerġenza u l-binja kollha
tas-swali b'konkrit inferjuri
Mir-rapport tekniku jirriżulta li ż-żoni tal-Isptar Mater Dei li fihom konkrit inferjuri huma dawk tad-Dipartiment tal-Emeġenza u l-blokk kollha tas-swali li hi msejħa 'blokk D'. Filfatt, fir-rigward tad-Dipartiment tal-Emerġenza instab li l-konkrit flok 30MPa kien ta' 18MPa, waqt li fi Blokk D kien ta' 23MPa flok 30 MPa.  Mir-rapport joħroġ li f'żoni oħra tal-isptar, il-konkrit  kien jilħaq konformi mar-rekwiżiti.  Fil-fatt Blokk A instab li l-konkrit kellu saħħa ta' 29MPa, fi Blokk B kien ta' 27MPa, fi Blokk C kien ta' 35 MPa, fi Blokk E 37 MPa u fil-kamra mortwarja kien ta' 42 MPa.  Fil-każi kollha, is-saħħa tal-konkrit skont ir-rekwiżi kellha tkun 30 MPa.  Fir-rigward tal-isptar tal-onkolġija is-sitwazzjoni hi konformi mar-rekwiżiti.
Miżuri korrettivi…..
….rinfurzar u ħitan biex joħoloq stabbilità
Fir-rapport tekniku hemm diversi  rakkomandazzjoni korrettivi biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-konkos inferjuri.  Fost l-azzjonijiet li jissmmew hemm dak li jkun hemm rinfurzar tal-'plant rooms' kif ukoll li jkun hemm ħitan li joffru aktar stabbilità.  Miżuri oħra korrettivi huma dak ta' rranġar fil-kolonni tal-konkrit.
Hu mistenni li dawn l-azzjonijiet korrettivi jibdew jiġu attwati mis-sena d-dieħla.
Laqgħa urġenti
ma' Skanska
Il-Ministru għas-Saħħa, Konrad Mizzi fil-konferenza stampa semma' li talab laqgħa urġenti ma' Skanska wara li investigazzjoni teknika minn kumpanija internazzjonali dwar il-konkrit fl-isptar Mater ikkonfermat kwalità inferjuri ta' konkos ill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt f'xi żoni fl-isptar.  Skanska kien il-kuntrattur ewlieni involut fil-bini tal-Isptar Mater Dei.  Il-gvern iddikjara li se jirrimedja għal dan b'xogħlijiet korrettivi li mistennija jiswew madwar €35 miljun u anke qed jikkunsidra azzjonijiet legali.
Fil-konferenza stampa issemma' li x-xogħlijiet li mistennija jsiru biex jiġi trattat il-konkos inferjuri fl-Isptar Mater Dei se jiswew madwar €35 miljun. Minn din is-somma, €5 miljuni se jkunu meħtieġa għad-Dipartiment tal-Emerġenza filwaqt li €30 miljun se jkunu meħtieġa għal partijiet oħra tal-isptar.
Il-kumpanija multinazzjonali tal-inġinerija ARUP, li kienet tqabbdet tinvestiga dan il-konkrit, kienet ħadet diversi X-Rays ta' strutturi fl-isptar u nstab li l-problema hi mifruxa mal-isptar kollu.    ARUP żvelaw li għalkemm il-konkos f'Malta kellu jkun magħmul biss minn ġebel tal-qawwi, irriżulta li biex inbena l-isptar Mater Dei, il-konkos tħallat b'ġebel tal-franka. Mit-testijiet ħareġ ukoll li fil-każ tal-istrutturi fid-Dipartiment tal-Emerġenza, fil-parti l-kbira tiegħu l-konkos kien poruż u dan wassal biex kien hemm dgħufija fil-kolonni. Irriżulta li l-kolonni fl-Emerġenza bdew jiddgħajfu b'rata mgħaġġla ħafna u li fil-fatt kienu qed jiddgħajfu d-doppju ta' kolonni simili li kellhom l-istess żmien.
Instab ukoll li f'każ ta' attività siżmika instab li partijiet tal-isptar mhux konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li kien hemm.
Minn L-ORIZZONT



Il-gvern kommess li wara deċiżjonijiet legali
 l-assi ta' Gaddafi jgħaddu għand il-gvern Libjan

Il-gvern hu kommess li wara deċiżjonijiet legali dwar l-assi tal-familja Gaddafi li jinsabu ffriżati f'Malta, dawn jgħaddu għand il-Gvern Libjan.  Fl-aħħar jiem inbdew proċeduri mill-Gvern Libjan biex ikunu rkuprati assi tal-familja Gaddafi f'Malta, b'mod partikolari fondi ta' Mutassim Gaddafi li kien inqatel f'Sirte fis-sena 2011.
Wara li l-ġurnal Wall Street Journal ħabbar dawn il-proċeduri legali, il-Bank of Valletta fi stqarrija li ħareġ ilbieraħ qal li, "Il-BOV kategorikament jiċħad li hu parti fil-proċeduri legali li jikkonċernaw dan il-każ.  Il-Bank of Valletta, jikkonferma li hu qatt ma żvela jew se jiżvela informazzjoni dwar il-klijenti tiegħu lill-mezzi ta' kommunikazzjoni jew lill-pubbliku. Il-Bank of Valletta dejjem mexa u se jkompli jimxi strettament mad-direttivi tan-Nazzjonijiet Uniti elevanti għal dan il-każ".
Dwar dan il-każ, kien ixxandar rapport fit-TORĊA fejn ingħad li l-assi finanzjarji tal-familja Gaddafi f’Malta, liema assi jammontaw għal madwar €86 miljun, minkejja li kien ntalbu mill-awtoritajiet Libjani għalissa se jibqgħu miżmumin f’Malta.
Il-Gvern Malti dejjem insista li ma jistax ikun hemm “data preċiża” ta’ meta dawn l-assi se jkunu rilaxxati u dan għaliex biex jiġu rilaxxati hemm bżonn li l-awtoritajiet Libjani jagħmlu talba quddiem Qorti Maltija, jew inkella jsir proċess ġudizzjarju fil-Libja. Malta, mill-banda l-oħra, kienet irrilaxxat madwar €300 miljun li kienu jappartjenu lil diversi entitajiet Libjani.
Mistoqsi dwar l-assi f’Malta tal-familja Gaddafi jew ta’ kumpaniji mmexxijin minnhom, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kien qal lit-TORĊA li: “Il-Gvern ta’ Malta jibqa’ jsostni l-impenn sħiħ tiegħu li jiżgura li l-assi ffriżati f’Malta taħt ir-reġim ta’ sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda fuq il-Libja jiġu rilaxxati mingħajr dewmien lir-rappreżentanti leġittimi tal-poplu Libjan.”
Mistoqsi dwar jekk hemmx xi data ta’ meta l-assi finanzjarji ma jibqgħux miżmumin, il-Ministeru qal li: “Ma jista’ jkun hemm ebda data ffissata u dan għax ma jiddependix biss mill-Gvern Malti. Jinħtieġ li l-awtoritajiet Libjani jagħmu talba quddiem il-Qorti Maltija biex din tiġġudika li l-assi tal-familja Gaddafi kienu assi misruqa mill-poplu Libjan. Inkella jrid isir proċess ġudizzjarju fil-Libja stess u wara dan issir talba għall-għajnuna ġudizzjarja mill-awtoritajiet Maltin biex il-Qorti Maltija tirrikonoxxi u tinforza t-talba Libjana biex l-assi jinħelsu.”
Meta l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kien mistoqsi jekk kienx hemm talbiet biex l-assi finanzjarji miżmumin ma jibqgħux iffriżati, il-Ministeru qal li:  “Iva, hu minnu li l-Gvern Libjan talab biex l-assi tal-familja Gaddafi li ġew iffriżati f’Malta jinħelsu u l-Gvern spjega fid-dettall x’għandu jsir. Il-Gvern Malti qed jassisti b’mod attiv biex jgħin lill-Gvern Libjan jilħaq il-miri tiegħu.”
Minn L-ORIZZONT

Żvolta ġdida fil-każ ta' Rakhat Aliyev…..mistennija tintalab investigazzjoni ġdida….

Jgħibu 13-il paġna mid-djarju
personali ta' Rakhat Aliyev


Il-każ marbut mal-mewt misterjuża ta' l-eks diplomatiku Każaki Rakhat Aliyev - li għamel żmien jgħix f'pajjiżna, kellu żvolta ġdida fl-aħħar jiem.  L-iżviluppi l-ġodda huma dwar id-djarju li kien iżomm Aliyev u li fih kien qed jikteb l-istrateġija u notamenti oħra marbutin mal-każ tiegħu.  Id-djarju  - għal Aliyev kien xi ħaġa personali ħafna tant li lanqas l-avukati tiegħu ma kellhom aċċess għalih.  Meta nstab mejjet fiċ-ċella, id-djarju kien ġie konfiskat u fl-aħħar jiem wara talba li saret ingħata lill-avukati tiegħu.  Biss instab li minn dan id-djarju hemm xejn inqas minn 13-il paġna nieqsa.
Fl-aħħar jiem kien hawn f'pajjiżna l-avukat Eric Gemeiner, fejn f'kummenti li ta' lil L-ORIZZONT iddikjara li "tlabna id-djarju u dan ingħatalna.  Sibna li hemm 13-il paġna neqsin. Dan iqajjem ħafna mistoqsijiet. Meta naqsu dawn il-paġni? Min huma n-nies li kellhom aċċess għad-djarju wara li ttieħed miċ-ċella? Għaliex naqsu dawn il-paġni?  X'kien fihom?".
L-avukat Gemeiner sostna li "jidher li qabel  bdiet l-investigazzjoni dwar il-mewt ta' Aliyev, daħlu xejn inqas minn disa' persuni fiċ-ċella. Hemm possibilità għolja, li kien x-xena tad-delitt ma kinitx konservata.  Se nkunu qed nitolbu li jsiru l-investigazzjonijiet kollha neċessarji marbutin ma' l-għibien ta' paġni minn dan id-djarju. Dak id-djarju lanqas lili ma ried itih Rakhat. Kien iqisu bħala xi ħaġa privata u fih kien jikteb l-emozzjonijiet u jħejji l-istrateġija għall-ġuri".
Mistoqsi minn L-ORIZZONT dwar f'hix waslet l-investigazzjoni ġdida li kienet intalbet b'rabta mal-mewt ta' Rakhat Aliyev f'ħabs fl-Awstrija, qalilna li sa issa din għadha ma tlestietx.
Ta' min jgħid li fl-aħħar jiem kien hemm ukoll żviluppi fil-każ marbut mal-ġuri li għaddejjin żewġ ċittadini mill-Każakstan dwar il-qtil ta' żewġ bankiera fil-Każakstan, qtil li dwar kien akkużat ukoll Aliyev. F'digriet qawwi li ngħata mill-Qorti Awstrijakka dwar il-proċeduri li għaddejja Vadim Koshlyak u Alner Mussayev dwar il-qtil ta' żewġ managers ta' bank fil-Każakstan fis-sena 2007, l-Imħallef Andreas Bohm ta' indikazzjoni li jista jkun hemm possibilità ta' frame up mis-Servizz Sigriet tal-Każakstan kontra Aliyev.  Aliyev kien instab mejjet f'ċirkostanzi misterjużi u ġurnata biss qabel  bdew proċeduri legali, f'ħabs fi Vjenna.  Fid-digriet qawwi tiegħu, li permezz  tiegħu Kashlyak u Mussayev ingħataw ħelsien mill-arrest,  jgħid li "hemm indikazzjonijiet konsiderevoli li ż-żewġ bankiera inqatlu mis-servizz sigriet tal-Każakstan u li l-ħtif tagħhom u finalment il-qtil kien maħdum bl-għan li jkun eliminat Aliyev u persuni qrib tiegħu".
Minn L-ORIZZONT




Thursday, May 21, 2015

Kritika qawwija għall-pjani tal-UE biex tkisser dgħajjes tat-traffikanti tal-immigranti

Il-pjani tal-Unjoni Ewropea biex jattakkaw u jkissru dgħajjes tat-traffikanti li jintużaw biex jinġarru immigranti mill-Libja lejn l-Ewropa, qed tkompli ġġib għadd ta' kritika.
Fost dawk li kkritikaw dawn il-pjani kien hemm il-Gwardji tal-Kosta fl-Italja, fejn dawn iddikjaraw b'mod ċar li azzjoni militari mhux se ssolvi l-kriżi tal-immigranti fil-Mediterran.
Thomas Spijkberboer, espert fil-qasam tal-immigrazzjoni mill-Vrije Universiteit f'Amsterdam, qal li fi żmien meta kien hemm il-purtiera tal-ħadid l-immigranti kienu jisparawlhom minn wara daharhom, imma l-Unjoni Ewropea qed tisparalhom f'wiċċhom.
Minn naħa tagħha, Tuesday  Reitano, minn Global Initiative Against Transnational Organized Crime qalet li "din l-azzjoni miliari se tiswa' ħafna. Tidher impressjonanti imma mhux se jkollha impatt fuq til ta' żmien.  Hi ddeskrivietha bħala 'miżura perikoluża'.
Ritratt: debatingeurope.eu
Paolo Cafaro, il-kaptan tal-Gwardji tal-Kosta Taljani, iddikjara li "il-problema tal-immigrazzjoni mhux se tissolva l-miżuri militari. Din tinbidel għal forom oħra. Dawn għandek nies iddisprati li finalment ifittxulek toroq oħra. Il-problema tal-immigrazzjoni mhix se tissolva b'azzjonijiet militari".
minn inewsmalta.com

Wednesday, May 20, 2015




 EU: Don't endanger lives at sea or deny protection


Saving lives at sea and bringing people at risk in the Mediterranean safely to EU shores should be the top priority.
Judith Sunderland, acting deputy director of the Europe and Central Asia Division
(Brussels) – European Union military action against human smuggling networks should not put the lives and rights of migrants and asylum seekers in jeopardy, Human Rights Watch said. The Council of the European Union agreed on May 18 to create a naval operation, dubbed EUNAVFOR Med, to identify, capture, and destroy boats used by smugglers in the Mediterranean.

“Smugglers and traffickers often show a complete disregard for human life and dignity, and they should be held to account for that, but military action against them could also expose migrants and asylum seekers to serious risks,” said Judith Sunderland, acting deputy director of the Europe and Central Asia Division at Human Rights Watch. “Saving lives at sea and bringing people at risk in the Mediterranean safely to EU shores should be the top priority.”

The EU should assess carefully the short and long term human rights implications of this military operation, including the risk it will increase the dangers of boat migration in the Mediterranean and of trapping migrants and asylum seekers in Libya, where they are often subjected to violence and abuse and have no possibility for lodging asylum claims.

The Council decision foresees implementing the operation in phases. The first phase will involve surveillance and patrols. Following an assessment of phase one, if EU member states agree to proceed, the second phase will include boarding, search, seizure, and diversion of boats suspected of being used by smugglers, while the third phase will involve “rendering inoperable” boats suspected of being used for smuggling.

Any operations in the territory or territorial waters of a non-EU state would require a UN Security Council resolution or the invitation of the state. The internationally recognized government of Libya has said it opposes EU action in its territory or territorial waters. Two governments are vying for legitimacy in Libya, one internationally recognized government based in Tobruk and Al-Bayda in the east and another self-declared authority based in Tripoli in the west, from where the vast majority of boats depart.

Regardless of the area of operation, EU vessels participating in the planned naval operation are subject to the jurisdiction of the European Convention on Human Rights, which requires that all operations are designed, planned, and implemented with full respect for rights including the right to life, liberty and security, an effective remedy, and the prohibition of torture, including the prohibition of sending anyone to a country where they risk torture or cruel, inhuman or degrading treatment or threats to their lives or freedoms (the non-refoulement principle).

Migrants intercepted by EU vessels in the Mediterranean, including those participating in EUNAVFOR Med, should be taken to safe ports in the EU, where those asking for protection or indicating a fear of return should undergo asylum screening. Under no circumstances should the EU transfer boat migrants to the Libyan coast guard or disembark them in Libya, where they have no possibility of seeking asylum and where they risk being detained in appalling and abusive conditions and being harmed by the violence that is pervasive across the country, Human Rights Watch said.

The mission is part of the EU’s response to the crisis in the Mediterranean. Since the beginning of the year, at least 1,780 migrants and asylum seekers have died attempting the sea journey. The EU has stepped up search-and-rescue operations, and over 62,000 people have reached the EU so far this year by sea, crossing the central Mediterranean mainly from Libya to Italy and Malta, and the Aegean Sea from Turkey to Greece. Statistics from the UN refugee agency, UNHCR, show that 60 percent of those who arrived by sea so far this year were from Syria, Eritrea, Afghanistan, and Somalia – all countries experiencing widespread political violence and/or repression.

The European Commission, the EU’s executive body, issued on May 13 a set of proposals towards a “European Agenda on Migration.” The proposals include positive steps, such as the creation of an EU-wide refugee resettlement scheme and a relocation mechanism to more equitably distribute responsibility for asylum seekers among EU member states, Human Rights Watch said. Several EU member states, including the UK, France, Hungary, and Poland, have already voiced their unwillingness to participate in these responsibility-sharing proposals.

The majority of the proposals, however, focus on measures to limit arrivals, including through enhancing immigration controls in sending and transit countries, regional development, and the creation of a pilot “multi-purpose center” in Niger to provide information, local protection, and resettlement opportunities. These measures should be carefully designed to improve respect for human rights and foster conflict resolution in sending countries and to improve the capacity of transit countries to provide protection and integration for refugees, including through the creation of fair and efficient asylum systems that ensure asylum claims are properly screened with a right to appeal rejections, Human Rights Watch said. Such measures should scrupulously ensure that refugees and asylum seekers are not forcibly returned to persecution or other serious harm and that no one is prevented from fleeing threats to his or her life or freedom.

Many, if not most, migrants and asylum seekers entering the EU irregularly willingly pay smugglers to facilitate their travel, though smugglers often deceive them about the context or conditions under which they will be transported, including by putting them in overcrowded and unseaworthy vessels. There are also trafficking victims among those arriving by sea and by land, who are deceived or forced to travel and who are held for ransom or otherwise abused and exploited.

Migrants and asylum seekers interviewed in Italy in May 2015 told Human Rights Watch about abuses they suffered along the migration routes from the Horn of Africa and in Libya. These included being held hostage for months in the Sahara desert in grueling, violent conditions for months until relatives transfer money to traffickers in exchange for onward movement; beatings with wooden and iron pipes, rubber hoses, and whips; shooting deaths for attempted escapes; forced labor; and virtual detention in unsanitary, overcrowded smuggler-run “safe houses” in Libya pending departure. Smugglers routinely overload unseaworthy boats and provide insufficient food, water, and fuel for the journey.

Libya has long served as both a destination country and as a transit country for sub-Saharan Africans, Syrians, and others seeking to reach the EU. Human Rights Watch has documented torture – including whippings, beatings, and electric shocks – as well as overcrowding, dire sanitation conditions, and lack of access to medical care in migrant detention centers in Libya in mid-2014 and May 2015.

Interviews with recently-arrived migrants in Italy in May 2015 indicate that increasing lawlessness and generalized violence in Libya due to the ongoing hostilities are driving some migrants to leave. Some said that they would have remained in Libya and not attempted the dangerous sea crossing to the EU if Libya were not so dangerous. Livinus, a 20-year-old Nigerian who had gone to Libya to find work in 2013, told Human Rights Watch, “You see them pump up the [inflatable] boat, put one hundred people on it, and you know it’s risky. I wouldn’t have taken that risk except for the problems in Libya.”

“Destroying suspected smugglers’ boats might temporarily prevent a person from boarding an unseaworthy vessel, but the consequences don’t end there,” Sunderland said. “The EU needs to be honest in assessing how military intervention will push desperate persons to take even more dangerous journeys, what becomes of people in need of protection seeking to leave an increasingly chaotic and violent Libya, and how this squares with international obligations.”

Human Rights Watch acknowledged that there are no easy short term solutions, but called on the EU to increase safe and legal channels into the EU as a more effective long term solution than destroying boats.   Human Rights Watch

Qbil li mix-xahar id-dieħel tibda operazzjoni kontra t-traffikanti... jinħass xettiċiżmu


Hu previst li mix-xahar id-dieħel, l-Unjoni Ewropea tniedi operazzjoni kontra ċrieki kriminali involuti fi traffikar ta' immigranti mill-Afrika lejn l-Ewropa. Din il-missjoni se jkollha l-kwartieri bbażati f'Ruma, fejn l-ewwel se tara li tinġabar l-informazzjoni fuq it-traffikar u wara jkun hemm spezzjonijiet tal-portijiet biex jinstabu id-dgħajjes. Il-missjoni imbagħad se tara li jinqerdu l-mudelli ta' dgħajjes li bħalhom intużaw fl-aħħar xhur biex inġarru l-immigranti. L-Unjon Ewropea se tkun qed titob l-approvazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.
Dan kien maqbul f'laqgħa fi Brussell, f'liema laqgħa ħadu sehem il-Ministri għad-Difiża u Affarijiet Barranin tal-pajjiżi Ewropej.Ta' min jgħid li l-Kap tan-NATO, Stoltenberg, iddikjara fl-aħħar sigħat li n-Nato kienet lesta tgħin lill-Unjoni Ewropea fil-gwerra kontra traffikanti. Ir-Renju Unit se jkun qed joffri drones biex jintuzaw fil-ħidma kontra it-traffikanti.
Il-pjani tal-Unjoni Ewropea li tkisser id-dgħajjes ma naqsux li jġibu kritika qawwija, fejn Andrew Stroehlein iddeskriva din l-azzjoni bħala 'ġennata'. Luke Coffey, konsulent politiku fl-Istati Uniti li serva bħala konsulent speċjali fil-Ministeru tad-Difiża Ingliż f'kumment li għadda qal li, "Nissuspetta li din il-missjoni se tkun diżappunt kbir u mhi se twassal imkien." Minn inewsmalta.com


Wara li kienet ġiet imwissija….

L-ETC kisret l-att dwar Protezzjoni
tad-Data.…teħel multa ta' €300   

Japplika għal sejħiet biex jagħti taħriġ f'korsijiet offruti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) u għal xi raġuni jew oħra hu jibqa' ma jiġix imsejjaħ biex jagħmel l-intervista għal dak il-post partikolari.  Dan meta hemm obbligu legali biex dawk li jkunu applikaw jingħataw l-informazzjoni sħiħa dwar l-applikazzjoni tagħhom.  Imur quddiem il-Kummissarju tad-Data u dan wara li investiga l-każ, ta twissija lill-Korporazzjoni.  Ġara iżda li wara, dan l-istess individwu u minkejja it-twissija lil ETC, reġa' spiċċa ma jingħatax informazzjoni għal kors iehor li applika għalih. Il-każ reġa' spiċċa quddiem il-Kummissarju għad-Data, fejn dan f'deċiżjoni li ta impona multa ta' €300 lill-ETC.   Hu wissa lill-istess ETC li jekk se tkompli b'dan l-atteġġjament, kienet se teħel multa ta' €30 kuljum għal perjodu li tibqa'  ma tkunx konformi.
Din is-sitwazzjoni għadda minnha Denis Tanti fl-aħħar xhur, fejn wara li kien għamel erba' snin jagħti servizi lil ETC bħala lekċerer fuq korsijiet marbutin mal-anzjani, id-diżabilità u l-kura tat-tfal, hu kien spiċċa twaqqaf f'Lulju tas-sena li għaddiet.
Il-każ imur lura għas-sena 2014, meta f'Lulju ta' dik is-sena Denis Tanti  kein ġie infurmat li kien se jitwaqqaf minn lekċerer fuq diversi korsijiet.  Ġara li wara li kien twaqqaf hu kien issottometta applikazzjoni bix joffri taħriġ mal-ETC. Kien tefa' applikazzjoni f'Awwissu tas-sena u f'Jannar ta' din is-sena.
Fi kliem Denis Tanti stess, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) fiż-żewġ każijiet naqset milli ssejjaħlu għal intervista. Isostni li hu kien għamel diversi tentattivi biex jikseb informazzjoni ta' fhiex waslet l-applikazzjoni li tefa', iżda raġunijiet qatt ma ingħata.
Il-każ tiegħu spiċċa quddiem il-Kummissarju għad-Data, fejn dan f'ittra li bagħat fis-26 ta' Janar ta' din is-sena,  kien wissa lill-ETC biex tipprovdi l-informazzjoni kollha lil Tanti.  Kien wissa li jekk dan ma jsirx jimponi l-multi.
Ġara iżda li l-ETC ma tatx l-informazzjoni lil Tanti dwar l-applikazzjoni li hu tefa' f'Jannar ta' din is-sena.  Dwar dan il-każ, il-Kummissarju tad-Data  impona multa ta' €300 fuq l-ETC.
Saviour Cachia, il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data fid-deċiżjoni tiegħu qal li "minkejja it-twissijiet li għamilna qabel, l-ETC għal darba naqset li tipprovdi informazzjoni lil dan l-individwu u dan bi ksur tal-Artiklu 21".











Friday, May 15, 2015


Bejn is-sena 2012 u s-sena 2013…..

Dawk f'riskju ta' faqar u esklużjoni
żdiedu b'aktar minn 5,000 persuna


Hekk kif fil-15 ta' Mejju il-Ġnus Magħquda tfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Familji, qed jirriżulta skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li  l-ammont ta' persuni f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali  f'pajjizna żdiedu b' 5,237 persuna.  Minn total ta' 93,783 familja f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali fis-sena 2012, dawn telgħu għal 99,020 persuna fis-sena 2013.  Dan ifisser li minn 22.9 fil-mija, il-persentaġġ ta' dawk f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali tela' għal 24 fil-mija.
Mill-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jirriżulta li dawk il-persuni f'riskju ta' faqar telgħu minn 61,689 jew 15.1 fil-mija fis-sena 2012 għal 64,966 persuna jew 15.7 fil-mija fis-sena 2013.  Dan ifisser żieda ta' 3,177 persuna.
Mill-istatistika naraw li r-rata ta' persuni li qegħdin f'impjieg telgħu minn 60.4 fil-mija fis-sena 2013 għal 62.2 fil-mija għal persuni waħidhom u minn 62 fil-mija għal 63.3 fil-mija għal persuni miżżewġin.
Fatt interessanti li joħroġ mill-istatistika hu dak fejn jirrigwarda persuni f'riskju ta' faqar f'familji li m'għandhomx tfal dipendenti fuqhom, fejn naraw li dan naqas minn 24,387 persuna għal 22,072 persuna.
Dawk f'riskju ta' faqar  u li qed jgħixu waħidhom naraw li fil-każ tal-irġiel   kien hemm 3,917 f'riskju ta' faqar fis-sena 2013, żieda ta' aktar minn 600 persuna meta mqabbel mas-sena 2012 meta dakinhar kien hemm 3,300.
Fil-każ ta' nisa li jgħixu waħidhom naraw li dawk f'riskju ta' faqar fis-sena 2013 kienu ta' 3,544, meta fis-sena ta' qabel kienu jlaħħqu għal 3,600.
Meta wieħed jieħu persuna li għandha inqas minn 65 sena u li tgħix waħidha u persuna li għandha aktar minn 65 sena u tgħix waħidha, naraw li hemm riżultati differenti. Għal dawk inqas minn 65 sena u li jgħixu waħidhom telgħu minn 3,879 persuna fis-sena 2012 għal 4,628 persuna f'riskju ta' faqar fis-sena 2013, waqt li dawk b'aktar minn 65 sena u li jgħixu waħidhom naqsu għal 2,832 persuna fis-sena 2013 minn 3,050 persuna.
Fejn jirrigwarda żewġ adulti li għandhom inqas minn 65 sena, naraw li fis-sena 2012 kien hemm 5,183 f'riskju ta' faqar, waqt li fis-sena 2013 niżlu għal 4,168 persuna.  F'familji fejn hemm żewġ persuni ta' aktar minn 65 sena, waqt li fis-sena 2012 kien hemm 7,829 persuna f'riskju ta' faqar, fis-sena 2013 dawn niżlu għal 7,644 persuna.  F'familji oħra fejn m'hemmx tfal dipendenti, dawk f'riskju ta' faqar naqsu minn 4,445 fis-sena 2012 għal 2,800 fis-sena 2013.
Mill-istatistika joħroġ li fejn jirrigwarda 'single parents' b'wild wieħed jew aktar naraw li dawk f'riskju ta' faqar żdiedu minn 5,652 fis-sena 2012 għal 6,378 fis-sena 2013.  Naraw li f'familji fejn hemm żewġ ġenituri u wild wieħed, f'familji b'żewġ penituri u żewġ uliedu dipendenti u f'familji b'żewġ ġenituri u tlieta jew aktar tfal dipendenti, dawk f'riskju ta' faqar żdiedu.  Dawn żdiedu minn 2,220 persuna għal 6,321 persuna fis-sena 2013, minn 13,895 persuna għal 16,246 persuna, u  minn 5,444 persuna għal 6,132 persuna rispettivament.
Fatt interessanti hu dak li fejn jirrigwarda familji oħra fejn hemm tfal dipendenti, dawn naqsu minn 10,092 fis-sena 2012 għal 7,818 persuna fis-sena 2013.
Fir-rigward ta' dawk f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali naraw li dawn telgħu minn 93,783 persuna fis-sena 2012 għal 99,020 persuna fis-sena 2013.
F'familji fejn m'hemmx tfal dipendenti, dawk f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali naqsu minn 42,053 persuna fis-sena 2012 għal 38,547 persuna fis-sena 2013.  Fejn jirrigwarda familji bi tfal dipendenti, naraw li dawk f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali żdiedu minn 51,730 persuna għal 60,473 persuna.
Mill-istatistika joħroġ ukoll li għas-sena 2014 f'pajjiżna kien hemm żieda fl-ammont ta' twelid.  Fil-fatt fis-sena 2014 kellna it-tieni l-ogħla rata ta' twelid fl-aħħar għaxar snin.  Fis-sena 2014 kien hemm 4,277 wild u dan meta fis-sentejn ta' qabel kien hemm 4,127 u 4,231 rispettivament.
Dwar l-ammont ta' persuni li juzaw l-internet naraw li f'kull kategoriji ta' nies fis-sena 2014 kien hemm żieda f'dawk li jaġħmlu użu mill-internet meta mqabbel mas-sena 2013.  Filfatt dawn żdiedu minn 222,705 persuna għal 239,225 persuna.
Minn L-ORIZZONT









"Insew x'jisimna waqt li ngħixu ħajja
iebsa f'kontejner"


Nisa Somali bi stejjer ta' qsim il-qalb.  Waħda kellha taħrab għax kienu se jħaġġruha. Oħra ħarbet għax kienet tibża li se tispiċċa tinqatel waqt li tkun qed tfittex l-ikel għat-tfal.  Ħarbu. Qasmu d-deżert, spiċċaw maqfulin f'ħabsijiet fil-Libja u qasmu l-Mediterran. Spiċċaw f'Malta. Għal bidu ħasbu li l-vjaġġ kien intemm imma kienu ferm żbaljati.
F'pajjiżna spiċċaw japplikaw għal protezzjoni iżda għal darba darbtejn din ġiet miċħuda.  Spiċċaw, fi kliemhom stess, f'sitwazzjoni differenti min nisa oħra bħalhom.  Spiċċaw imlaqqmin bħala 'li mhux aċċettati'. Imma x-xewqa li jaslu u li jkomplu bil-vjaġġ biex xi darba jerġħu jibdew jgħixu f'ħajja fejn igawdu d-drittijiet umani, wasslithom biex dawn in-nisa mhux aċċettati jingħaqdu aktar bejniethom. Jiffurmaw komunità. Jgħinu lil xulxin. Jaqsmu kollox ma' xulxin. Bis-saħħa ta' xulxin għadhom jittamaw li jakkwistaw id-dokuemnti u li finalment itemmu l-vjaġġ u finalment ikollhom protezzjoni - kelma iebsa li meta ssaqsihom xi tfisser jgħidulek li 'tkun parti minn komunità. Fejn tagħti u taqla".
Dawn in-nisa Somali irrakkontaw l-esperjenzi tagħhom fi proġett li tħejja mis-Servizz tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati.  Dawn in-nisa li ġew intervistati huma kollha kemm huma persuni li applikaw għall-protezzjoni f'Malta iżda l-applikazzjoni tagħhom ma intlaqgħetx xi wħud anki ma intlaqax l-appell li għamlu.
Il-ħarbiet……
"Jien omm ta' ħamest itfal.  Tlift lir-raġel fil-kunflitt fis-Somalja.  Ma kellhi l-ebda appoġġ. Ippruvajt inrabbi lit-tfal tiegħi imma ma stajtx.  Ħafna drabi ma kienx ikolli ikel xi ntihom.  Xi drabi kont intihom ħobż u filgħaxija intihom  xi ħaġa oħra żgħira.  Ħajti kienet hekk il-ħin kollu.  Ma kelli lil ħadd min jgħinni. Ma stajtx inmur naħdem imkien.  Imma it-tfal kienu jistennew li npoġġi l-ikel madwar il-medja imma ikel ma kellix.   Fl-istess ħin il-ħajja kienet qed issir aktar perikoluża. Meta kont qed inkun infittex għall-ikel kont nibża li mhux se nirritorna lejn id-dar. Kont nibża li se ninqatel. Kien hemm ġlied kontinwu. Jien ġejja minn post fejn hemm żewġ tribujiet  kontra xulxin u kien hemm ukoll l-Al Shabaab.  Rajt nies imutu quddiem għajnejja.  Il-ġlied kien ikun kuljum.  Rajt iġsma ta' nies li nafhom fit-triq.  Iddeċidejt li nitlaq.  Mort l-Etjopja. Ma kellix dokumenti u għalhekk kelli nistaħba mill-pulizija.  Qsamt il-fruntiera b'mod illegali u dħalt fis-Sudan.  Hemmhekk ingħaqadt ma' grupp ta' immigranti u ddecidejna li naqsmu u d-deżert flimkien.   Għamilt xahrejn hemm bi ftit li xejn ikel u ilma. Konna ngħixu f'għar. Wasalna Sebħa fil-Libja fejn spiċċajna ma' raġel. Kull min jaqsam il-fruntiera jiltaqa' ma' dan ir-raġel. Hu beda jitlob għal flus.  Min ma jobdix ikun kundannat jibqa' hemm.  Kien isawwatna u jittorturana. Dan ir-raġel kien ukoll jieħu kull mara li togħġbu. Domna tlett xhur biex ħallasna u minn hemm ittrasferewna lejn Tripli. Fi Tripli spiċċajna il-ħabs għal tlett xhur u finalment ħarġuni għax kont marida. Finalment  wasalna hawn".
Immigranta oħra tgħid li "jien kont ngħix f'belt fis-Somalja.  Darba wara nofsinhar ġew tlett irġiel minn milizja u stuprawni.  Kien hemm ġlied bejn l-Al Shabaab u grupp iehor dakinhar.  L-ahbar li jien kont stuprata xterdet mal-inħawi. Irritornajt wara xahrejn lejn id-dar tagħna. Persuni minn Al Shabaab u qaluli li inti kont stuprata ikkommettejt adulterju.  Iddikjaraw li kelli niġi mħaġġra bħala kastig.  Ma kontx se nkunu l-ewwel waħda.  Anki t-tifla tal-ġar tagħna kienet imħaġġra. Ma ridux li jien jiġrili l-istess u ħarrbuni biex ma jiġrilix l-istess".
Dwar id-detenzjoni……'hemmhekk - qisek annimal f'gaġġa'
Waħda minn nisa Somali tiddikjara li "meta ġejt hawn  fil-bidu kont kuntenta. Bdejt niftakar f'pajjiżi. Ftakar fid-deżert u fil-baħar li jien għaddejt minnhom.  Bdejt ngħid għall-inqas issa m'iniex fil-periklu. biss bdejt nara li nies li kienu waslu qabli kienu għadhom fid-detenzjoni. Irrealizzajt li hemm xi ħaġa ħażina. Rajt li din mhix normali.  Illum dejjem naħseb. Nispiċċa b'uġieħ ta' ras.  Stennejt li wara din it-tbatija ħajti se tkun aħjar u b'inqas tbatija.  Naf li s-sitwazzjoni llum hi differenti".
Somala oħra tiddikjara li "meta ġejt fid-detenzjoni kont ixxukkjata.  Qatt ma immaġinajt li kont se nispiċċa imsakkra.  Għalija id-detenzjoni hi post fejn m'hemmx aċċess għal ħajja. M'għandek ebda kontroll. Il-bieb jiftaħulek xi ħadd. Xi drabi jtuk ikel li inti ma tkunx trid.  Meta kont nisma' l-bieb jinfetaħ kont nieħu xokk.  Dejjem kont nibża minn xi ħaġa ħażina".
Waħda mill-mistoqsijiet li jagħmlu dawn in-nisa hi dik ta' 'għaliex kull meta nittieħdu l-isptar nittieħdu b'idejna marbutin?".
Somala oħra issostni li "raJt immigranti li kienu fid-detenzjoni jippruvaw jagħmlu suwiċidju billi ppruvaw jitgħallqu jew jixorbu ix-shampoo".
"Il-proċess ta' ażil…dan hu eżami"
Waħda mis-Somali issostni li "jien għidt il-verita fuq ħafna affarijiet fl-intervista li għamluli.  Imma ħbejt ukoll ħafna affarijiet li ġraw f'ħajti.  Ma kontx naf li dak li għaddejt minnu jista' jagħmel differenza għall-futur tiegħi. Meta wasalna bdejt ngħid l-istejjer tiegħi iżda xi persuni fid-detenzjoni qaluli biex ma ngħidx kollox għax l-applikazzjoni tkun rifjutata.  Bdejt nibża. L-interpretu tiegħi kien raġel Somalu u jien ma kellix kuraġġ ngħidlu kollox".
Rakkont iehor jgħid li "meta  rrifjutaw it-talba tiegħi, jien ħassejt li huma ma rawx l-istorja tiegħi b'mod tajjeb.  Ħassejt li ma kontx trattata bħala persuna umana. Hi inumana li żżomm lil xi ħadd maqful għal 18 il-xahar".
Il-ħajja f'kontejner hi iebsa wisq
Waħda mill-ommijiet Somali tgħid li "l-ħajja tagħna hi f'kontejner.  fih insajru, naħslu l-ħwejjeġ, norqdu u nagħmlu kollox".
Rakkont iehor jgħid li "f'Ħal Far hemm problema ta' sigurtà.   Il-post mhux sigur. Xi drabi bil-lejl naraw irġiel li jidħlu fil-kmamar. Darba bdejna nwerżqu u ngħajtu u dawn ħarbu. Darba tfajnielhom kontejner bl-ikel.  Dejjem niċċekkjaw il-kamra biex niżguraw li m'hemm ħadd".
Dwar il-kundizzjonijiet fiċ-ċentru miftuħ isostnu li "t-tojlits huma bogħod ħafna mill-kontejners tagħna.  Bil-lejl  jekk ikollna bżonn nmorru t-tojlit, ikollna nqajmu lil xi ħadd biex ma nmorrux waħidna. Ġieli morna erba' jew ħames persuni flimkien. Tojlits u xowers hemm ftit wisq. Ħafna drabi  ikunu maħmuġin għax użati minn ħafna nies.  Ituna biss 97 Ewro fix-xahar. Dawn mhux biżżejjed biex ngħixu.. Lanqas għandna flus biżżejjed biex naqbdu tal-linja biex inmoru nitgħallmu l-Ingliż".
Dawn in-nisa jiddikjaraw li "insew isimna. Jirreferu għalina bħala 'dawk mhux aċċettati'.   Għandna bżonn dokument.   Peress li l-applikazzjoni ta' protezzjoni ġiet rifjutata m'għandna l-ebda dokumenti. Għandna bżonn protezzjoni biex ikollna id-drittijiet bażiċi tagħna u biex inkunu nistgħu inkomplu b'ħajjitna.  Bla dokument nispiċċaw maqbudin fiċ-ċentru miftuħ u ma nistgħux nagħmlu pjani.   Bħalissa il-futur tagħna hu żero. M'għandna xejn u ma nistgħu nagħmlu xejn. Ma nistgħu inmorru imkien.  Dokument jista' jtina protezzjoni. Il-protezjoni għalina tfisser sigurtà. Li ma nintbagħtux lura f'pajjiżna. Tfisser kenn. Imma protezzjoni tfisser li aħna parti minn komunitża fejn nistgħu ngħixu mill-ġdid".
Omm mis-Somalja tgħid li "qegħdin inbatu għax hemm nisa oħra Somali li kienu fl-istess dgħajsa magħna li ngħataw protezzjoni. Dawk għandhom aktar drittijiet.  Għandhom aktar appoġġ u qed jaħdmu. Jrreferu għalina bħala 'dak li ma ġewx aċċettati".  Minn inewsmalta.com

Thursday, May 14, 2015


Malta kważi l-aħħar fl-integrazzjoni ta' immigranti…
…..skejjel bla appoġġ


'Tfal ta' immigranti qed jispiċċaw jaqgħu lura jew joħorġu mis-sistema edukattiva Maltija. Dan minħabba politika dgħajfa ta' aċċess għall-edukazzjoni.  M'hemm ebda appoġġ għal tfal ta' immigranti fl-aċċess għal taħriġ vokazzjonali jew għal edukazzjoni għola   M'hemm ebda ċentri speċjalizzati biex janalizzaw tfal ta' immigranti li jkunu għadhom se jidħlu fis-sistema edukattiva u biex jiġu mgħejjunin jagħżlu l-aktar skola u l-livell adattat għalihom".
Dawn huma parti mill-konklużjonijiet ta' sħtarriġ dwar Malta u s-sistema edukattiva għal tfal immigranti, liema konklużjonijiet inħarġu mill-Migrant Policy Index. F'dan ir-rapport Malta ġiet klassfikata fit-32 post minn 38 pajjiż Ewropew fil-qasam tal-edukazzjoni.  Minn 38 pajjiż Ewropew f'dik li hi integrazzjoni ta' immigranti, Malta ġiet klassifikata fit-33 post. Malta tejbet ftit il-pożizzjoni tagħha għax fis-sena 2011 kienet ġiet klassifikata fis-37 post.  Ingħad li fl-aħħar seba' snin, l-integrazzjoni f'Malta baqgħet waħda restrittiva.  Jingħad ukoll li bħalissa għaddejja ħidma dwar politika ta' integrazzjoni u din għandha twassal biex is-sitwazzjoni titjieb.
Dwar l-edukazzjoni, ir-rapport jgħid li "waqt li l-istudenti huma mistennija li jiġu edukati f'ambjent b'diversi lingwi u kulturi, l-iskejjel f'Malta ftit li xejn jirċievu għajnuna immirata biex jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi u l-opportunitajiet li tfal ta' immigranti iġibu fil-klassijiet. Malta qed toffri biss proġett adhoc għal ftit gruppi jew skejjel".
Ir-rapport isostni li "l-iskejjel f'Malta għandhom appoġġ dgħajjef biex jilħqu l-aspetattivi għolja għal tfal immigranti. Il-pożizzjoni ta' Malta turi li l-appoġġ fi skejjel Maltin hu ħafna aktar dgħajjef minn dak ta' pajjiżi oħra. Wara li l-għalliema f'Malta jingħataw taħriġ bażiku qabel jidħlu fis-servizz, huma ma jingħataw l-ebda appoġġ sistematiku biex jidentifikaw u jindirizzaw bżonnijiet speċjali għal tfal immigranti.  Ħafna pajjiżi jiggarantixxu appoġġ żejjed għal tfal ta' immigranti u dan biex jakkwistaw għarfien fil-ħiliet ta' kommunikazzjoni".
L-istħarriġ jiddikjara ukoll "li l-iskejjel Maltin qed jonqsu fuq il-multikulturaliżmu u l-multilingwiżmu fil-klassijiet fejn m'hemmx appoġġ għal integrazzjoni soċjali.  L-appoġġ għal skejjel biex jimplimentaw edukazzjoni interkulturali huma pjuttost dgħajfin f'Malta".
L-istħarriġ juri li "immigranti f'Malta ma jibbenefikawx minn politika komprensiva ta' detenzjoni fl-oqsma kollha tas-soċjetà Maltija. Prinċipji ta' trattament ugwali huma importanti u jinsabu neqsin minn politika ta' integrazzjoni f'Malta. Residenti ordinarji li mhux Ewropej f'Malta għandhom ċans inqas li jingħaqdu mal-familja tagħhom jew ikunu residenti fuq bażi ta' tul ta' żmien bi drittijiet ugwali daqs ir-residenti.  Li jittawwal il-proċess ta' ri unjoni mal-familji tagħhom iwassal għal dewmien fl-integrazzjoni.  B'dewmien għal residenza fuq tul ta' żmien, ċittadini li mhux Ewropewj qed jiġu imċaħħdin minn drittijiet u opportunitajiet li huma jistgħu jużaw biex itejbu l-integrazzjoni tagħhom".  Minn L-ORIZZONT


Wednesday, May 13, 2015




'Jiċħduli l-identità Maltija kuljum'
      -   Sara Ezabe, tfajla Maltija b'reliġjon differenti

"Tfakkira lil dawk li  huma imitaturi tal-Maltin. Sara inti u oħrajn bħalek, qatt ma kontu Maltin u qatt mhu se tkunu Maltin. Imbilli  għandek ċittadinanza Maltija ma jfissirx li inti Maltija u mhux se tkun Maltija. L-isħarriġ fost il-poplu Malti qed juri li l-attitudni tal-Maltin lejn il-barranin qed tmur dejjem għall-agħar. Ittina xi tort?"
Dan il-kumment xxandar fl-aħħar sigħat fuq is-siti soċjali b'ritratt ta' Sara Ezabe, tfajla Maltija,imma li għandha reliġjon differenti u bħal ħafna oħrajn ġenituri ta' nazzjonalità differenti. Sfortunatament fl-aħħar snin, Maltin b'reliġjon differenti qed jispiċċaw fil-mira ta' kummenti b'mibegħda, fosthom dawk li 'intom m'intomx Maltin'. Apparti l-kummenti, ma tonqosx l-emarġinazzjoni li qed issir f'ħafna każi ta' Maltin b'reliġjon differenti.
"Hawn razziżmu kontra persuni li bħali huma Maltin"
Sara Ezabe, studenta Universitarja b'reliġjon differenti hi Maltija daqs kull wieħed u waħda minnha. Imma fil-ħajja ta' kuljum tagħha, issib b'mod regolari min ma jaċċettahiex b'dan il-mod. Kummenti dispreġġjattivi u li jweġgħu ma jonqsux.  Sara, quddiem dan kollu iżda kienet pro attiva u għamlet kampanja fl-Università biex titqajjem kuxjenza dwar dan.
Meta kkuntattjajnieha, Sara Ezabe qaltilna li, "Jien Maltija. Riċentament għamilt kampanja fl-Università biex titqajjem kuxjenza  fuq persuni Maltin li għandhom reliġjon differenti imma li m'humiex aċċettati bħala Maltin. Jien naħseb u din hi l-opinjoni tiegħi, li minn dak li nesperjenza jien ħafna mir-razziżmu qed isir lejn persuni li huma Maltin bħali."
L-aħħar minn sensiela ta' kummenti ebsin saru fis-sit 'Stop the invasion'.  F'dan is-sit ġie ddikjarat minn Joe Galea mis-Swieqi li, "Kuntrarju għall-opinjoni żbaljata ta' xi wħud, li takkwista ċittadinanza Maltija jew li titwieled Malta, ma jagħmilx lilek u lit-tfal tiegħek Maltin.  Dak ikun ifisser li inti tista' tibqa' hawn u tisforza lilek innifsek fuqna. Din turi li intii tkun qed tistħi mill-għeruq veru tiegħek."
Kummen iehor li nkiteb  kien jgħid li, "M'għandha l-ebda dritt issejjaħ lilha nfisha Maltija."
"Mibegħda li kultant inħossni nistħi"
Sara Ezabe stqarret magħna li ma felħitx tara dak li nkiteb fuqha.  Min-naħa tagħha, wieġbet b'nota qasira, fuq kollox pożittiva u li se tħares 'l quddiem.  Hi tgħid li, "B'diżappunt kbir,ngħid li jien niltaqa' ma' nies li ta' kuljum jgħidu kliem ta' mibegħda kontrija. Iċaħħduni mill-identità tiegħi. Ironikament din il-mibegħda ġġagħlni nħossni nistħi li jien ċittadina Maltija. Imma dan ifakkarni li hemm bżonn urġenti għal aktar kuxjenza u edukazzjoni.  Jien nitkellem f'isem dawk il-vittmi ta' razziżmu. Hi xi ħaġa li tweġġgħek meta taqra messaġġi bħal dak li nkiteb. Imma dan jintgħeleb b'sensazzjoni ta' kuraġġ biex jitkomplu l-vjaġġ biex tintrebaħ din il-ġlieda. Nirringrazzja lil dawk li jgħinuni u li jiċċelebraw id-diversità."
Naomi Bugre, li wkoll hi persuna Maltija, tiddikjara li, "Jien, Sara u ħafna oħrajn bħalna - aħna Maltin. Jgħid x'jgħid ħaddiehor, aħna nħobbu lil pajjiżna u se nitkellmu kontra dan it-tip ta' razziżmu." Minn inewsmalta.com

Rapport b'esperenza xokkanti minn Amnesty International…

"M'għandix familjari biex iħallsuli….
…qaluli mela tingħaqad magħhom fil-mewt"
       - tifel ta' 17-il sena b'rakkont dwar ħabs fil-Libja


"Jien wasalt il-Libja bi vjaġġ minn Niġer lejn Sebħa. Lanqas biss kelli ċans indur il-belt, għax sibt ruħi l-ħabs. It-traffikanti, kif wassluna għaddewna lil grupp iehor. Dawn kienu nies armati. It-traffikanti li ġarrewna minn Agadez fin-Niġer lejn Sebħa kienu 'Tebu', iżda dawk li żammewna f'Sebħa kienu minn tribu differenti. Minn Agadez wassluna permezz ta' karozza. Ittrasferewna f'mini van iżda spiċċajna f'ħabs. Ix-xufier qalilna biex nistaħbew taħt is-seat. Spiċċajna f'ħabs ta' tlett sulari. Kien hemm madwar 40 persuna fih. It-twieqi kienu kollha ssiġillati bil-briks. Kienu jtuna ikel darba biss kuljum u kien ikollna nixorbu ilma mill-vit li kien ikun mielaħ. Jien kont niekol biss ftit ikel, kemm nitrejjaq. Kienu jittorturawna u jisfurzawna inċemplu lill-familjari tagħna biex jibagħtulna l-flus. Kienu jgħidulna li jekk mhux se nħallsu mhux se nitħallew noħorġu. Il-Kap  tal-Ħabs kien ġie ħdejna u qalilna li jrid flus mill-familjari. Hu qalilna biex il-flus jintbagħtu lil ħuh li jinsab il-Ghana. Qalilna li kif jirċievi l-flus jeħilsna. Jien għedtlu li m'għandix familjari għax kollha mietu. Hu weġibni - 'jekk ma tħallasx tingħaqad magħhom fil-mewt. Jien bdejt nibki u bdew isawwtuni b'ċintorin u b'lasta. Kien hemm immigranti oħra li ppruvaw jaqbżu għalija imma anki huma ġew imsawwtin".
Dan kien rakkontat minn tifel ta' 17-il sena mill-Kosta tal-Ivorju lil rappreżentanti ta' Amnesty International. Din l-esperjenza flimkien ma' esperjenzi oħra inġabru  f'rapport li nħareġ minn Amnesty International intitolat "Il-Libja mimlija bi krudeltà".  Dan it-tifel irnexxielu jidħol fi Sqallija s-sena li għaddiet.
Ir-rapport ta' Amnesty International jgħid li f'xi każijiet fejn familji ta' immigranti ma jkunux jistgħu iħallsu, l-immigranti li jkun hemm fil-ħabsijiet jispiċċaw jagħmlu sa sitt xhur maqfulin. Amnesty iddikjarat li kien hemm immigranti li rrappurtaw swat b'lasti tal-linja, b'armi tan-nar, ħadid u anki suġġett għal xokkijiet elettriċi.  Ir-rapport jgħid ukoll li l-immigranti ma kellhomx aċċess għal faċilitajiet sanitarji u kienu jingħataw ftit ikel u ilma.
Riedu lill-familja jħallsu $5000…..
…..finalment ħallas $200

Persuna mis-Somalja, li daħal mil-Libja fi vjaġġ mis-Sudan jirrakkonta l-esperjenza tiegħu fil-belt ta' Ajdabiya, fejn hemm hekk inżamm f'dar mit-traffikanti. Hu jgħid li "f'din id-dar kien hemm madwar 55 persuna. Kollha ta' nazzjonalità differenti. Kien hemm mis-Somalja, mill-Gambja, Niġerjani u Eritreani.  Kienu jtuna platt ta' għaġin u bott żgħir bl-ilma. Kien ikollna norqdu fl-art mingħajr gvieret. Fil-kamra ma kienx hemm twieqi. Ma kienx hemm dawl. Konna nagħmlu l-bżonnijiet naturali fil-bramel għax ma kienx hemm tojlits. Għal tmintax-il ġurnata ma stajtx ninħasel. Kien hemm gwardji li trattawna tajjeb imma oħrajn kienu jsawwtuna bl-armi. Jekk tiftaħ ħalqek jispiċċaw joqtluk. Ħadd ma kien jitkellem. Kienu jgħidulna li se jeħduna direttament l-Italja, dejjem jekk il-familja jħallsuna somma flus. Kien hemm 20 mara fid-dar, fejn il-gwardji kienu jużawhom biex inaddfu. Għall-bidu riedu li l-familja tiegħi tħallas bejn $4,000 u $5,000. Biss ma kellhomx dawk il-flus. Finalment aċċettaw li jieħdu ħafna inqas flus. Finalment inħriġt wara li tħallsu $200.  Spiċċajt f'idejn traffikant iehor li ħadni f'Abu Salim fi Tripli. Ma kellix flus biex inħallas il-vjaġġ u kelli naħdem għalih biex inħallas il-vjaġġ".
Inżammu fid-deżert għal 21 ġurnata
sakemm tħallsu 'l flus

Mir-rapport joħroġ li kien hemm grupp ta' xejn inqas minn 80 immigrant li inżammu għal 21 ġurnata fid-deżert sakemm tħallsu flus mill-familjari tagħhom biex jitkompla l-vjaġġ.
Persuna mis-Somalja, meta tkellmet mar-rappreżentanti ta' Amnesty, iddikjarat li "lili talbuni nħallas $4,800. Jien ma stajtx inħallas dawk il-flus.  Huma imbagħad naqqsu is-somma bin-nofs. Imma anki din kienet somma kbira li l-familja tiegħi ma setgħetx tħallas. Konna fid-deżert ħdejn il-fruntiera mas-Sudan. It-traffikanti kellhom trakk li kien fih l-ilma u kienu jtuna minnu kuljum.  Konna norqdu barra. Bla kutri. Jien kont nuża ġakketta li kelli bħala gverta u ż-żarbun bħala imħadda. F'dan il-grupp konna 18 mis-Somalja. Wara 21 ġurnata, il-familja tiegħi bagħtet il-flus f'Khartoum - il-kapitali tas-Sudan. Meta it-traffikanti irċevew telefonata li l-flus waslu ħallewni nkompli bil-vjaġġ".
Ir-rapport jgħid li dawk li ma jkunux jistgħu iħallsu l-flus, jispiċċaw sfruttati u jkunu sfurzati jagħmlu xogħol għat-traffikanti bla ħlas fosthom inaddfu d-djar, jaħslu l-karozza u jaħdmu fl-irziezet.  Ir-rapport jitratta ukoll każijiet fejn immigranti spiċċaw inqatlu wara li sparawlhom.  Dan sar għax ippruvaw jaħarbu.
Rabtu lir-raġel m'arblu fid-deżert….
…stupraw lil martu quddiemu

F'sezzjoni oħra tar-rapport titkellem mara Niġerjana li ħarbet mil-Libja f'Awwissu tas-sena 2014. Hi sostniet li "wasalna f'Sebħa lejn l-aħħar ta' Diċembru tas-sena 2012. Wasalna għall-ħabta tat-8.30 ta' filgħaxija.  Ma konniex nafu fejn kellna nmorru u konna qed nistennew li jiġborna ħabib tagħna.  Biss kien hemm gang ta' ħames żgħażagħ, li waqqfu quddiemna u sfurzaw lili u lir-raġel nidħlu fil-karozza tagħhom. Ħaduna f'post il-barra mill-belt fid-deżert. Lir-raġel rabtulu idejh u saqajh ma' arblu u lili stuprawni quddiemu. B'kollox kienu ħdax. Ħamsa li ħatfuna u wara ingħaqdu sitt oħra magħhom.   Ftit siegħat wara reġgħu tefgħuna minn fejn ħatfuna. Serqulna l-flus kollha. Kien hemm raġel Niġerjan li ħadna għandu. Minn hemm ċempilna mill-ġdid lil ħabib tagħna u ġie għalina".
Skjavi tas-sess biex ikomplu
bil-vjaġġ

Othman, jgħid li "t-traffikanti kienu jimxu tajjeb miegħi. Imma hu kien iħobb lin-nisa. Jien naf li kien juża tlett nisa Eritreani.  Hu kien jistuprahom u kont narahom jibku.  Ġrat minn ta' l-inqas darbtejn. Xi nisa ma kienx ikollhom flus biex iħallsu biex ikomplu bil-vjaġġ u għalhekk kienu jaċċettaw li jorqdu mal-immigranti. Għamilna xi żmien miżmumin fid-deżert. In-nisa kienu jorqdu fit-tined. L-irġiel kienu jorqdu barra.  Bil-lejl it-traffikant kien jgħajjat l-isem ta' mara li jrid. Jekk hi tirrifjuta li toħroġ, hu jisfurzaha u jgħidilha - 'jien irrid ngħinek. Irrid intik il-flus. Se nħallik tivvjaġġa lejn l-Ewropa bla ma tħallas".  Wara li rajniha ssir diversi drabi quddiemna din il-ħaġa, konna ddeċidejna li nipproteġu lil dawn in-nisa. Ma konniex norqdu bil-lejl biex nipproteġu it-tinda".
Bi tmien xhur tqala…..
…tinqatel f'ħabs Libjan

Mara Niġerjana li tat ix-xhieda tagħha qalet li "jien għamilt xahrejn f'ħabs fil-Libja. Kien ħabs tan-nisa imma l-gwardji kienu irġiel.  Kien hemm nisa mit-Tuneżija, Gambja, Ghana, Kamerun, is-Somalja u n-Niġerja.  Kienu jsawwtuna bil-kanni fuq daharna. Anki nisa tqal kienu jsawwtuhom. Bil-lejl kienu jiġu fil-kamra tagħna u jippruvaw jorqdu hemm.  Xi nisa kienu jiġu stuprati. Kien hemm  mara li ħarġet tqila wara li kienet stuprata. Jien ħadd ma messni għax kont tqila. Sofrejt ħafna fil-ħabs. Waħda minn nisa li kienet tqila mietet hemm. Ħadu l-katavru tagħha u ma nafux eżattament x'għamlu bih. Lil din laqtuha fuq l-istonku. Kellha tminn xhur tqala u mietet.  Matul il-ġurnata kienu joħorġuna mill-kmamar biex inaddfu u nsajru. Kienu anke joqogħdu jaqbulna sidirna waqt li qed naħdmu. Jekk ngħajtu jsawwtuna".
Warrbuh fil-villaġġ għax
kien pożittiv għall-HIV

Samuel, immigrant mir-Niġerja li llum qed jgħix fi Sqallija jirrakkonta l-esperjenza tiegħu. "Kien f'Diċembru tas-sena 2013, meta jien mort nagħti d-demm fi sptar u sirt naf li kont ittestjat pożittiv għall-HIV. Fil-villaġġ tiegħi saru jafu b'dan, u ħajti inbidlet mil-lejl għan-nhar.  Ħajti tiddependi minn ħanut żgħir li kelli.  In-nies waqfu jiġu jixtru. Ħadd ma ried li jkun assoċjat miegħi. Ma ridux ikellmuni. Esperjenza orribbli. Ridt nagħmel suwiċidju. Mort l-isptar u ingħatajt mediċina għal tlett xhur. Ma stajtx nibqa' ngħix hemm. Tlaqt lejn il-Libja.  F'Misallatah sibt xogħol bħala welder. Fil-Libja mort l-isptar biex ituni l-mediċina. It-tabib qalli biex nistenna iżda flok ġie bil-mediċina ġew il-Pulizija u arrestawni".
Ir-rapport jagħmel għadd ta' rakkomandazzjonijiet fosthom li kull azzjoni indirizzata lejn traffikanti għandha ssir skont miżuri legali ta' infurzar gwidati minn standards għad-drittijiet umani u li ma jikkontribwixxux  biex immigranti jispiċċaw maqbudin fil-Libja.  Jirrakkomanda ukoll li jiġi żgurat li abbużi ta' drittijiet umani u vjolazzjonijiet  tal-liġi umanitarja internazzjonali ikunu indirizzati bħala parti minn djalogu politiku immirat li jtemm il-kunflitt.  Ir-rapport jirrakkomanda ukoll li dak li huma miżmumin sempliċiment fuq l-istatus ta' immigrazzjoni, nazzjonalità, razza jew reliġjon, jinħelsu.