Saturday, July 30, 2016

Perżut fuq il-Koran fil-kamra tat-talb fl-isptar Mater Dei


    Kienet xena tal-mistħija dik li seħħet fil-kamra tat-talb fl-Isptar Mater Dei, fejn persuna jew persuni mhux magħrufa poġġew perżut ġol-Koran. Ħdejn il-Koran kien hemm ukoll karta b'ritratt ta' Fr Jacques Hamel, li nqatel f'attakk fi Franza. Mar-ritratt kien hemm miktub 'Vittma tal-Iżlam'.
    Tkellmet dwar dan il-każ Sara Ezabe, li ddeskriviet dan l-att bħala li, "Min għamel dan l-att irrisponda għall-mibegħda billi uża l-mibegħda. Fr Jacques ma kienx vittma tal-Iżlam imma kien vittma tal-istupidità. L-istess stupidità li esperjenzajna lum. Hu pprietka r-rispett, l-għaqda u l-imħabba. Nistgħu biss nonorawh billi naġixxu b'dan il-mod,” qalet Sara Ezabe.
Fi stqarrija dalgħodu, il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li juri d-dispjaċir u jesprimi solidarjetà mal-komunità Mussulmana, jikkundana bil-qawwa kollha dawn it-tip ta’ atti irresponsabbli magħmula minn nies kodardi. L-awtoritajiet fl-Isptar Mater Dei rraportaw dan il-każ lill-Pulizija.

Binja storika ta' difiża b'theddida li tinqered darba għal dejjem

Ħafna ma jindunawx li dik hi binja storika. Forsi mal-ewwel daqqa t'għajn li tagħti taħsibha struttura agrikola. Ma tkunx żbaljat sa barra. Dan għax min bena din l-istruttura, bnieha fuq il-bini tradizzjonali rurali ta' pajjiżna u dan biex ma tagħtix fil-għajn fil-gwerra. Imma din il-binja storika, li kienet parti integrali mid-difiża ta' pajjiżna, illum tinsab b'theddida fuq rasha. Dan għax feġġet applikazzjoni ta' żvilupp li jekk tkun approvata din il-binja se tgħib darba għal dejjem minn pajjiżna.Il-binja storiku li tinsab b'mannara fuq rasha hija binja ta' fortifikazzjoni f'San Ġwann. Fi kliem persuni li għandhom għal qalbhom il-wirt storiku, jekk l-iżvilupp propost iseħħ, pajjiżna se jkun tilef parti oħra mill-wirt storiku tiegħu.
L-applikazzjoni ta' żvilupp li għadha kif ġiet sottomessa riċentament, qed tqajjem rabja fost dawk li għandhom għal qalbhom il-wirt storiku.  Immedjatament il-Fondazzjoni Wirt Artna oġġezzjonat mal-Awtorità tal-Ippjanar. Ray Bondin, espert fil-wirt storiku ta' pajjiżna jikkummenta li din l-istruttura għandha tinżamm.
Inewsmalta.com għandu f'idejh l-oġġezzjoni li qed jagħmlu l-Fondazzjoni Wirt Artna, f'liema oġġezzjoni qed jgħidu b'mod ċar li, "Din l-istruttura għandha tkun miżmuma u mhux imwaqqgħa."
Hi tgħid ukoll li, "Din il-binja hi ta' valur storiku u ta' importanza arkitettonika. Din inbniet fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija biex tiddefendi lill-gżira mit-theddida ta' attakki bl-ajru. Din il-fortifikazzjoni tifforma parti mit-tielet linja ta' difiża li kienet ġiet ippjanata għal Malta. Din l-istruttura ġiet iddisinjata biex taġixxi waħedha f'każ ta' invażjoni. Illum ftit fadal strutturi ta' dan it-tip u din l-istruttura hi waħda mill-aħjar eżempji li għandna."
Il-binja tikkonsisti f'binja rettangolari fis-sular ta' isfel fejn m'hemm ebda twieqi. Imbagħad hemm turretta f'wieħed mit-truf tal-binja. Fit-turretta hemm xquq mad-dawra kollha.
Jidher li oriġinarjament inbnew madwar 200 struttura minn dawn. Ħafna minnhom spiċċaw inqerdu maż-żmien. Hu kkalkulat li fadal inqas minn 100 struttura minnhom.
L-istruttura tinsab fi Triq Emvin Cremona u l-proposta ta' żvilupp tikkonsisti fil-bini ta' sitt garaxxijiet  taħt l-art, żewġ maisonettes  u seba' appartamenti fuqhom.

Illum ġew salvati 3,400 persuni f'34 salvataġġ

Matul il-ġurnata tal-lum l-organizzazzjonijiet umanitarji li qed iwettqu salvataġġi f'nofs il-Mediterran flimkien mal-Gwardji tal-Kosta Taljani salvaw xejn inqas minn 3,400 persuna fil-vjaġġ ta' tama mil-Libja lejn l-Ewropa.
    B'kollox saru 34 salvataġġ. Fost l-aħħar savlataġġi li saru kien hemm dawk ta' SOS Mediterran li salvaw 236 persuna waqt li Medecins Sans Frontieres (MSF) savlaw 96 persuna. Il-Gwardja tal-Kosta Taljani wettqu ukoll għadd ta' salvataġġi.
    Spikkaw esperjenzi diversi abbord id-dgħajjes ta' salvataġġ. Spikkaw grupp ta' nisa li kienu għadhom kif ġew salvati, li wara li ngħataw xi ħwejjeġ infexxew ikantaw (ritratt).

Tniġġis fil-Ħofriet f'Delimara

Għadd ta' għawwiema li dalgħodu morru fl-inħawi magħrufa bħala 'Il-Ħofriet' ilmentaw minn tniġġis li kien qed jikkaratterizza l-baħar.
    Din ma kinitx l-ewwel darba li l-baħar f'dawn l-inħawi jkollu għadd ta' rqajja' bojod, b'ħafna jallegaw li dan ikun ġej mill-irziezet tal-ħut fil-qrib. Għawwiem li tkellem ma' inewsmalta.com qal li, "Ġejna l-Ħofriet u sibna ħafna rqajja' bojod. Minn fejn kienu ġejjin ma nafx. Li naf żgur hu li kien hemm irwejjaħ qawwija.”

Friday, July 29, 2016

Aktar salvataġġi... 'Kif salvajniehom bdew jibku u jsejħu 'l ommhom li mietet fil-vjaġġ'

Illum seħħew għadd ta' salvataġġi oħra fil-baħar Mediterran, fejn fost oħrajn 138 persuna ġew salvati minn fuq dinghy u ttellgħu abbord il-bastiment ta' Medecins Sans Frontieres (MSF), Aquarius.
F'dawn is-salvataġġi spikkaw żewġ aħwa li malli ġew salvati bdew jibku u jsejħu 'l ommhom. Hija mietet ftit qabel ma kellhom jitilgħu fuq id-dinghy għall-vjaġġ lejn l-Ewropa.
Volontieri li kienu fost dawk li salvawhom iddeskrivew is-sitwazzjoni bħala waħda tal-qsim il-qalb. "Kif salvajniehom bdew jibku. Ma riedu jieqfu b'xejn. Jibku u jsejħu lil ommhom. Għal dawn l-aħwa, minkejja li kienu salvati, id-disprament kien kbir. Ivvjaġġaw min-Niġerja flimkien ma' ommhom. Hi kienet ma tilflaħx waqt il-vjaġġ lejn il-Libja. Beda ħiereġ ħafna demm minn imneħirha imma ma ngħatat l-ebda għajnuna. Ftit qabel qabdu d-dgħajsa, raw lil ommhom tmut quddiem għajnejhom. Tfulija mkissra," qalu l-volontieri.
minn inewsmalta.com
 

Tintefa' żebgħa mal-lift li sar b'rabta mal-proġett tal-Baċir Numru 1

Sfortunatament b'mod regolari f'pajjiżna jibqgħu jseħħu atti vandali fuq proprjetà pubblika. Fl-aħħar sigħat kien il-lift li hemm maġenb it-teatru Grieg fl-Isla li laqqatha.
Persuna jew persuni mhux magħrufa tefgħu żebgħa safra lejn il-bieb ta' dan il-lift. Mhux magħruf x'kienet l-intenzjoni ta' dan l-att vandalu. Dan il-lift jinsabu qrib il-pont li mill-Isla jieħu għall-Bormla u li kien parti mill-proġett tal-Baċir Numru 1.
Ta' min jgħid li d-Direttorat għat-Tindif għandu l-Freephone 1718 u l-mobile app, biex wieħed jirrapporta rimi ta' skart illegali u vandaliżmu.
minn inewsmalta.com

3,034... monument diġitali aġġornat biex ifakkar il-vittmi tal-vjaġġi ta' tama

Minkejja kull sforz li saru biex jiġu salvati l-ħajjiet fil-vjaġġi ta' tama mil-Libja lejn l-Ewropa, u minkejja l-missjoni tal-Unjoni Ewropea 'Sophia' u l-bastimenti ta' għaqdiet nongovernattivi, fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, għat-tielet sena konsekuttiva, l-għarqiet ta' immigranti qabżu t-3,000 persuna.
    Meta wieħed iqabbel dawn is-sitt xhur ma' dawk tas-sena li għaddiet, isib li l-imwiet ta' immigranti żdiedu b'aktar minn 50 fil-mija.
    Quddiem dan, f'Barċellona, is-sindku tal-belt, Ada Colau, inawgurat monument diġitali li se jfakkar l-imwiet ta' persuni fil-vjaġġi ta' tama. Monument li se jkun qed jiġi aġġornat bl-imwiet li jkunu qed iseħħu.
    Fuq il-monument hemm imniżżel ċar u tond li, "Dawn mhumiex numri imma persuni".
    inewsmalta.com

Propost park olimpiku tal-isparar f'nofs żona rurali fir-Rabat

Diversi bdiewa li għandhom għelieqi fl-inħawi ta' Misraħ Suffara - żona agrikola li tinsab bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli - jinsabu mħassbin minħabba li barriera abbandunata li hemm fis-sit issa qed ikun propost li tibda tintuża biex isservi ta' "Olympic Shooting Park".
    F'din il-proposta qed jintalab li f'din il-barriera jkun hemm ħames ranges tal-isparar, faċilitajiet anċillari u anke ħanut.
    Bidwi li tkellem magħna qalilna li, "M'aħniex kontra faċilitajiet sportivi iżda żgur li dan mhux postu hawn, f'żona agrikola. L-ewwel nett għandek triq li hi dejqa u ma naħsbux li din tiflaħ għat-traffiku li jkun ġenerat. Mistoqsija oħra hi fejn se jipparkjaw il-karozzi li jiġu. Sa fejn nafu aħna, barrieri abbandunati kellhom jiġu riabilitati u jsiru ġonna jew raba', u mhux jintużaw għall-żvilupp. Għall-inqas kull meta ssemmiet din il-barriera dejjem hemm qalulna.”
    Bidwi ieħor li tkellem magħna qalilna li, "Din hi żona reklamata għall-mixjiet fil-kampanja. Magħrufa għall-kwiet u s-serenità. Bi proġett simili, din iż-żona se tkun disturbata. Nittamaw li l-għaqdiet ambjentali u l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu l-oġġezzjonijiet tagħhom.”
    minn inewsmalta.com


Schweini retires


'Vielen Dank an alle für die tolle Zeit!".  This was written this morning by Bastian Schweinsteiger.  The message is clear 'i just asked the national team coach not to consider me for future call ups for the German National Team. I want to end my international crier. My thanks go out to the fans, the team, the DFB, coaches and staff".
He also said that "in 120 international matches i was allowed to play for my country and experience moments of incredible joy and success".
He referred to the success in the World Cup in 2014. Declared that "by winning the world cup in 2014 we created something historical and emotional, which cannot be repeated in my career. Which is why drawing a' line is now the reasonable and right thing to do."
Schweini, as fans call him, made 20 World Cup appearances and 18 European Championship appearances, with his last coming in the Euro 2016 semifinal loss to France, which saw him overtake former Germany team mate Miroslav Klose, who had played in 37 games at major tournaments.

'Miraklu li l-port ħieles
jisparixxi jidher li mhix se sseħħ'


"Il-miraklu li l-Port Ħieles jisparixxi jidher li mhix se sseħħ".  Din id-dikjarazzjoni saret mill-inġinier u Kunsillier Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa, Stanley Zammit, waqt diskussjoni fuq mozzjoni mressqa mis-Sindku Kevin Barun. Il-mozzjoni ġiet approvata b'4 voti favur u 2 kontra u din ikkundannat il-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fejn dan kien iddikjara li l-Port Ħieles għandu jkun estiż. Fil-laqgħa issemma' kif kien hemm rabja għad-dikjarazzjoni li għamel il-Ħadd Simon Busuttil meta qal li hu xxukkjat bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, liema dikjarazzjoni kienet tgħid li l-port ħieles m'għandux ikun estiż f'aktar art f'Birżebbuġa. Mil-laqgħa kien hemm nieqed il-Viċi Sindku minħabba li jinsab indispost.
F'laqgħa li saret ilbieraħ deher biċ-ċar li l-kunsillieri Nazzjonalisti fil-kunsill ta' Birżebbuġa, Hermann Schiavone u Stanley Zammit dehru skomdi jitkellmu fuq id-dikjarazzjoni ta' Simon Busuttil. Zammit deher aktar skomdu minn Schiavone fejn f'ħin minnhom iddikjara li wieħed irid jara kif jagħmel biex iġib il-port ħieles b'kuxjenza akbar lejn ir-residenti. Schiavone min naħa tiegħu beda jargumenta li wieħed irid jara x'ried ifisser il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li l-fatt li jkun estiż il-Port Ħieles ma jfissirx li dan se jkabbar fuq art barra l-iżvilupp. Hu kkritika l-mozzjoni tas-Sindku u qal li din fiha fatti skorretti fosthom dik li l-port ħieles ikun estiż f'art li hi barra mill-iżvilupp.  Hu qal li l-operat tal-port ħieles jista' jkompli jikber mingħajr ma tintuża aktar art.
Hu ressaq kontro mozzjoni, li fiha daħħal il-kwistjoni tat-tanker tal-gass proviżorju li se jintuża biex jissupplixxi l-gass lill-impjant f'Delimara u b'hekk jispiċċa l-użu tal-Heavy Fuel Oil .
Il-mozzjoni approvata tgħid li "fid-dawl tal-iżviluppi riċenti bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li ma jaqbilx ma' aktar żvilupp f'art tal-Freeport, u fid-dawl ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni ddikjara ruħu favur aktar żvilupp ta' art tal-Freeport, dan il-kunsill lokali qed jirrisolvi li: jirringrazzja f'isem ir-residenti kollha ta' Birżebbuġa lill-Prim Ministru u lill-Gvern tal-impenn li ma jippermettix żvilupp ikbar li jimpatta l-kwalità tal-ħajja tar-residenti.  Jifhem ir-realtajiet tar-residenti u l-familji ta' Birżebbuġa li diġà huma vittmi ta' inkonvenjent, tniġġis u ħsejjes ta' kuljum mill-Freeport u ċertament ma jifilħux li dan ikompli jiżdied. Jappella lill-għaqdiet non governattivi sabiex jingħaqdu mar-residenti ta' Birżebbuġa biex jappoġġjaw il-pożizzjoni tal-kunsill lokali favur l-ambjent ta' Birżebbuġa u  jikkundanna l-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jrid li jikber id-daqs tal-Freeport b'impatt aktar negattiv fuq ir-residenti kollha ta' Birżebbuġa, inkluż fuq art ODZ li tant hija nieqsa fin-naħat ta' Birżebbuġa.”
Wara li żżeffen it-tanker tal-gass…..Franco
Debono jirreaġixxi u jgħid li 'dan hu r-rigal tal-PN'

Wara li fl-argumentazzjoni tiegħu l-Kunsillier Nazzjonalista f'Birżebbuġa Hermann Schiavone beda jsemmi t-tanker tal-gass li se jkun stazzjonat fil-port ta' Marsaxlokk u anke semma' dan f'kontro mozzjoni li ressaq, irreaġixxa għal dan l-eks Deputat Parlamentari Franco Debono.
F'kumment li kiteb fis-sit soċjali tiegħu qal li "wara 25  ta' traskuraġni u nuqqas ta' strateġija fl-enerġija l-Partit Nazzjonalista qed jaħseb li qed jagħmel xi opra jikkritika t-tanker tal-gass proviżorju. X'kellu jagħmel Gvern Laburista - jibqa' juża' l-HFO jew l-faħam ladarba lanqas l-impjant tal-enerġija tal-Marsa ma ngħalaq f'25 sena? It-tanker huwa r-rigal tal-Partit Nazzjonalista lill-inħawi ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk.  Rigal mgeżwer ġo 25 sena ta' traskuraġni u nuqqas ta' pjanar serju fil-qasam tal-enerġija fejn qatt ma sar assolutament xejn biex pajjiżna jkollu infrastruttura għall-gass. Meta nara t-tanker jien niftakar fit-traskuraġni u inkompetenza tal-Partit Nazzjonalista li f'25 sena lanqas rnexxxielu la jagħlaq l-impjant tal-enerġija tal-Marsa u lanqas iħallas ċenteżmu mill-impjant tal-enerġija ta' Delimara, aħseb u ara kemm iħejji għal-infrastruttura tal-gass"
Hu qal ukoll li "wara snin ikunu kkastigati u maħqurin inġustament ir-residenti ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk sabu min jistmahom u min jagħtihom d-dinjità li jixirqilhom. Nieħu gost nisma' dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru li juru għaqal u s-sens ta' bilanċ bejn d-drittijiet tar-residenti u rispett lejn l-ambjent fuq naħa waħda u l-ħtiġijiet industrijali fuq n-naħa l-oħra. Wara ħames snin nitkellem fil-Parlament dwar dan kollu bħala deputata tal-Ħames Distrett, inħoss sens kbir ta' apprezzament lejn l-Gvern Laburista li qed jimplimenta din l-viżjoni li jien ħlomt u tkellimt dwarha fil-Parlament, flimkien ma' oħrajn. Jiddispjaċini ħlejt ħafna ħin nitkellem ma' min ma riedx jisma', nagħmel proposti li illum qed jitwettqu, u allura kienu validi, iżda li l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti mhux biss ma tatx każ iżda talli pruvat tiskreditani. Dan falla u ġab riżultati katastrofiċi fuq min orkestraha".
Il-Partit Laburista ma jridx li l-familji ta’ Birżebbuġa
jkunu jafu l-impatt li se jħalli fuqhom it-tanker tal-gass


Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija li ħareġ qal li "f’laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa llum, il-Kunsillieri tal-Partit Laburista vvutaw kontra mozzjoni li kienet tinsisti mal-Gvern biex jispjega x’se jkunu l-impatti li t-tanker tal-gass li se jpoġġi Joseph Muscat ftit kilometri biss ‘il bogħod minn fejn jgħixu. Il-Kunsillieri tal-Partit Laburista - ċarament imqabbdin direttament minn Joseph Muscat - iddefendew ir-“rigal” li Muscat se jkun qed jagħti lill-familji ta’ Birżebbuġa - tanker tal-gass li hu ta’ periklu kbir għall-familji u n-negozji f’Birżebbuġa."
Tenna li "minflok, il-kunsillieri tal-Partit Laburista gidbu dwar dikjarazzjonijiet tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Il-Partit Nazzjonalista huwa favur tkabbir fl-operat tal-Freeport u dan biex jiżdiedu l-impjiegi b’pagi tajbin li jgawdu minnhom ukoll ir-residenti ta’ Birżebbuġa. Hija gidba li l-Partit Nazzjonalista għamel xi proposta biex issir estensjoni tal-Freeport fuq żona ODZ. Joseph Muscat huwa tant maqtugħ mir-realtà tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, li issa fetaħ attakk dirett ukoll fuq il-ħaddiema li ta’ kuljum, jiddedikaw l-enerġija kollha tagħhom biex is-settur tal-loġistika u d-distribuzzjoni f’pajjiżna jkompli jikber."
Tennew li "minkejja l-gideb tal-Partit Laburista, l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem biex l-ekonomija ta’ pajjiżna ma tkunx biss dik tal-klikka u l-elite jiġru ma’ Muscat, iżda tkun ekonomija tan-nies, li jgawdi minnha kulħadd."
Simon Busuttil jikkonferma li huwa favur aktar
tkabbir tal-art fil-Freeport u kontra r-residenti

Intant il-Partit Laburista fi stqarrija qal li "permezz taż-żewġ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, li ħadu l-linja tiegħu u marru kontra r-residenti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kkonferma li huwa favur aktar tkabbir tal-Freeport fuq art ODZ u għalhekk favur aktar tniġġiż u inkonvenjenzi għan-nies tal-madwar. Simon Busuttil kompla għaddej bl-istess manuvri tal-establishment politiku li huwa mmilita fih u li llum qed imexxi, billi qed ikompli joħloq aktar inkovenjenzi għan-nies tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta billi dak kollu li jniġġeż aktar u li huwa ta’ detriment għan-nies, qed jipproponi li ‘jintefa’ f’din in-naħa tal-pajjiż."
Tenna li "n-nies huma xxukkjati bil-Kap tal-Oppożizzjoni, l-istess persuna li joħlom u jaspira li jkun Prim Ministru, li qed ikompli jqis in-nies ta’ Birżebbuġa u l-madwar bħala nies tat-tieni klassi. Filwaqt li l-Gvern se jibqa’ impenjat li jgħin lin-negozji, kif diġa rajna b’mod konkret, dan iridu jagħmlu mhux billi jkompli jitfa’ aktar pressjoni fuq residenti li ilhom jaqilgħu fuq rashom is-snin, iżda billi joħloq niċċeċ ġodda ekonomiċi. Filwaqt li Simon Busuttil jibqa’ garanzija ta’ kontijiet ogħla u aktar tniġġiż, dan il-Gvern huwa garanzija ta’ arja aktar nadifa, kontijiet orħos u tkabbir ekonomiku għall-pajjiż kollu."

minn L-ORIZZONT

Thursday, July 28, 2016

Salvati 1,095 persuna fil-vjaġġi lejn l-Ewropa

Matul il-ġurnata ta' llum komplew is-salvataġġi ta' persuni li jkunu qed jaqsmu mil-Libja lejn l-Ewropa. Sa wara nofsinhar kienu ġew salvati xejn inqas minn 1,095 persuna.

    Il-bastiment Phoenix salva 401 persuna waqt li l-bastiment responder salva 439 persuni. Persuni oħra ġew salvati minn bastimenti oħra.


Wara li żżeffen it-tanker tal-gass... Franco Debono jirreaġixxi u jgħid li "dan hu r-rigal tal-PN"

Wara li fl-argumentazzjoni tiegħu l-Kunsillier Nazzjonalista f'Birżebbuġa Hermann Schiavone beda jsemmi t-tanker tal-gass li se jkun stazzjonat fil-port ta' Marsaxlokk u anke semma' dan f'kontro mozzjoni li ressaq, irreaġixxa għal dan l-eks Deputat Parlamentari Franco Debono.

    F'kumment li kiteb fis-sit soċjali tiegħu qal li "wara 25  ta' traskuraġni u nuqqas ta' strateġija fl-enerġija l-Partit Nazzjonalista qed jaħseb li qed jagħmel xi opra jikkritika t-tanker tal-gass proviżorju..X'kellu jagħmel Gvern Laburista - jibqa' juża' l-HFO jew l-faħam ladarba lanqas l-impjant tal-enerġija tal-Marsa ma ngħalaq f'25 sena? It-tanker huwa r-rigal tal-Partit Nazzjonalista lill-inħawi ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk.  Rigal mgeżwer ġo 25 sena ta' traskuraġni u nuqqas ta' pjanar serju fil-qasam tal-enerġija fejn qatt ma sar assolutament xejn biex pajjiżna jkollu infrastruttura għall-gass. Meta nara t-tanker jien niftakar fit-traskuraġni u inkompetenza tal-Partit Nazzjonalista li f'25 sena lanqas rnexxxielu la jagħlaq l-impjant tal-enerġija tal-Marsa u lanqas iħallas ċenteżmu mill-impjant tal-enerġija ta' Delimara, aħseb u ara kemm iħejji għal-infrastruttura tal-gass"

    Hu qal ukoll li "wara snin ikunu kkastigati u maħqurin inġustament ir-residenti ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk sabu min jistmahom u min jagħtihom d-dinjità li jixirqilhom. Nieħu gost nisma' dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru li juru għaqal u s-sens ta' bilanċ bejn d-drittijiet tar-residenti u rispett lejn l-ambjent fuq naħa waħda u l-ħtiġijiet industrijali fuq n-naħa l-oħra. Wara ħames snin nitkellem fil-Parlament dwar dan kollu bħala deputata tal-Ħames Distrett, inħoss sens kbir ta' apprezzament lejn l-Gvern Laburista li qed jimplimenta din l-viżjoni li jien ħlomt u tkellimt dwarha fil-Parlament, flimkien ma' oħrajn. Jiddispjaċini ħlejt ħafna ħin nitkellem ma' min ma riedx jisma', nagħmel proposti li illum qed jitwettqu, u allura kienu validi, iżda li l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti mhux biss ma tatx każ iżda talli pruvat tiskreditani. Dan falla u ġab riżultati katastrofiċi fuq min orkestraha".

Salvati 436 persuni minn fuq ħames dgħajjes

Hekk kif il-baħar jidher li reġa' kkalma, regġħu bdew is-salvataġġi ta' immigranti.
    Wara li l-jumejn li għaddew kienu kwieti għal dawk li qed iwettqu s-salvataġġi ta' immigranti fil-Mediterran, dalgħodu ġew salvati mijiet ta' nies minn fuq ħames dgħajjes. B'kollox ġew salvati 436 persuna.
    L-ewwel salvataġġ sar fl-4.30 ta' filgħodu u minn dik id-dgħajsa żgħira ġew salvati tmint itfal.

Rapporti li Malta bagħtet lura ħaddiema mill-Korea ta' Fuq

 

Wara li ftit ġimgħat ilu kien hemm rapporti dwar kif Malta kienet qed tkun użata fost pajjiżi oħra fejn jirrigwarda ħaddiema mill-Korea ta' Fuq, issa rapporti li nħarġu fil-midja internazzjonali qed isostnu li Malta ċaħdet estensjoni ta' visas lil ħaddiema mill-Korea ta' Fuq.
    L-istess rapporti, fosthom minn Yonhap News, qed jgħidu li dawn il-ħaddiema ntbagħtu lura u li Malta ħadet dan il-pass kawża ta' kampanja diplomatika mill-Korea t'Isfef u minn gruppi għad-drittijiet umani.
    B'kollox jidher li ntbagħtu lura 20 ħaddiem li kienu jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni u f'fabbrika tat-tessuti.
    Fil-bidu ta' Lulju, il-Polonja u Malta ġew implikati bħala li allegatament qed jintużaw mir-reġim tal-Korea ta' Fuq billi jintbagħtu lejhom ħaddiema deskritti bħala 'skjavi sponsorjati mil-Istat' u dan biex b'hekk jittaffew is-sanzjonijiet li hemm bħalissa fuq dan il-pajjiż minħabba l-programm nukleari tiegħu.
    L-allegazzjonijiet, li kienu xxandru f'għadd ta' mezzi tax-xandir internazzjonali, saru mill-Alleanza Ewropea għad-Drittijiet Umani fil-Korea ta' Fuq (EAHRNK).
    Rapporti li xxandru kienu qed jallegaw li l-Korea ta' Fuq kienet qed tibgħat mijiet ta' ħaddiema biex jaħdmu fi stati Ewropej. Ġie allegat li dawn qed jitħaddmu f'xiftijiet ta' bejn 10 u 12-il siegħa għal sitt jiem fil-ġimgħa. Ingħad li 90 fil-mija tal-pagi tagħhom qed jispiċċaw jintbagħtu lejn il-Korea ta' Fuq.
    L-Alleanza Ewropea għad-Drittijiet Umani fil-Korea ta' Fuq qalet li dawn il-persuni qed jaħdmu f'tarznari Pollakki, irziezet u kumpaniji tal-kostruzzjoni. Huma jsemmu ukoll lil Malta direttament u jgħidu li dawn hawnhekk qed jitħaddmu fl-industrija tad-divertiment u fil-manifattura tal-ħwejjeġ.
    L-Ambaxxata tal-Korea ta' Fuq f'Varsavja ċaħdet għalkollox li dawn il-ħaddiema qed jiġu mċaħħdin mill-paga tagħhom. "Ħadd mhu jeħdilhom is-salarju tagħhom. Huma qed jaħdmu u jaqilgħu l-flus għalihom," iddikjarat l-ambaxxata. Biss qed ikun allegat li r-reġim ta' Kim Jong Un qed juża x-xogħol barra l-pajjiż biex ikollu biżżejjed flus barranin biex jegħleb l-impatt tas-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda.
    Dawn is-sanzjonijiet kienu estiżi f'Marzu wara li sar test nukleari fi Frar li għadda. Michael Glendinning, Direttur tal-Alleanza Ewropea għad-Drittijiet Umani (EAHRNK), qal li kollox hu mmexxi minn Pyongyang u dan qed jibbenefika ħafna mix-xogħol ta' dawn il-ħaddiema.
    Ta' min jgħid li f'rapport li kien inħareġ mill-Ġnus Magħquda is-sena li għaddiet, kien ġie stmat li xejn inqas minn 50,000 persuna mill-Korea ta' Fuq kienu qed jaħdmu barra l-pajjiż, bl-Istat kien qed jaqla' bejn $1.2 biljun u $2.3 biljun.

 

Irmew munzell ta' skart fi triq fil-kampanja f'Marsaxlokk

L-inħawi f'Tas-Silġ f'Marsaxlokk hu magħrufin għal trejqa li hemm u li tieħdok lejn Delimara. Post li fih insibu diversi fortifikazzjonijiet mitluqin, u xenarju mill-isbaħ fil-baħar.  Hu post ukoll magħruf għall-għawm.

    Fl-aħħar jumejn iżda xi persuna jew persuni irresponsabbli, ħallew togħma morra f'kull min iffrekwenta din iż-żona. Dan għax xi ħadd irresponsabbli għażel li jiddisponi minn għadd kbir ta' boroż tal-iskart fi triq li tieħdok lejn Delimara, eżattament biswit knisja li hemm.

    Id-Direttorat għat-Tindif ma jonqos li jikkummenta u jgħid li "xena li tweġġa' lil kull min għandu għal qalbu l-wirt kulturali ta' pajjiżna".

Bejgħ ta' armi mill-Mafja lil grupp terroristiċi?

Investigazzjoni fuq il-Mafja fi Sqallija
….Malta implikati b'armi għall-Eġittu

Operazzjoni li kienet tinvolvi bejgħ ta' armi u li l-moħħ warajha kienet  il-mafja Sqallija qed tkun investigata minn prosekuturi kontra l-mafja fi Sqallija u dan minħabba l-potenzjal li jista' jkun hemm rabtiet ma' attivitajiet terroristiċi fl-Ewropa u anke pajjiżi oħra. Malta hi ukoll implikata u dan minħabba l-fatt li qed jingħad li prosekuturi ta' kontra l-mafja fi Katanja indikaw li qabda ta' azzarini f'Ġunju tas-sena li għaddiet kienet destinata li minn Katanja jgħaddu lejn Malta u wara l-Eġittu.  Sorsi qrib il-Europol qalu lil 'The Guardian' li l-armi inkwistjoni baqgħu ma ġewx irkuprati kollha u dan qed iqajjem il-biża li dawn spiċċaw f'idejn ċrieki kriminali jew gruppi terroristiċi.

Dan ġie żvelat f'rapport li ġie pubblikat mill-ġurnal Ingliż 'The Guardian', fil-ħarġa ta' nhar il-Ħadd li għadda.   Ir-rapport jistaqsi jekk 'Cosa Nostra hix qed tbiegħ armi lil gruppi terroristiċi".

Ir-rapport jgħid li l-prosekuturi anti mafja qed jinvestigaw dwar il-possibilità li Cosa Nostra qed tissupplixxi armi lil gruppi kriminali organizzati fl-Afrika ta' Fuq.
Ir-rapport jgħid ukoll li membri ta' Cosa Nostra ħallsu £33,000 għal 160  arma li ma kinux jiffunzjonaw imma li setgħu jiġu attivati. Ir-rapport qal li x-xahar li għadda koppja minn Katanja kienet arrestata u din kienet tappartjeni lill-klan tal-mafja 'Ceusi'.
Ir-rapport f'The Guardian jgħid li "mafja f'Katanja taħdem mill-qrib  mal-mafja f'Kalabrija Ndrangheta', organizazzjoni kriminali internazzjonali li tispeċjalizza fit-traffikar tal-Kokaina.
Ir-rapport jitkellem dwar qabda ta' armi f'Katanja fejn dawn kellhom jittajru lejn Malta u jidher li minn hawn kienu destinati għall-Eġittu. Ir-rapport jgħid li dawn kienu destinati għal traffikant tan-nies magħruf f'Lixandra. Ir-rapport jgħid li telefonati interċettati jiddokumentaw konversazzjonijiet bejn membri ta' Cosa Nostra u trasferiment ta' flus mill-Eġittu lejn Sqallija aktarx marbutin max-xiri ta' dawn l-armi.

Ir-rapport ta' 'The Guardian' jgħid li "t-tħassib prinċipali  tal-investigaturi hu marbut mal-fatt li dan it-traffikar ta' armi jista' jwassal biex dawn qed jispiċċaw f'idejn l-estremisti.'
Ir-rapport ikkwota sors qrib il-Carabinieri u dan qal li 'iċ-ċittadin Eġizzju kien  arrestat fl-Italja u dan fuq akkużi li kien jappartjeni għal organizazzjoni marbuta ma' traffikar uman."

'The Guardian" jgħid ukoll li "attività mill-ġdid ta' traffikar madwar Lixandra wasslu biex huma diversi dawk li jemmenu li militanti Iżlamiċi ibbażati fis-Sinai ikunu jistgħu jilħqu l-Ewropea permezz tal-Mediterran.  L-investigaturi jemmnu li xi wħud mill-160 AK-47 li kienu   f'idejn il-Mafsa f'Katanja, setgħu spiċċaw f'idejn intermedjarji oħra li jissupplixxu armi lil ċrieki kriminali.
Ir-rapport jgħid li sorsi qrib il-Europol qal li "ma sibniex l-armi kollha. L-investigazzjoni għadha għaddejja.  Il-biża hu li dawn setgħu tqassmu lil ċrieki kriminali jew gruppi terroristiċi".
minn l-orizzont







Rapport xokkanti dwar il-ħajja ta' immigranti fil-Libja….

"Livell allarmanti ta' vjolenza', skjavitu
u tqala mhux mixtieqa fi stupri"
       -   Medecins Sans Frontieres (MSF)



Intervisti ma' mijiet ta' immigranti salvati bejn is-sena 2015 u l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena jiżvelaw il-livell allarmanti ta' vjolenza u sfruttament li qed jgħaddu minnhom l-immigranti Afrikani fil-Libja. Nisa stuprati u xi wħud bi tqala mhux mixtieqha. Ħafna minn dawk salvati jirrakkontaw il-vjolenza li sofrew. Vjolenza kawżata minn swat kontinwu, vjolenza sesswali u anki qtil. Tispikka l-esperjenza ta' Maria (isem mibdul biex tkun protetta l-identità tagħha). Maria kienet salvata f'Ġunju li għadda.  Tgħid li "n-nies ibiegħ lin-nies. Li tbiegħ persuna fil-Libja hi normali." Hi spiċċat inqabdet minn erba' persuni Kienet sfurzata fil-prostituzzjoni u stuprata b'mod kontinwu. "Ħadulna kollox. Fil-Libja kulħadd għandu arma, anki it-tfal. Jien għaddej tlett xhur u nofs fil-Libja u kont ngħix f'żewġt idjar. Darba minnhom tifla mietet quddiemna. Kienet marida. Bla ikel u bla ilma.  Jekk tmur l-isptar jaħtfuk. Il-ħabib tiegħi għadha fil-ħabs".
MSF, f'rapport li ħarġu intitolat 'Maqbudin waqt il-vjaġġ', intervistaw għadd ta' immigranti irġiel, nisa u anke tfal mhux akkumpanjati b'xi wħud kellhom biss 10 snin.
Minn dak pubblikat minn MSF jirriżulta li 50 fil-mija tal-immigranti li kienu intervistati  matul is-sena 2015, qalu li huma kienu spiċċaw f'detenzjoni fil-Libja għal diversi xhur. Dan allegatament sar kemm minn diversi milizzji kif ukoll gruppi kriminali. MSF tgħid li l-immigranti irrakkontaw kif kienu maqfulin fi djar b'kundizzjonijiet inumani u bla aċċess għall-kura medika u ħafna drabi sofrew vjolenza u xogħol sfurzat.
Mara Somala, salvata f'Mejju ta' din is-sena rrakkontat ma' MSF li "kif wasalna fil-Libja poġġew ġo hangar kbir.  Domna hemm għal żmien mhux ħażin.   Xi wħud damu hemm ġimgħatejn u oħrajn damu hemm anke sa erba' xhur peress li ma kellhomx flus. Kienu  jtuna ftit ikel darba kuljum. Ma kienx hemm indafa.  Qatt mhu se nirritorna l-Libja, jiġri x'jiġri".
Ħtif…..isawtuk b'li jiġi
għal idejhom biex tħallas

Għadd kbir ta' immigranti jitkellmu fuq flus li kellhom iħallsu wara li spiċċaw inħatfu. Skont l-immigranti l-pagamenti kienu jsiru  permezz ta' Hawala li hi sistema ta' trasferiment ta' flus informali. Xi immigranti qalu li xtraw il-ħelsien tagħhom bi flus li kellhom fuqhom xi drabi meħjutin fuq ħwejjiġhom.
Jitkellem Menthueos, li għandu 23 sena u li kien salvat f'Mejju ta' din is-sena. Jitkellem fuq kif ħarab minħabba li ma riedx ikunu parti mis-servizz militari fl-Eritrea li hu impost. Hu inħataf fil-Libja għal erba' xhur.  Dawk li ħatfuh riedu li jkun hemm ħlas ta' $2,000 biex jinħeles. "Kienu jżommu n-nies maqfulin hemm. Jittorturawhom u jsawwtuhom. Dan biex il-familji tagħhom jibagħtu l-flus biex jinħelsu.  Ħafna drabi jien spiċċajt imsawwat u ttorturat. Jien ma kellix familja lil min inċempel. Jien smajt li kien hemm persuni li għamlu snin miżmumin għax ma ħallsux. Jitfgħuk mal-art u jsawwtuk b'kull ma jiġi għal idejhom. Isawwtuk bil-ħadid u anki bl-azzarini. Jorbutlek idejk u saqajk. Iħalluk mal-art bil-lejl u bi nhar. Ma jtuk kważi xejn x'tiekol."
Xogħol sfurzat fl-għelieqi
MSF, fir-rapport li ppubblikaw jgħidu kif għadd ta' immigranti jitkellmu fuq xogħol sfurzat.  Ħafna drabi l-immigranti jispiċċaw maqbudin bejn 'middlemen' u 'brokers' u maqfulin f'detenzjoni.
Grupp ta' sitt immigranti li kienu ġejjin mill-Kamerun, Kosta tal-Ivorju u l-Guinea u li kienu salvati f'Mejju ta' din is-sena jirrakkontaw li "kollha qgħadna żmien differenti fil-Libja. Min xahrejn u min sa seba' xhur.  Ma konniex nafu li konna se niġu sfurzati naħdmu. Xi wħud kienu fortunati u spiċċaw qabdu dgħajsa fi żmien qasir. Imma ħafna oħrajn spiċċaw kellhom jagħmlu xogħol sfurzat. Konna nkunu miżmumin f'ħabsijiet privati. Hemm djar proprjetà ta' sidien li jmexxu l-iskjavitu. Dan hu negozju. Kienu iġagħluna naħdmu fl-għelieqi u anke anke xogħlijiet oħra".
Immigrant Somalu li qatta xi żmien il-Jemen u li kien salvat f'Mejju li għadda qal li " jien kont mibjugħ minn persuna fis-Sudan lil wieħed Libjan. Il-prezz tiegħi kien $2,000. Traffikanti Sudaniżi u Libjani jaħdmu flimkien. Dak hu n-negozju tagħhom. Dment li xtrajna żammewni f'detenzjoni. Kont naħdem fl-irziezet. Fid-detenzjoni fejn kont miżmum bil-lejl, rajt diversi immigranti imutu minħabba li kienu morda u ma ngħatawx kura. Wara li kont ħdimt biżżejjed, telquni biex naqbad id-dgħajsa."
Lami li għandu 26 u li hu mis-Senegal qal lil MSF li "obbligawna naħdmu u ma kienux iħallsuna. Kienu jitrattawna qisna skjavi. Kienu jsawwtuna ħafna b'ħadida. Jien tlift ħafna demm. Lanqas stajt nimxi. Kien hemm wieħed li kien marid sew u l-kundizzjoni tiegħu kienet dejjem sejra għall-agħar. Hu miet quddiem għajnejja. Kellna nidfnuh aħna. Fil-Libja jekk ma jkollokx flus biex tħallas lil min jattakkak, tiġi msawwat. Ippreferejt immut mgħarraq fil-baħar".
"Kont nibża li jistuprawni kif għamlu
lil nisa oħra"

Esperjenzi oħrajn kienu dwar prostituzzjoni sfurzata, fejn Hope (isem mibdul biex tkun protetta l-identità tagħha tgħid li "jien għandi għoxrin sena. Kont inkanta fin-Niġerja. Kont sirt ħabiba ma' mara u din  stednitni inmur f'Lagos fin-Niġerja stess. Meta mort hemm hi biegħitni lil mara oħra. Dan ħaditni f'post li jintuża għall-prostituzzjoni fil-Libja. Kienu jiġu l-irġiel u jħallsu biex jagħmlu s-sess man-nisa. Jien irrifjutajt li nagħmel is-sess. Qafluni u kienu jsawwtuni".
Natasha ta' 23 sena mill-Kamerun, kienet salvata flimkien ma' bintha ta' erba' xhur.  Hi tgħid li "meta wasalna fi Tripli ħatfuna.  Ħaduna f'dar fejn kien hemm mijiet ta' persuna miżmumin.  Żammewni hemm ħames xhur. Kont beżgħana ħafna li se nispiċċa immut hemm. Kont nibża' li se jispiċċaw jistuprawni kif għamlu lil nisa oħra".
Jiġu għal mediċina għas-sogħla
u tara ġrieħi ta' tortura fuq ġisimhom

Dr Erna Rijnierse, tabiba ta' MSF fuq il-bastiment Aquarius li jwettaq salvataġġi f'nofs il-Mediterran, qalet li "jkun hemm każi fejn il-persuni salvati jiġu għall-mediċina minħabba s-sogħla u mbagħad tara li fuq ġisimhom iħalli feriti ta' daqqiet li jkunu qalgħu. Issib li anke jkollhom għadam miksur. Kif tkellimhom jibdew jirrakkontawlek l-esperjenzi xokkanti tagħhom.  Fl-aħħar 12-il salvataġġ rajt xejn inqas minn 32 pazjent bi ġrieħi ta'vjolenza.
Fir-rapport tagħhom MSF isemmu diversi pazjenti li kellhon ġrieħi serji ta' daqqiet li qalgħu.   Dr. Paola Mazzoni  f'kummenti li għaddiet ukoll ikkonfermat għadd ta' każi ta' ġrieħi serji minħabba vjolenza li sofrew.
Dominique Luypaers, qabla ma' MSF fuq il-bastiment Bourbon Argos, tgħid li "nisa li jkunu salvati jkunu b'sentimenti iddisprati. Dan narah meta nkunu qed ninvistawhom. Jirrakkontaw l-esperjenzi iebsa li jkunu għaddew minnhom fil-Libja. Hemm nisa li kienu stuprati. Hemm nisa li spiċċaw bi tqala li ma xtaquhiex".
MSF fir-rapport tagħhom jgħidu li dawn l-esperjenzi ta' immigranti maqbudin fil-Libja, qed iħallu effetti psikoloġiċi severi fuq l-istess immigranti.  Jenfasizzaw li f'sena waħda biss f'ċentru f'Ragusa, kien hemm 60 fil-mija ta' 387 immigrant li kellhom problemi mentali. Kien hemm imbagħad 82 fil-mija tal-immigranti li kienu qed ibatu minn trawmi kawża ta' dak li għaddew minnu.
Ahmed Al Rousan, Cultural Mediator ma' MSF jgħid li "meta jkunu salvati l-ewwel li nagħmlu hu li nikkalmawhom. Niżgurawhom li mhux se jerġgħu jittieħdu lura lejn l-infern li kienu fih.  Jien inħares f'għajnejhom u huma jħarsu lura lejja.  Ikun imwerwrin. Ngħidulhom ċar u tond li ħadd mhu se jeħodhom lura lejn il-Libja.
minn l-orizzont

Wednesday, July 27, 2016


"Martri, ispirazzjoni" - membri tal-kleru f'Malta jikkummentaw dwar il-qtil ta' Fr Jacques Hamel

Il-qtil ta' Fr Jacques Hamel f'Rouven fit-Tramuntana ta' Franza waqt li kien qed iqaddes ġie mqabbel mal-qtil ta' Thomas ta Becket u ta' Oscar Romero. Ħafna iddeskrivewh bħala 'il-martri ġdid ta' llum'.  Il-kundanni minn madwar id-dinja kollha ma naqsux. Kien hemm min mar pass ieħor, fosthom il-politiku Taljan Roberto Maroni fejn dan appella lill-Papa Franġisku biex jibda proċess immejdat biex Fr Hamel jibda t-triq li jiġi dikjarat qaddis. Ma naqsitx diskussjoni fi ħdan membri tal-kleru f'Malta.  Inewsmalta.com tkellmet ma' diversi membri tal-kleru, fejn dawn spjegaw kif jaraw lil dan il-qassis ta' 84 sena, dgħajjef, u li miet waqt li kien qed jiċċelebra l-quddiesa, bħala 'ta' ispirazzjoni'.

    Il-Kappillan tal-Parroċċa ta' Santu Wistin, Fr. Deo Debono meta kuntattjat qalilna li "hu ta'  dispjacir kbir għalina s-saċerdoti li nisimgħu b'dawn il-ġrajjiet u ssewdilna qalbna għax nafu li ħafna mill-familjari, ħbieb u parruċċani tagħna jinkwetaw għalina. L-aktar ħaġa li dejqitni hija li attakkaw anzjan li m'għandux saħħa biex jieqaf lil min jattakkah. Min qatlu ried jidher b'saħħtu billi sab saċerdot dgħajjef. Aħna ma għandna qatt naqtgħu qalbna. Il-Mulej stess wissiena li għad nkunu ppersegwitati minħabba fih. M'għandniex nibżgħu anzi għandna nħarsu lejn dan is-saċerdot u nħalluh ikun ispirazzjoni għalina."

    Tenna li "għalina saċerdoti żgħażagħ, dan is-saċerdot għandu jgħallimna ħafna fuq xi tfisser li tingħata u d-disponnibiltà għax minkejja li kellu fuq 80 sena b'għażla tiegħu mar jiċċelebra l-quddies għall-poplu u bla ma kien jaf kellu jkun ta' servizz bl-eżempju tiegħu bħala martri ġdid għall-knisja kollha."

    "Martri...qed ngħixu f'dinja tal-biża' fejn kważi tixba' tgħix" - Fr Reno Muscat

    Fr Reno Muscat  fir-reazzjoni tiegħu qalilna li "dan hu martri, hekk inqisu dan il-każ, mhux inqisu iżda hekk hu. Kristu stess wegħdna l-persekuzzjoni, iżda aktar faċli tgħid milli twettaq dak li tippriedtka aktar faċli tirrakkonta l-istejjer tal-martri milli tkun martri inti stess. Dun Jacque Hamel huwa vittma ta' ġlieda mhux bejn ir-reliġjonijiet iżda bejn il-kulturi, iżda billi l-kultura Ewropea għandha l-għeruq tagħha fil-fidi Kristjana, qed tkun din il-fidi li l-aktar li tbati. F'waqtiet  bħal dawn faċli wieħed jirribella, faċli wieħed jimtela' bir-rabja jew bil-mibegħda lejn dawk li wettqu dan l-att tà niket, iżda bħala Nsara niftakru li anke Kristu wara tant ġid li wettaq spiċċa maqtul."

    Fr Reno saħaq li "mill-banda l-oħra nemmen li fl-2016 dawn l-atti ma għandhomx isiru u hemm bżonn li tinstab soluzjoni biex kulħadd jgħix fis-sliem. Qegħdin ngħixu f'dinja tal-biża', f'dinja fejn kważi tixba' tgħix. Mhux sewwa, għax id-dinja hawn lok għal kulhadd U kulħadd għandu dritt jgħix, u jgħix bil-kwiet u fis-sliem."

    "Fl-Italja ta' Fuq hawn biża' mit-terroriżmu u b'dak li ġara din se tkompli tikber" - Fr Anthony Mario Saliba

    Minn naħa tiegħu Fr Anthony Mario Saliba, li hu bbażat f'Monza l-Italja, fil-kummenti li għaddielna qalilna li "dak li ġara fil-fehma tiegħi hu serju ħafna għal żewġ raġunijiet. Dak li ġara, ma ġarax f'xi belt kbira u importanti, jew f'xi kattidral li jżuruh it-turisti, ecc. Imma seħħ f'raħal żgħir insinifikanti. Dan ifisser kemm verament wieħed m'għandux jieħu qisu xejn mhu xejn dan il-periklu enormi tal-estremiżmu iżlamiku. Hemm ukoll l-aspett tal-"għaliex" twettaq. Id-delitt mhux delitt politiku imma "in odium fidei". Il-qassis, ġie maqtul, mhux b'kumbinazzjoni jew għax inzerta kien hemm imma ġie maqtul propju għax hu qassis nisrani. Dan jikkonferma dak li kemm-il darba qal il-Papa Franġisku li din hija gwerra lill-kultura nisranija tal-Ewropa, ir-"radici cristiani" - l-għeruq insara" tal-Ewropa. Mela, wara dak li ġara, għandna l-konferma li l-estremiżmu Iżlamiku meta jikkumbatti l-oċċident m'għandux f'moħħu biss ġlieda politika, anti-kapitalista u oħrajn imma għandu f'moħħu wkoll gwerra reliġjuża, jiġifieri reliġjon tiġġieled lill-oħra."

    Enfasizza li "dawn huma ż-żewġ aspetti li ġew f'moħħi wara li smajt bl-aħbar. Hawnhekk, fl-Italja ta' fuq hawn ħafna biża u tensjoni minħabba t-terroriżmu. Wara dak li ġara llum, dan il-biża' se jkompli jikber." Isostni li "minkejja din il-biża' kollha, pero', il-Caritas Ambrozjana u l-Knisja Kattolika tad-Djoċesi ta' Milan qiegħda fuq quddiem nett biex tgħin lil dawk li, minħabba l-gwerra u l-vjolenza fil-Lvant Nofsani, qed ifittxu kenn fl-Ewropa."

87 katavru jittellgħu fuq ix-xtajta ta' Sabratha fil-Libja

Fl-aħħar erbat ijiem, minn mal-kosta Libjana b'mod partikolari dik li hemm fil-viċinanzi ta' Sabratha ġew irkuprati xejn inqas minn 87 katavru minn fuq ix-xtajtiet.  Dawn huma katavri ta' immigranti li spiċċaw mgħarrqin fl-aħħar jiem.

L-iġsma bdew jittellgħu fuq ix-xatt mill-mewt nhar il-Ġimgħa.  Is-Sibt instabu 41 katavru.  Dawn instabu minn voluntieri li ġew imħarrġin għal dan il-għan.

Il-Markiża "dawret wiċċha b'niket" lejn pjanti li qed jitħallew imutu mewta krudili

Kemm il-darba rrappurtajna u ġibna anke ritratti dwar pjanti li kienu tħawwlu fi qasir matul ix-xatt f'Buġibba u San Pawl il-Baħar.  Kellhom ikunu parti minn inizjattiva biex inħaddru aktar iż-żoni urbani. Sfortunatament, illum għal raġunijiet li ħadd ma jaf għaliex, dawn il-pjanti mhu jħaddru imkien għax mietu bil-għatx.

Id-dehra tagħhom nexfin tiġbed l-għajn ta' kulħadd.
Ironikament anke statwa għall-Markiża Buġeja għamluha tħares lejn waħda minn dawn il-pjanti nexfin.

Ikkummenta dwar dan l-eks Sindku ta' San Pawl il-Baħar, Ray Tabone. F'messaġġ li kiteb qal li "tpoġġa f'postu l-monument ad unur u b' memorja tal-Markiża Bugeja. Proset u sabiħ. Il-Markiża Buġeja pero dan il-lejl dawret wiċċha.  Issa qed tħares b'ħarsa ta' niket lejn qasrija li saret minn Kunsill Lokali preċedenti Laburista bis-saħħa ta' skema mill-Ministeru għall-Ambjent."


Jikkritika lis-sindku dwar nuqqas ta' tisqiha  u jgħid li "aħna l-ilma għalihom konna nġibuh b'xejn."  Ma jonqosx li jitfa' botta politika u qal li hu tal-opinjoni li s-sindku jidher li aktar hi moħħha fl-elezzjoni ġenerali milli l- lokal. Jibbottja ukoll lill-Viċi Sindku David Thake u jgħid li lil dan ma tarahx b'nemes fejn donnu qed jikkompeti ukoll għas-siġġu Parlamentari.

Ray Tabone qal ukoll li "u possibbli missierha id-Deputat Parlamentari Censu li jiftaħar li jqum kmieni kuljum u joqgħod idur il-lokal biex jiċċekkja xi nuqqasijiet ma' ndunax b' dawn il- pjanti u s-siġar ili qed mutu mewta naturali krudili".



Abbuż sfrenat ta' rimi illegali f'Popeye Village

F'żona li hi ffrekwentata sew minn turisti li jmorru jżuru l-villaġġ ta' Popeye fil-Mellieħa, dawn l-istess turisti xejn ma jintlaqgħu minn xeni sbieħ li hemm fil-viċinanzi.  Dan għax f'żona ftit bogħod hemm miżbla sħiħa fosthom saqqijiet mormijin, rimi ta' skart tal-kostruzzjoni u skart ieħor.

Fi kliem id-Direttorat għat-Tindif  li qegħdin fil-post ineħħu dan l-iskart, dan mhux xejn għajr abbuż sfrenata ta' rimi illegali.  F'messaġġ li ħarġu kitbu: "Possibbli li għad għandna min hu daqshekk irresponsabbli?"

Dar fil-Belt se tkun mużew iddedikat lil Fortunato u Nerik Mizzi

Il-Mexxej tal-Partit Anti Riformista Fortunata Mizzi u ibnu Nerik Mizzi li wara kien laħaq Prim Ministru, issa se jkollhom mużew iddedikat għalihom. Dan se jsir f'residenza li huma kellhom fil-Belt.

Il-Parlament għadu kif approva li din id-dar tingħata b'emfitewsi temporanja.


Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri meta ressqet ir-riżoluzzjoni qalet li peress li hu l-għan tal-Gvern li jinċentiva attivitajiet politiċi kulturali, qed jiddisponi titolu ta' emfitesi temporanja ta' fond bl-arja tiegħu li jinsab fi Triq SanĠwann u li dan se jintuża bħala Mużew għax-Xjenza Politika dwar il-ħajja ta' Fortunato u Nerik Mizzi. 

Il-prorpjetà 10 u 12, ingħataw b'titolu ta' emfitewsi temporanja lil fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi.

Fortunato Mizzi għex bejn l-1844 u l-1905 u kien fundatur tal-Partit Anti Riformista.
Hu kien membru  tal-Komunità Pro Taljana f'Malta u fl-attivitajiet politiċi kien jagħmel kampanja biex f'Malta tibda tintuża l-lingwa Taljana.

Fortunato kellu tifel li kien semmieh Nerik u dan kien laħaq Prim Ministru ta' Malta fis-sena 1950.  Hu miet tlett xhur biss wara.  Nerik Mizzi hu l-uniku Prim Ministru Malti li miet waqt li kien qiegħed fil-kariga.


Tuesday, July 26, 2016

Children see the friend, before the disability

Breaking down the barriers to inclusive early childhood education

The right to early childhood education is a basic child right for all children. It is also among the most effective pathways to integration and inclusion. This is why it’s unfair when children miss it out simply because of where they live, their ethnicity, the wealth of their families, and even their abilities. In this country, only 0.5% of children enrolled in pre-school education are children with disabilities. There are many reasons for this including the opinion of around 50 per cent of the general public which would not accept that a child with physical disabilities attends the same class or kindergarten as children without disabilities. The situation is unfair, but Mihail’s story is one that shows things are changing.
All children have enormous potential. When included in quality pre-school programmes together with their peers, children with disabilities get the opportunities they need to reach that potential. Mihail, four year old, from Veles has cerebral palsy. He is one of the few children with disabilities who attend kindergarten in the country. Playing games together with other children, and especially with his best friend Ljupco, is one of the things he loves most.

Focusing on a child’s disability without first seeing the child, constrains their potential. Mihail and Ljupco became friends from the very first day. Like all children, their friendship is based on what they can and enjoy doing together. “What I love to play with Miki is racing cars,” says Ljupco.
You wouldn’t think that being a race car driver was a sport for children, let alone for a child with cerebral palsy. But Maya, the educator at the kindergarten “Disney”, OJUDG “Dimche Mirchev” — Veles, came up with a game that all children can play, regardless of their abilities. In fact, Maya developed the game after consulting with a special educator. It requires children to move a car while on their knees, around obstacles to the finish line. This game is both suitable for Mihail’s condition and is recommended for muscle strengthening.
All the children benefit from the wide range of methodologies that inclusive teachers use to respond to the needs of all learners — including those of children with disabilities. At Mihail’s kindergarten, all the children love the car game and cheer on their class mates. “When included in playing games on an equal basis with other children, Mihail builds self-confidence and independence. Cheering makes him proud of his achievements. The same goes for all the other children,” says the educator Maya.
Maya, is also a future trainer on inclusive practices in pre-school education and she attended all UNICEF supported workshops on inclusion of children with disabilities in regular kindergartens. “I learned from the workshops how to adapt the existing curriculum to the needs of all children including children with disabilities. We do everything together, and we ensure that Mihail fully participates in all activities” says Maya.
Like any child, children with disabilities carry the promise of happy, meaningful lives, of vital community participation, and of making contributions to build inclusive and sustainable societies. But society cannot be equitable unless all children are included, and children with disabilities cannot be included unless the environment around them changes to support their participation.

Disa' żgħażagħ xtraw bastiment u ġew fil-Mediterran isalvaw l-immigranti

Wara vjaġġ pjuttost twil disa' żgħażagħ flimkien ma' grupp ieħor ta' volontieri fl-aħħar jiem kienu f'pajjiżna fejn minn hawn bdew il-vjaġġ lejn ibħra internazzjonali qrib il-Libja bl-għan tagħhom ikun dak li jsalvaw l-immigranti. Dawn issa se jingħaqdu ma' diversi organizazzjonijiet oħra li bħalissa qegħdin iwettqu salvataġġi, li huma Medecins Sans Frontieres (MSF), il-Migrant Offshore Aid Station (MOAS), Sea Watch u SOS Mediterranean apparti l-bastimenti navali Taljani u dawk tal-missjoni Ewropea 'Sophia'.

    L-idea bdiet minn żewġ żgħażagħ minn Berlin Jakok Schoen u Lena Waldhoff, li għandhom 20 u 23 seen rispettivament. Wara kampanja li għamlu huma ġabru €300,000 u bihom xtraw dgħajsa.  Magħhom immedjatament ingħaqdu għadd ta' voluntieri u professjonisti biex jassistu.

    Iż-żgħażagħ isostnu li "meta jkollok għoxrin sena, jkun hemm modi diversi ta' kif wieħed iħares lejn il-baħar.  Hemm min iħares lejh għal xi vaganza, jew biex jieħu ritratti u jaqsamhom ma' sħabu. Jista' jkun li jkun hemm min iħares lejn il-baħar b'mod aktar wiesa u jara l-indifferenza li hemm f'dik li hi politika umanitarja. Quddiem dan, konna disa' studenti li ddeċidejna li niġbru l-flus biex nixtru bastiment u nibdlu f'bastiment ta' salvataġġ ta' immigranti", jgħidu ż-żgħażagħ.

    Bla dubju ta' xejn li din kienet idea ambizzjuża u kuraġġuża, fejn fi żmien sena dan il-ħsieb evolva sew.  L-għan ta' din il-missjoni hu li tagħmel xi ħaġa b'mod konkret biex tindirizza s-sitwazzjoni ta' emerġenza f'dik li hi salvataġġi f'nofs il-Mediterran. Huma jridu joħolqu ukoll diskussjoni fost iż-żgħażagħ biex tippromwovi l-parteċipazzjoni u l-iżvilupp ta' politika dwar l-ażil.

    Jakob Schoen jgħid li "aħna grupp ta' żgħażagħ li għandna opportunità li nibdlu xi ħaġa.  Li jkollok bastiment ta' salvataġġ mhux is-soluzzjoni għat-tul. Biss dan jgħin biex issalva l-ħajjiet.  Dan imma se jqajjem il-mistoqsija għaliex flok huma il-gvernijiet li qed jagħmlu s-salvataġġ, qed ikunu grupp ta' żgħażagħ li għamlu inizjattiva privata ta' salvataġġi?".

    'L-għan tagħha hu sempliċi. Dak li jkun hemm inqas imwiet fil-Mediterran. Fuq naħa għandna l-bastiment u fuq naħa l-organizazzjoni Jugend Rettet li trid tibni qafas Ewropew dedikat għall-adoloxxenti u żgħażagħ li jridu jiddiskutu r-rwol li għandu jkollha l-Ewropa fuq emerġenzi umanitarji."

    Ta' min jgħid li minkejja d-diversi organizazzjonijiet li hawn f'nofs il-Mediterran u minkejja l-missjoni tal-Unjoni Ewropea, l-imwiet matul din is-sena diġa laħqu it-3,000 persuna, li hu ferm akbar minn kemm kienu mietu s-sena ta' qabel fl-istess perjodu. Hu stmat li minn Marzu 'l hawn 20 persuna kuljum tilfu ħajjithom fi vjaġġi lejn l-Ewropa fil-Mediterran.
    minn l-orizzont u inewsmalta.com

 Terror attack rocked France


Another suspected terror attack has rocked France, and this time, a priest has been killed in a church near Normandy. France has been on high alert since before the Bastille Day terror attack in Nice. This suspected terror attack where a priest was killed near Normandy is currently being investigated by France’s national counter-terrorism task force (SDAT) and the General Directorate for Internal Security (DGSI) intelligence agency.
In Malta Archbishop Charles J. Scicluna expressed condolences. In a tweet he said 'On behalf of the Archdiocese of Malta, I express support for the Archdiocese of Rouen (France) & join in prayers for its people & for peace."
CNN reported that speaking to journalists in the northern French town of Saint-Etienne-du-Rouvray, where two men took five people hostage during morning Mass Tuesday, Hollande said the attack was a "cowardly assassination" carried out by "by two terrorists in the name of Daesh" -- another name for ISIS.

Daily Record reports that Father Jacques Hamel, an 86-year-old priest that was officiating services prior to the terror attack, was killed when one of the hostage takers reportedly yelled “Daesh” and slit his throat. The alert was raised about the attack when a third nun escaped the church and notified police.

Le Figaro reports that Geoffroy Didier, vice president of the LR region Île-de-France, stated the attack on the church was really an attack at the heart of France.
“Let’s be clear: targeting a church is wanting to tackle the deepest roots of France,” he said.
Express reports that Father Jacques Hamel, the priest killed in the church attack near Normandy, was a much-loved priest in the area whose discretion was a source of pride.
“He was someone who was treasured by the community,” said Eulalie Garcia, who works near the church. “He was very discreet and didn’t like to draw attention to himself.”
Le Figaro also notes that Father Jacques Hamel had been at the church for over 20 years and had been set to run church services at the church near Normandy throughout July.

In Malta, various reactions to this attack. Priests in Malta described Fr Hamel as a Martyr. Some shared this message.
LET US PRAY FOR FR. JACQUES HAMEL WHO WAS KILLED DURING HIS HOLY MASS IN HIS CHURCH IN SAINT-ETIENNE-DU-ROUVRAY NEAR ROUNE DANS LA NORMANDIE (FRANCE). HE IS OUR CHRISTIAN MARTYR. R.I.P.

Antonio Anastasi said yet another act of terror. Second one in 24hours after the Japan knife attack killing various people.




Fr Gordon Refalo enfasized the need to pray for peace.

Keith Marshall said 'Polar approaches - dying for one's faith....or killing for it. A defenceless, frail 86 year old man of the cloth - spineless cunts'.

Fr Nicholas Cachia, former Teology Lecturer at the University of Malta and now based in Florida said "the Archbishop of Rouen, Msgr. Dominique Lebrun, who was attending WYD in Poland, said following the assassination of Catholic Priest Fr. Jacques Hamel, 84, by two attackers while celebrating Mass: "I cry out to God with all men of goodwill. I would invite non-believers to join in the cry. The Catholic Church cannot take weapons other than those of prayer and brotherhood among men." Lord, grant him eternal rest and grant the world peace."

Fr Dillion Buġeja jikkummenta li "Demm tal-martri gewwa Rouen. Id-demm Fr. Jacques Hamel thallat mad-demm tal-haruf".


Terġa' tibda tinqala' t-triq tal-Baħrija

Residenti li joqogħdu l-Baħrija ma setgħux jemmnu lil għajnejhom meta raw li t-triq li fiha kienu nstabu għadd ta' oqbra u li kienet intradmet, ilbieraħ reġgħet infetħet.

"Dan xi ppjanar sar?" staqsa lil inewsmalta.com wieħed mir-residenti.

"Kollox kien qed jidher li x-xogħol se jitlesta fi ftit jiem oħra imma issa reġa' beda jitħaffer gandott," qalilna l-istess residenti.

Intant sorsi qrib ix-xogħlijiet qalu lil inewsmalta.com li oriġinarjament il-katusi tad-drenaġġ kienu se jgħaddu mill-ġenb tat-triq iżda jidher li nqalgħu xi intoppi, u issa ġie deċiż li titħaffer it-triq u l-katusi jgħaddu minn kanal.
minn inewsmalta.com

Bejn Jannar u Ġunju kien hemm sitt persuni jorqdu barra

Forsi moħbijin minn għajn in-nies. Mhux faċli tkun taf bihom. Imma ħaddiema soċjali u aġenziji li jaħdmu qrib persuni li ma jkollhomx saqaf fuq rashom, jgħidulek kif din hi problema li qiegħda tiżdied. Ir-raġuni huma varji.

    Fil-Parlament ingħatat statistika li fiha ntwera kif bejn Jannar u Ġunju kien hemm sitt persuni jgħixu barra f'pajjiżna u li dawn kienu rrappurtati lill-Pulizija.

    Fi tweġiba Parlamentari mill-Ministru Carmelo Abela għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, intqal li, "Matul dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm erba' każijiet ta’ rapporti mal-Pulizija, ta’ sitt persuni li kienu reqdin barra. Dawn ir-rapporti kienu l-Belt Valletta, l-Isla u Kemmuna, u kien hemm każ ta’ tliet persuni ġewwa l-Qawra. Erbgħa minn dawn il-persuni eventwalment sabu akkomodazzjoni altenattiva, wieħed ġie rriferut u assistit mir-rapprezentanza diplomatika tieghu f’Malta u f’każ ieħor il-persuna konċernata kienet qed tagħmel ir-rappreżentazzjonijiet tagħha ma’ entitajiet li jistgħu jassistuha."
    minn inewsmalta.com

Fl-Armier bil-pixxina!

Fil-ġurnal L-ORIZZONT ġie rrappurtat li kienet kamra fl-Armier bħal oħrajn sa ftit ġimgħat ilu. Imma f'daqqa waħda mil-lejl għan-nhar din il-kamra bdiet tinbidel. F'temp qasir saret tispikka fuq l-oħrajn. Permessi ta' żvilupp ma kien hemm imwaħħlin imkien. Tfittex mal-MEPA u ssib li permessi ma nħarġu imkien.

    Ix-xogħol kompla għaddej. Ma kienx jinvolvi biss l-irranġar imma fuq din l-art pubblika saret grada u saħansitra anke pixxina - allavolja hemm il-baħar ftit passi bogħod. Mal-kamra saret estensjoni tal-aluminju u anke ingħata l-konkos.  Ma naqsux ukoll il-bankijiet.

    Dan kollu sar f'żona fl-Armier fejn hemm grupp ta' kmamar ħdejn il-baħar. L-ORIZZONT fl-aħħar jiem kien qed isegwi u jinvestiga l-iżvilupp li kien għaddej fuq din l-art pubblika. Minn tagħrif li għandna jidher li s-sidien li hemm llum f'din il-kamra mhumiex dawk oriġinali, u din tqajjem mistoqsijiet ta' kif din il-kamra bidlet l-idejn. HJu fatt magħruf li mhux suppost isir bejgħ jew ħlasijiet oħra marbutin ma' dawn il-kmamar ħdejn il-baħar. Għalkemm mhux konfermat b'mod uffiċjali, qed jingħad li din il-kamra bidlet l-idejn għal għexieren ta' eluf ta' Ewro. L-ORIZZONT mar diversi drabi fuq il-post, fejn stajna naraw l-iżvilupp għaddej b'ritmu mgħaġġel ħafna.

    Tipprova tistaqsi lil sidien ta' kmamar oħra u ħadd ma jgħidlek xejn. "Aħna mill-kamra tagħna jimpurtana mhux minn ta' ħaddieħor", kien il-kumment li għaddielna wieħed li għandu kamra fil-qrib.

    L-ORIZZONT, wara li għamel il-verifiki biex naraw kienx hemm il-permessi neċessarji, infurmajna lill-MEPA b'dan l-iżvilupp illegali. Dan sar wara li jidher li kien hemm min anke ressaq xi lmenti quddiem l-awtoritajiet responsabbli mill-artijiet.

    Wara l-informazzjoni li ngħatat minn L-ORIZZONT, il-MEPA investigat u ħadet azzjoni mill-ewwel. F'risposta li tawna bil-miktub huma qalulna li "nirreferi għall-mistoqsijiet li bagħtilna. Wara li nvestigajna l-każ, id-Direttorat tal-Infurzar ħareġ avviż tal-infurzar ECF380/16 li għandha marbuta magħha penali ta’ kuljum. L-avviż tal-infurzar inħareġ fuq l-installazzjoni ta’ grada, struttura li tilqa' ix-xemx,  pixxina ’l fuq mill-art, estenzjoni tal-aluminju mal-kamra u wiċċ tal-konkos".
minn inewsmalta.com

Monday, July 25, 2016


Il-mozzjoni dwar emenda għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u Mozzjoni ta' Proċedura: Busuttil jgħid li teżisti bażi ta' ftehim

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, f'intervent fil-Parlament dwar il-mozzjoni dwar emenda għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u Mozzjoni ta' Proċedura, appella lill-Prim Ministru biex qabel iressaq mozzjoni għall-vot, iħalli li tkompli ssir diskussjoni u dan għax hemm possibilità li jintlaħaq ftehim. Simon Busuttil iddikjara li l-mozzjoni li ressaq il-Gvern se xxekkel ix-xogħol tal-Parlament mhux se tagħtih aktar saħħa kif qed jgħid l-istess Gvern. Hu enfasizza li l-emendi li qed iressaq il-Gvern juri sens qawwi ta’ konfrontazzjoni u nuqqas ta’ rispett lejn il-Parlament.

Hu spjega li l-proposta tal-votazzjoni kull nhar ta’ Erbgħa tfisser li l-Parlament se jkun qed jaħdem darba biss fil-ġimgħa. Il-Kap tal-Oppożizzjoni iddikjara li jaqbel li jkun hemm multi għal meta membru Parlamentari ma' jattendix il-Parlament iżda qal li l-mod kif saret din ma tapplikax għall-Ministri. Proposta oħra tal-Gvern li ġiet kritikata minn Busuttil hi dik li jkun hemm ħin itwal ta' meta jista' jissejjaħ kworum.

Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni għamlet il-proposti tagħha fosthom dik li jkun hemm seduta fil-ġimgħa li fiha l-Prim Ministru jwieġeb kull domanda li ssirlu. Din is-sistema żżomm lill-Prim Ministru taħt skrutinju kontinwu b’responsabbiltà lejn il-poplu iddikjara Busuttil.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni spjega li proposta oħra hi dik li jkun hemm qbil ta’ żewġ terzi tal-Parlament f’ħatriet bħal dik tal-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman u l-Kummissarju tal-Pulizija.

"Niddiżappunta ruħi nara membri ta' naħa u t'oħra assenti mill-Parlament"

Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, fid-diskussjoni dwar l-emendi għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, iddikjara bla tlaqliq li jiddiżappunta ruħu jara membri ta' naħa u t'oħra li jkunu assenti mill-Parlament.

Qal li d-Deputati jridu jifhmu li l-ewwel dover li għandhom hu lejn il-Parlament.

Hu qal li "ċerta ħela ta' ħin li qed isir hawn għandna naraw li jispiċċa. Kellna każi fejn membri ta' naħa ma rrispettawx lil dawk tan-naħa l-oħra. Meta niġu biex niddiskutu mozzjonijiet bħal dawn irridu nkunu onesti magħna infusna. Minn 197 regolament li għandu dan il-Parlament, nhar l-Erbgħa l-Viċi-Prim Ministru ġie u qalilna li qed jipproponi emendi għal tnejn minn dawn iż-żewġ regolamenti. Irridu nifhmu li l-assenza minn dan il-Parlament għandha tkun xi ħaġa straordinarja. Għandha tiġri għax assolutament mhux possibbli tiġi. Niddiżappunta ruħi membri ta' naħa u ta' oħra li ma jkunux preżenti. Meta jien m'attendejtx tgħoddhom fuq id waħda. Id-deputati jridu jifhmu li l-ewwel dover li għandu hu li bis-serjetà ikun preżenti. Dan ma jfissirx li jidħol minn bieb u joħroġ minn ieħor."
 

Kemm qed tonfoq il-mara tal-Prim Ministru f'safar? Medja ta' €1,191

Bid-Deputat Nazzjonalista David Agius jistaqsi dwar safar li għamlet Michelle Muscat - il-mara tal-Prim Ministru - u li għalihom ma kienx preżenti l-istess Prim Ministru, sar magħruf li l-medja ta' kull safra f'dik li hi biljetti tal-ajru, trasferimenti u lukandi kienet ta' medja ta' €1,191.

    Il-Prim Ministru, fi tweġiba Parlamentari, qal li "minn Marzu 2013 sal-lum, kien hemm disa' okkażjonijiet fejn il-mara tiegħi kellha impenji barra l-pajjiż u fejn jien ma kontx preżenti. Dawn l-impenji kienu relatati ma’ stediniet li sarulha minn Puttinu Cares, The European Organisation for Rare Diseases, AIDS/LifeCycle u Special Olympics. Impenn partikolari kien marbut mal-kanonizzazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Għal dan l-impenn fuq stedina tal-Gvern, kien attenda wkoll rappreżentant tal-Oppożizzjoni. L-impenji kienu fir-Renju Unit, il-Belġju, l-Italja, l-Awstrija, Ċipru u l-Istati Uniti. L-ispiża medja fuq titjiriet, trasferimenti, lukandi u ikliet kienet ta’ €1,191 f’kull impenn. Ngħarraf li l-mara tiegħi ma tingħatax per diem allowance."

    Tenna li "l-prassi li kienet segwita fir-rigward tal-mara tiegħi minn Marzu 2013 ‘il quddiem hija l-istess prassi li kienet segwita fir-rigward tal-mara tal-Prim Ministru fil-leġiżlaturi li għaddew. Fil-fatt bejn l-2007 u l-2011 kien hemm numru ta’ okkażjonijiet li matulhom il-mara tal-Prim Ministru kellha impenji barra l-pajjiż u fejn il-Prim Ministru ma kienx preżenti, f’Ċipru, ir-Renju Unit, il-Belġju u l-Portugall."

In-Nazzjonalisti kontra li jonqos il-ħin tad-dibattitu... illum

Il-kwistjoni tat-tnaqqis ta' għaxar minuti mill-ħin allokat lill-Membri Parlamentari għad-diskors fil-Parlament, fejn issa hu propost mill-Gvern li minn 40 minuta jonqos għal 30 minuta, hi waħda mill-punti li dwarhom mhumiex jaqblu l-Gvern u l-Oppożizzjoni. Biss waqt li llum l-Oppożizzjoni hija kontra, fil-passat mhux daqstant 'l bogħod kien hemm deputati Nazzjonalista li lmentaw dwar li l-ħin hu twil u għandu jitnaqqas u dan biex ikun hemm aktar sustanza fid-diskorsi.

    David Agius u Carm Mifsud Bonnici kienu fost dawk li tkellmu f'dan is-sens fis-sena 2013 u 2008 rispettivament.

    Il-Ministru Joe Mizzi, fl-intervent tiegħu dwar il-mozzjoni li qiegħda tiġi diskussa, iddeskriva l-Oppożizzjoni bħala "distruttiva". Tenna li "żbalji nagħmlu imma l-korruzzjoni ħarġet bil-provi taħt il-Gvern Nazzjonalista".

    "Dwar id-diskors qegħdin nipproponu li dawn għandhom ikunu iqsar f'dak li huwa ħin. F'Mejju tas-sena 2008, id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici kien tkellem f'sens li għandu jonqos il-ħin." Il-Ministru Mizzi enfasizza li fis-sena 2013, David Agius ukoll kien qal li d-diskorsi għandhom jonqsu f'dak li huwa ħin.

Joseph Muscat: Busuttil ma jridx ministri jattendu laqgħat fil-Kunsill Ewropew? Lanqas Farage ma jgħid ħmerija bħal din!

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-intervent tiegħu fil-Parlament iddikjara li jinsab sorpriż għal aħħar b'dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni, dikjarazzjoni li ma tfisser xejn ħlief li l-Oppożizzjoni ma tridx li l-Ministru jattendu l-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    F'botta diretta lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru qal: "Jien Farage? Lanqas Farage ma jgħid ħmerija bħal din!"

    Il-Prim Ministru qal li "ddeċidejna li nimxu fit-triq tal-flessibilità. Għamilna diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni biex ikollna tibdil għaż-żmien li ġej u mhux għal din il-leġislatura. Kienu diskussjonijiet li ħadu fit-tul. Wasalna fi ftehim fuq ħafna affarijiet. Għandna qbil li l-membri Parlamentari li ma jattendux iridu jħallsu multa ta' €50. Għandna qbil fuq proposta li kienet fil-manifest elettorali taż-żewġ partiti u din hi dik li jitwaqqaf kumitat tal-petizzjoni u dan biex petizzjonijiet tal-pubbliku jkunu diskussi. Kellna ftehim li meta jkun hemm ministru li meta kumitat parlamentari jkun jiddiskuti xi ħaġa li taqa' taħtu, dak il-ministru ma jkunx parti minn dak il-kumitat. Niftakar żewġ każi fil-leġiżlatura li għaddiet fejn ministri staqsew mistoqsijiet fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi lill-persuni fiċ-ċivil li kienu jaqgħu taħthom."

    Il-Prim Ministru qal li llum hemm sistema fejn l-abbozz privati jkunu diskussi nhar ta' Ħamis. Qal li bħalissa hemm anomalija fejn jekk il-Gvern ikun imissu jlaqqa' l-Parlament biex jiddiskuti abbozz li jkun se jressaq hu u dan ma jagħmlu, jekk jibqa' ma jlaqqax il-Parlament il-Ħamis sal-aħħar tal-leġiżlatura ikun ifisser li l-Oppożizzjoni ma tkunx tista' tiddiskuti l-mozzjonijiet tagħha.

    Il-Prim Ministru qal li hu ma jaqbilx mal-proposta tal-Oppożizzjoni li jkomplu għaddejjin id-diskussjoni. "Nistqarr li ninsab sorpriż immens b'dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni llum. B'dispjaċir ngħid li naħseb li ma fehemx dak li hemm miktub. Hu qal li mhux il-membri Parlamentari kollha se jkunu stmati l-istess fejn tidħol il-multa fuq attendenza. Dan mhu minnu xejn. Li qed ngħidu biss hu li membri li jkunu imsefrin ma jitqiesux bħala assenti. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal ukoll li l-Ministri għandhom dover jattendu l-Parlament. Dan ifisser li l-Kap tal-Oppożizzjoni irid li l-Ministri ma jattendix għal-laqgħat fil-Kunsill Ewropew. Jien Farage? Farage lanqas jgħidha ħmerija bħal din!" iddikjara l-Prim Ministru.

    "Jien konvint li permezz ta' dan il-vot se nkomplu nirregolaw dan ix-xogħol tal-Kamra," temm jgħid il-Prim Ministru.

Wara li statwa twaqqgħet b'daqqa ta' karozza... issa laqqatha kanċell ma' statwa oħra


F'pajjiż fejn qed ikunu reġistrati 42 vettura kuljum waqt li huma seba' biss dawk li jkunu skrappjati kuljum, u fejn għandna 335,000 vettura reġistrata fuq 2,400 kilometru ta' toroq, il-kawtela fis-sewqan hi importanti ħafna.  Biss jidher li quddiem din iż-żieda fil-karozzi, fit-toroq tagħna regolarment niltaqgħu ma' sewwieqa b'sewqan eċċessiv u traskurat.


Regolarment ikun hemm każijiet ta' karozzi ipparkjati u li jispiċċaw jintlaqtu minn karozzi li jkunu għaddejjin u li dawn jibqgħu sejrin.  Is-sewqan bil-mowbajl donnu hu fenomenu li allavolja żdiedu l-pieni għadu wieħed jiltaqa' miegħu sew.  Ipparkjar bl-addoċċ jew li jostakola t-toroq hu fenomenu li dejjem qed jiżdied f'pajjiżna.

Ftit tal-ġimgħat ilu kellna l-każ fejn sewwieq laqat pedestall  bi statwa tal-festa fil-Qrendi u qalibha. Is-sewwieq baqa' sejjer.  Ġara li fl-aħħar jiem, kien inċident ieħor fil-Qrendi fejn din id-darba kien kanċell li intlaqat, liema kanċell idawwar statwa fuq pedestall iddedikat lil Santa Marija.

Il-Kunsill Lokali tal-Qrendi appella għal aktar attenzjoni minn kulħadd.  Il-kunsill qal li importanti ħafna li kulħadd isuq b'aktar kawtela u attenzjoni sabiex ma jsirux ħsarat simili li jinvolvu ħafna spejjeż għalxejn.

Anki l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi ammetta magħna li "jidher ċar li għad hawn min hu rresponsabbli u mhux konxji tal-konsegwenzi li l-azzojnijiet taghom fit-toroq jistgħu jġibu fuq ħaddieħor. Qed nitkellmu fuq ħajjet in-nies ta' madwaran u għalhekk kulħadd għandu jara li jagħmel aktar. Kulħadd irid jerfa' r-responsabbilità tiegħu".